Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259444
10 analiżi IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum IL-ĦADDIEMA MALTIN, L-IMMIGRAZZJONI U X-XOGĦOL FIL-FIRDA S-SALTNA Id-diviżjoni bejn il-ħaddiema barranin u Maltin huwa suġġett li ftit jiġi diskuss razzjonalment. Imma fil-verità, hemm daqstant differenza bejn il-Malti tal-lum u tal-bieraħ u l-ħaddiem immigrant illum? Il-Professur Carmel Borg u Dr Joe Gravina - żewġ letturi fl-Università ta' Malta li jħarsu lejn fenomeni politiko-soċjali b'lenti interdixxiplinarja - janalizzaw. CARMEL BORG U JOE GRAVINA Malta, bħall-Greċja u Spanja, tagħmel parti mill-fruntiera ġeo-politika tal-Unjoni Ewropea. Dan il-fatt ġeografiku għandu mpatt dirett fuq il- politika, l-ekonomija, il-kultura u l-psiki ta' poplu bi stejjer ta' invażjonijiet, kolonjaliżmu, neo-kolonjaliżmi u gwerer imdemma. M'hemmx dubju li meta l-ġeografija tal-immigrant, il- it li ħafna minna nafu dwarha, tiltaqa' mal-memorja kollettiva, x'aktarx mimlija toqob, amneżiji parzjali, folklor u miti, is-sinteżi hija sikwit mċajpra bid-dubji, il- biżgħat, is-suspetti, il-preġudizzji u r-razziżmi. Id-diskussjoni dwar ir-relazzjoni bejn il- ħaddiem Malti u dak immigrant, is-suġġett ta' dan l-artiklu, rari tkun razzjonali, u sikwit tinġarr mill-istint tal-merħla li huwa ferm aktar b'saħħtu mill-analiżi tan-nagħġa eretika meqjusa bħala mitlufa. Ħafna drabi, id- diskussjoni ma tibdiex, u meta tibda x'aktarx kulħadd jibqa' b'li ħa. L-argument tagħna huwa li meta l-kuxjenza soċjali nħalluha tinfurmana, nibdew nintebħu li ħafna mill-ħaddiema, Maltin u m'humiex, qegħdin fl-istess xini tat-tagħbija, jaqdfu għal sidhom. Fl-Awtobijografija ta' Dom Mintoff Fl-awtobiografija tiegħu, Dom Mintoff jirrakkonta kif xogħol nannuh kien li jħott l-ixkejjer tal-faħam li kienu jaslu minn Newcastle fl-istivi tal-vapuri. Ġanni kien jifforma parti minn armata sħiħa ta' Maltin li kienu jinżlu x-xatt bit-tama li jaqalgħu l-loqma mill-ġarr ta' materja prima strateġika għal dwir ir-rota kapitalista. Ix-xena li jiddeskrivi Mintoff hija importanti biex nimu post il-ħaddiem fl- akkumulazzjoni tal-ġid: ''Hekk kif il-bastiment tal-faħam jintlemaħ dieħel fil-Port il-Kbir, l-aġent lokali kien minnufih jirkeb karozzin u jinżel jiġri mill- uffiċċju tiegħu tal-Belt għall- Menqa. Hemmhekk kien isib tistennieh folla mdaqqsa ta' rġiel ħaa u mibnija, aktarx mċerċra – donnhom qatta ġriewi jingħu għal sider ommhom – żgħażagħ Żwieten, Ħamruniżi, Żebbuġin ma' oħrajn mill-Gudja li kienu jimxuha sal-mollijiet minn dawn l-irħula mbegħdin fejn id-daqs ċkejken tar-raba' bil-qbiela… kienet ħalliethom sajmin minn xogħol tal-post sura ta' nies u ta' ħafna inqas tbatija." Dan ir-rakkont, li nsibu f 'paġni 18-19 tal-ktieb 'Mintoff, Malta, Mediterra: Żgħożiti', huwa ġabra ta' osservazzjonijiet soċjo-storiċi b'implikazzjonijiet għad-dinja globalizzata ta' llum. F'din is- silta naraw kif il-faqar strutturali, li fi żmien ir-rakkont ta' Mintoff kellu għeruqu fl-illitteriżmu, id-daqs ċkejken tar-raba', in- nuqqas ta' xogħol produttiv u l-kobor tal-familja, fost fatturi oħra, offra l-ambjent ekonomiku ideali għall-esplojtazzjoni tal- ħaddiema Maltin tal-irħula. B'faqar taqtgħu b'sikkina u familji li b'ubbidjenza kienu jferraw l-ulied b'ritmu industrijali, il- ħaddiema fuq l-blata fortizza kienu l-ħafna filwaqt li l-ħsad kien it; formola ekonomika perfetta għall-isfruttament ta' għaraq il-ħaddiem mill-imperjalisti globali u mill-protokapitalisti li servewhom u li stagħnew mill- mikro-ekonomija lokali ta' dak iż- żmien. Kien hemm min, fi żmien Ġanni, ħarab minn din ir-realtà ekonomika. Fl-ewwel diċenji tas- seklu għoxrin, ħafna minnhom sabu ruħhom sfruttati mill-ġdid mill-agro- u l-moto-kapitalisti, jaqtgħu l-kannamieli jew jisagħru maċ-ċinturin tal-produzzjoni tal- karozzi. Magħrufin fl-Awstralja ta' dak iż-żmien bħala t-'theddida s-sewda', il-ħaddiema Maltin qdew lis-sidien tal-produzzjoni f 'kuntesti mifnija bir-razziżmu. 'Mela jien iswed?' F'Malta ta' llum, ir-rakkont ta' Mintoff għandu valur fl-analiżi ta' ekonomija li baqgħet tgħożż l-istess prinċipji predatorji ta' żmien nannet id-'Dumink'. Qrib l-istess inħawi, l-immigranti jinġabru kuljum bit-tama li sid xi vann jew trakk, fi bżonn ta' par idejn sodi u spallejn u dahar li jifilħu, jagħżilhom u jgħabbihom għal ġurnata xogħol, bi ħlas fuq l-idejn. Xejn organizzat bħalma kien imwiegħed darba minn Jobsplus. Kollox spontanju, u ġisem il-bniedem u dak kollu li kapaċi jseer bih huwa negozzjabbli. Bħall-ħaddiema tax-xatt fi żmien Ġanni, dak li jiġi għal idejhom jagħmluh. Pinġuti għal min irid jagħmel stimi kompetittivi f 'żona ekonomika fejn għal kull għadma hawn elf kelb. Fl-era tal-gass, l-ixkejjer tal- faħam waqqfu jagħtu l-loqma lill- ħaddiema ddisprati. Issa hemm il-kċejjen, il-lantijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni u nħawi oħra fejn, preferibbilment 'il bogħod mill-għajn, jistgħu jitkabbru u jinħbew il-profitti, filwaqt li titkompla l-kampanja razzista fuq skala nazzjonali. L-espressjoni razzista 'mela jien iswed' ħadet sura differenti hekk kif illum saret l-innu mhux uffiċjali ta' ħafna ħaddiema Maltin, prekarji u mhumiex, li b'kuxjenza falza jaħsbu li l-keffa ekonomika tagħhom hija differenti minn dik tal-Marsi, Qormi jew Ħamruniż immigrant.