Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444
23 oroskopju illum • 14 TA' ĠUNJU 2020 L-Oroskopju tiegħek għall-aħħar Ġimgħa ta' Żodjaku ta' Ġemini Mill-Ħadd 14 ta' Ġunju sas-Sibt 20 ta' Ġunju L-aħħar Ġimgha ta' Żodjaku ta' Gemini F'din l-aħħar ġimgħa ta' żodjaku ta' Gemini ser tkun ġimgha partikluari, fejn bl-enerġija li ħalla il-Qamar Kwinta ta' it ġranet ilu dan kien mument opportun biżżejjed sabiex issa li deħlin fiż-żodjaku ta' ''Cancer'' jagħtina motivazjoni ġdida u jagħtina tibdil meħtieġ għaċ-ċirkostanzi li resqin lejn kull żodjaku. Iżda l-aktar importanti hi l-istabilita' li hemm bżonn, u dan ser ikun imwassal lill kull żodjaku f 'aspetti differenti. Dan iċ-ċaqliq ser ikun jinħass ma' żodjaki kollha, pero jkun hemm żodjaku minn ieħor li dan jaf jinħass iżjed. Eżempju ta' dan, iż-żodjaki ta' l-istess Gemini, Cancer, Virgo, Libra, Sagittarius, Aqauruis u Pisces sejjrin ikunu aktar milquta. Int li tixtieq tkun taf aktar dwar dan tista tibgħat SMS fuq 79495804 jew żur is- sit: www.pauljon13.com. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius ser ikun mument ta' indikazzjoni ta' kif għandek tadatta aktar lilek aħjar. Mhux għax hemm xi nuqqas imma int trid tagħraf aktar kemm hi mportanti l-ħajja ta' madwarek u kemm int għandek x'toffri. Għalhekk emmen aktar fik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Pisces. Aquarius huma magħrufin li jimxu mal mument. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Pisces ser ikun mument ta' indikazzjoni ta' kif għandek int tibni aktar lilek innifsek. Dan huwa mument fejn int ser tagħraf kemm trid tagħti aktar spazju għalik. Għalhekk għamel skeda sabiex int tkun tista' torganizza kemm lilek u l-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Cancer. Pisces huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser ikun dak il-mument fejn ser tħoss aktar motivazzjoni madwarek, hekk li issa int ser ikollok spazju sabiex tkabbar dak li hemm meħtieġ u dak li int tant għandek bżonn. Dan jaf jagħtik nifs ġdid. Jaf joffrilek ideat ġodda. Irrefletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Gemini. Aries huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Taurus ser ikun il-waqt fejn ipoġġik fil-ħsieb sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li int illum għandek madwarek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat, anzi żgur li tmur bil- kontra. Dan ser iqawwilek il-moral sabiex int tkompli tħares lejn stabbilta'. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla ta' gwida pożitiva għalik ġejja minn Aries. Taurus huma magħrufin għas-sensittivita' tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik stess Gemini ser ikun mument ta' taqbida bejn dak li esperjenzajt fil-passat, għal dak li int għandek illum. B'differenza li issa int ser tagħmel il-pożizzjoni tiegħek aktar soda u għalhekk issa ser ikun il-mument opportun sabiex issa tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-istilla ta' gwida pozittiva għalik ġejja minn Libra. Gemini huma magħrufin għall ispontanjeta' tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser ikun mument ta' riflessjoni bejn il-passat u l-preżent. Għalkemm bħalissa qed tħossok inċert dwar dak li tixtieq twettaq, iżda bil-mod ser tagħraf dik il-linja li tant tixtieq taqbad. Għalhekk grazzi għal dan int ser taqbad ir-ritmu li int rinomat għalih. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Aquarius. Cancer huma magħrufin għall motivazzjioni tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser ikun mument ta' oppurtunita' ta' tkabbir u stabilta' f 'dak li int għandek madwarek. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f 'aktar stabilta' ta' tkabbir ta' xi ħaġa li int magħruf għalija. li f 'dan il-mument hu ferm vitali għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Taurus. Virgo huma magħrufin kemm huma nies ta' ema soda. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Libra ser ikun il-waqt oppurtun sabiex int tinduna kemm trid tagħraf lil min tafda minn madwarek. Qatt m'għandek tieħu xejn garantit għax dan ikun żbal fatali. Għalhekk għaraf sew din il-gwida sabiex tkun tista' tħares il- quddiem b'aktar trankwillita'. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Scorpio. Libra huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius ser ikun mument opportun sabiex trattab aktar lilek infsek. Dan jgħod kemm għal-karriera tiegħek kif ukoll ma' dawk li huma viċin sew tiegħek. Għalhekk għandek tagħraf verament lil dawk li tista' dejjem issib appoġġ fihom. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Capricorn. Sagittarius huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio ser ikun mument ta' riflessjoni dwar eżattament fejn int trid tasal dwar diversi aspetti li qegħdin iduru madwarek fil-preżent. Pero' l-aktar aspett importanti huwa fejn int ser tiaħ l-aktar lilek innfsek u dan minħabba l-involviment li int għandek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Virgo. Scorpio huma magħrufin bħala persuni ta' moral effetiv ħafna. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn ser ikun mument tajjeb ta' tħejjija ta' pjan ta' kif ittejjeb iċ-ċirku tal-madwar tiegħek. Dan sabiex int tkun tista' tqassam u tippjana aħjar il-ħajja tieghek, biex b'hekk int tkun aktar konvinċenti. Xi kultant fil-ħajja jrid ikun hemm bilanċ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Leo. Capricorn huma magħrufin għall istabilta' tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu L-aħħar żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser ikun il-mument li int tagħraf iżjed dak il- kuraġġ f 'dak li int verament tixtieq twettaq. Għalkemm dan jista' jkun mument xi it ikkumplikat għalik, imma żgur jekk int tagħraf lilek innifsek, żgur li dan il-mument ikun dak li int verament tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-istilla ta' gwida pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius. Leo huma magħrufin għad-direzzjioniet pozittivi tagħhom. Namaste