Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 tumakka kbira! L-ILLUM titkellem man-negozji ... Huwa jagħmilha ċara illi għad hemm min għadu lura u fakkar illi l-ħwienet fiż-żoni li semma, flimkien huma parti mill- ekonomija, mhux l-ekonomija. Huwa reġa sostna, kif kien qal diġa' mal-ILLUM, illi l-aktar negozji li qed jirreġistraw xogħol huma dawk popolari mal-Maltin, b'dawk li jiddependu ħafna mit-turisti jbatu. Huwa elenka dawk in-negozji illi qed ikollom xogħol tajjeb, fosthom bars f 'e Strand, Lidos u xi postijiet f 'Paceville fejn din il-ġimgħa - kemm nhar il-Erbgħa u anke lbieraħ - komplew jiħu aktar postijiet li huma popolari lokalment. Huwa temm jaċċenna mal- ILLUM li minkejja kollox għadna 'il bogħod minn normalità u għad hemm ħafna xi jsir biex l-ekonomija tkun tassew qed iddur kif kienet għal kulħadd. 'Bidu kajman ħafna .. tal-kera mhux biżżejjed għall-ħwienet kbar' Mal-ILLUM tkellem ukoll Julian Micallef, sid ta' ħwienet tal-ħwejjeġ madwar Malta. Huwa qal illi minn mindu fetħu l-ħwienet tal-ħwejjeġ, żraben u aċċessorji kien hemm żieda żgħira. "Kieku kelli nitfa' numru ngħid li żdidna 10% minn meta aħna. Jiġifieri qed ikollna bidu kajman ħafna u nemmen illi din hija s-sitwazzjoni ta' ħafna." Micallef qal illi l-miżura tal- ħlas tal-kera lill-ħwienet hija tajba imma għal negozji li huma iżgħar. "Għal negozji żgħar, 50% tal-kera sa massimu ta' €2,500 hija tajba. Imma għidli int kif se tgħin għal ħafna ħwienet, f 'postijet prominenti bħal Belt Valletta fejn hemm min g ħ a n d u s a €400 k i r j a kuljum." Huwa sostna illi filwaqt li l-Gvern għamel ħafna li huwa pożittiv fil-baġit ta' din il- ġimgħa, skontu, kien hemm ħafna informazzjoni li baqgħet mhux ċara jew spjegata. 'Kieku ma kienx għal-Wage Supplement kien ikolli nkeċċi lin- nies' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Rudolf Grima, sid ta' negozju tal-ikel u x-xorb fin-naħa ta' barra tar-Rabat, Malta. Huwa jibda billi jgħid ukoll illi l-bidu għan-negozji taż-żona, li jinkludu l-Imdina, għadu kajman ħafna u jagħti rendikont ta' ġimgħa. Jispjega kif matul il-ġimgħa n-negozju huwa kwiet immens u jqum xi it fi tmiem il-ġimgħa. "Dan it-tmiem il-ġimgħa se jkun l-istess, bil-bookings ikunu l-aktar għall-Ġimgħa u s-Sibt. Pero jiena ma kontx qed nistenna li n-negozju se jirranka malajr," jgħid Grima mal-ILLUM. Hu jgħid iżda illi l-baġit ta' nhar it-Tnejn u miżuri li ttieħdu mill- Gvern waqt il-pandemija kienu ta' għajnuna kbira għalih u għall- ħaddiema tiegħu. "Jiena grat ħafna tal-għajnuna mogħtija. L-għajnuna ta' €800 kienet tajba ħafna u kieku ma kienx għal din il-miżura kien ikolli nkeċċi lin-nies," jgħid Grima. Hu jgħid li anke l-għajnuna mħabbra nhar i t - T n e j n k i e n e t waħda tajba u li minnha hu se jibbenifika wkoll. Dwar il-vouchers ta' €100 Rudolf Grima qal li dawn huma xi ħaġa tajba, għalkemm fakkar li ħadd mhu obbligat imur f 'lokalità partikolari u allura l-effett għad irid ikun esperjenzat u ġġudikat. "Pero dak tat-Tnejn kien pożittiv ħafna għan-negozji," jtemm jgħid dan is-sid. Tax-xagħar: 'Bdejna tajjeb ħafna ... issa x-xogħol kwieta' L-ILLUM tkellmet ma' żewġ sidien ta' negozju tax-xagħar, wieħed b'ħanut f 'Birkirkara u ieħor f 'San Pawl il-Baħar. Mingħajr ma jafu, it-tnejn kellhom l-istess analiżi tan-negozju. Dak ta' Birkirkara qal illi ma jistax igerger bix-xogħol li kellu sa issa, għalkemm jgħid illi sal- Erbgħa x-xogħol din il-ġimgħa kien inqas mill-ewwel ġimagħtejn. "Ħafna klijenti ġew, oħrajn qaluli li għadhom qed jibżgħu u minn oħrajn ma smajt xejn." Jgħid illi l-aktar li naqsu kienu l-klijenti rġiel, minħabba li ħafna qaxxru xagħrhom waqt il-lockdown u minħabba li għall- ewwel il-ħwienet tax-xagħar ma setgħux iqaxxru leħja. Minħabba li din inbidlet bdew deħlin it appuntamenti minn klijenti rġiel. Ikompli jgħid illi numru ta' klijenti mhux qed imorru għax huma klawstrofobiċi u ma jifilħux iqattgħu tant ħin b'maskra. Ilmenta wkoll mal-ILLUM illi ma tagħmilx sens li ħanut tax-xagħar ma jistax imqar joffri kafè jew tazza ilma lill-klijenti tiegħu waqt li jagħmlu ħinhom jistennew - meta kemm jaqsmu faċċata jistgħu jagħmlu dan f 'kafetterija. Is-sid tal-ħanut f 'San Pawl il-Baħar qal ukoll illi kellu bidu tajjeb ħafna, imma naqas. " F l - e w w e l ġimgħa kellna ħafna xogħol. Imma issa qegħdin kwieti ħafna." 'Issa rridu naraw ir-reazzjoni tan-nies meta jiftaħ l-ajruport ... ' Il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Muscat fakkar illi dan ta' din il-ġimgħa ma kienx baġit bħal tas-soltu - "mhux inċentiv biex tikber imma inċentiv biex issalva." Huwa rrikonoxxa illi l-messaġġ tal-Gvern kien wieħed li qed juri illi mhux iħalli l-operaturi waħedhom, imma qed jgħin. "Issa rridu naraw kif se niġu fuq saqajna u nkunu sostenibbli waħedna," qal Agius Muscat li jgħid illi ladarba l-kurituri siguri ma' pajjiżi jiħu wieħed ikun jista' jara kif se tkun ir-reazzjoni. Fakkar li wieħed irid jara kemm se jkun hemm nies li jieħdu r-riskju u jsiefru u kemm hemm nies li finanzjarjament jifilħu jħallsu biex isiefru. Jerġa jfakkar, kif għamel drabi qabel ma' din il-gazzetta, illi dan mhux swiċċ u ħadd ma jista jippretendi li se nixgħeluh u jerġa jkollna it-2.6 miljun turist li kien qed ikollna qabel faqqgħet il- pandemija. Fakkar illi se jkun hawn kompetizzjoni kbira fost id- destinazzjonijiet u fakkar ukoll li bħalissa qed isir taħriġ tal- ħaddiema biex dan iż-żmien jintuża biex jittejjeb il-prodott. Julian Micallef Rudolf Grima Andrew Agius Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020