Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 Carmel Bonnici Iċ-ċinema Peplum (2) (Ikompli mill-Ħadd li għadda) Kif diġa' semmejt, il-film li ta bidu lil dan iċ-ċiklu ta' ċinema peplum fl-1957/58 kien Le Fatiche Di Ercole (Hercules) (l-Isforzi kbar ta' Ercole) bl- Attur Steve Reeves. Oħrajn li waslu wara kienu: 1958 – Ercole E La Regina Di Lydia (Hercules Unchained) ukoll b'Steves Reeves. 1960 – La Vendetta Di Ercole (Goliath And e Dragon), jaħdem Mark Forrest. 1961 – Ercole Alla Conquista Di Atlantide (U.K. semmewh Hercules Conquers Atlantis) (U.S.A. kien jismu Hercules And e Captive Woman). L-attur hu Reg Park. 1961 – Ercole Al Centro Della Terra (ukoll Ercole Contro I Vampiri) (U.S.A.Hercules In e Haunted World) (U.K. Hercules In e Centre Of e World). Jerġa' Reg Park. 1962 – La Furia Di Ercole (e Fury Of Hercules) bl-attur Brad Harris. 1963 – Ercole L'Invincibile (Hercules e Invincible) jinterpretah Dan Vadis. 1964 – Ercole Contro Moloch (Hercules Attacks) bl-attur popolari Gordon Scott. 1964 – Ercole Sfida Sansone (Hercules, Samson And Ulysses) Kirk Morris u oħrajn. Wara Hercules jasal Maciste. Dan l-isem deher fil-film ta' Gabriele D'Annunzio Maciste tal-1914. Dan l-eroj ġo wieħed mill-film tiegħu jgħid hekk: "Jisimni Maciste u ġej minn Blata, jiġifieri mill-art". Atturi li ħadmu l-parti tiegħu kienu Mark Forrest, Gordon Scott (li mar l-Italja jaħdem dawn il-films wara sensiela ta' films ta' Tarzan f 'Hollywood), Gordon Mitchell, Kirk Morris, Reg Park, Ed Fury, Alan Steel u oħrajn, kważi kollha bodybuilders Amerikani. Fost l-aħjar films ta' dan l-eroj insibu: Maciste Nella Valle Del Re (1959) (Son Of Samson), Maciste Contro Il Vampiro (1961) (Ġoliath And e Vampire), Maciste Nella Terra Dei Ciclopi (1961) (Goliath And e Sins Of Babylon), Maciste, Il Gladiatore Piu' Forte Del Mondo (1962) (Death On e Arena), Maciste L'Eroi Piu' Grande Del Mondo (1963), Maciste Alla Corte Dello Zar (1962) (Giant Of e Lost Tomb) u oħrajn. Fil-versjoni Ingliża l-isem ta' Maciste kważi qatt ma jissemma'. Ursus huwa figura b'saħħitha oħra ta' dan il-ġeneru. L-isem hu meħud minn dak tar-raġel mibni sew fil-film Quo Vadis (1952) li ġġieled b'idejħ kontra barri fl- arena. Il-produtturi Taljani malajr abbinaw dan l-isem, interpretat mill-lottatur/attur Amerian Buddy Baer, biex ħolqu eroj ieħor. Dan il-karattru nsibuh f 'dawn ix- xogħlijiet: Ursus (1961) bl-attur Ed Fury, La Vendetta Di Ursus (1961) (e Vengeance Of Ursus), Ursus, Gladiatore Ribelle (1963) (e Rebel Gladiator), Ursus Nella Terra Del Fuoco (1963) (Ursus In e Land Of Fire) u Gli Invincibili Tre (1964) (3 Avengers). "Qed tisma' Sinjur Alla t-tgħajjir u l-minaċċi Ghalik. Tini għal siegħa waħda biss il-forza tremenda ta' qabel f 'idejjha ħalli nkun nista' nagħmel vendetta qaddisa għalik". Din il-karba ħerqana ħarġet mill-qalb ta" Sansun għama, għassa biex iwaqqa' t-tempju u jeqred lill- Filistej u anki lilu nniffsu. Ta' makakki li huma l-produtturi Taljani raw il-potenzjal li jsibu eroj ieħor fis-sensiela varjata taċ-ċinema Peplum. Is-sensiela ta' produzzjonijiet dwar dan il- karattru bdew appuntu b'Sansone (1962) (Samson) u warajh ġew xi 6 oħra. Eroj oħra kienu il-gladjaturi Gulija, Golia jew Goliath u Spartaco (Spartacus). Ironikament, kważi l-aqwa films taċ-ċinema Peplum ma kenux jinkludu dawn l-eroj. Fost l-aħjar wieħed jinnota: Gli Ultimi Giorni Di Pompeii (1959) (e Last Days Of Pompeii), La Battaglia Di Maratona (1959) (e Giant Of Marathon), it-tnejn bi Steve Reeves, Il Colosso Di Rodi (1961) (e Colossus Of Rhodes) bl- attur Rory Calhoun u d-direttur, li wara kiseb fama kbira, Sergio Leone, La Guerra Di Troia (1961) (e Wooden Horse Of Troy) ukoll bi Steve Reeves, forsi l-isbaħ wieħed minnhom kollha (Romolo E Remo) (1961) (U.K. Romulus And Remus) (U.S. Duel Of e Titans) dwar il-leġġenda tal-aħwa tewmin li waqfu l-belt ta' Ruma u meta kibru wieħed qatel lill-ieħor, bl-atturi Steve Reeves, Gordon Scott u Ornella Vanoni, Sodom And Gomorrah (1962), L'Ira Di Achille (1962) (Achilles), Teseo Contro Il Minotauro (1960) (e Warlord Of Crete), I Giganti Della Tessaglia (a.k.a. Gli Argonauti) (1960) (e Giants Of essaly) li nistgħu nqabbluh mal- produzzjoni superjura Brittanika, Jason and e Argonauts (1964), Il Ladro Di Bagdad (1961) (e ief Of Baghdad) bi Steve Reeves u Arrivano I Titani (1962) (Sons Of under). Din is-sensiela spettakulari li ħarġet minn Cinecitta' ta' eroj, gladjaturi, viljaki, Imperaturi, nisa sbieħ lebsin ilbies ikkulurit (fosthom Sylva Koscina, Gianna Maria Canale, Chelo Alonso, Brigitte Corey, Rosalba Neri, l-aħwa Moira u Lilliana Orfei, li wara kienu jaħdmu fiċ-ċirklu tal-familja, Virna Silenti, Yoko Tani, Scilla Gabel, u oħrajn) bdiet tmajna lejn is-sena 1965, għax sena qabel fl-Italja beda ġeneru ieħor, li wara bidu kwiet f 'salt ħakem bil-kbir l-Ewropa u wara sentejn, sploda wkoll fl-Amerika – l-Ispaghetti Westerns!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020