Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum 'Żmien it-televiżjoni tal-partiti se jgħaddi YENDRICK CIOFFI Tellaq ma' Adrian Delia għal Kap tal- Partit Nazzjonalista. Kien ukoll Segretarju Ġenerali tal-istess partit u llum huma l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għar-Riforma Kostituzzjonali u Għawdex. Il-gazzetta ILLUM titkellem mad-Deputat Chris Said u tistaqsih dwar il-proċess tar-riforma fil-Kostituzzjoni, is-sitwazzjoni fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-proġett tal- mina u anke t-tiġdid li għaddej fil-Partit Nazzjonalista. L-ILLUM bdiet tistaqsih dwar ir-Riforma Kostituzzjonali. Fi kliem sempliċi, il- Kostituzzjoni hija l-istatut tal-pajjiż, il-liġi li tirregola l-istat. Il-Kostituzzjoni Maltija ilha magħna mill-Indipendenza u anke jekk kien hemm xi emendi żgħar il-bażi tagħha għadu l-istess tal-1964. "Servitna tajjeb. Rari kellna xi kriżi kostituzzjonali. Niakar biss il-kriżi kostituzzjonali li ħoloq ir-riżultat tal-elezzjoni tal-1981," saħaq Said. "Fl-aħħar snin kien hemm min uża l-istituzzjonijiet tagħna b'mod ħażin. Allura qed tinħass il-ħtieġa li jkollna riforma bil-għan li l-Kostituzzjoni tkun tarka għall-poplu u mhux tintuża mill-Gvern tal- ġurnata bħala paraventu." Għalhekk, saħaq Said, hemm il-bżonn li l-poter jinfirex. "Aħna għandna Kostituzzjoni li tpoġġi l-poter f 'idejn il-Prim Ministru u l-eżekuttiv. Mhux qed ngħid li l-Prim Ministru u l-Kabinett ma jkollux poter, imma li jkun hemm firxa tal-poter fuq il-President tar-Repubblika u istituzzjonijiet oħra, biex hekk dawn l-istituzzjonijiet ikunu qed iservu liċ-ċittadini," insista d-Deputat. Dan kien propost ukoll mill-Kummissjoni Venezja u l-Gvern fl-aħħar ġimgħat ippreżenta l-proposti u l-emendi tiegħu. Dwar dan, id-Deputat Nazzjonalista fakkar li d-diskussjoni ilha għaddejja snin. Fakkar dwar il-proposti li kien jinsisti dwarhom l-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono bejn l-2008 u l-2013 u anke l-wiegħda ta' Joseph Muscat, dwar Repubblika ġdida u li fi kliemu "intesiet." "Għaddew seba' snin u nofs u kien hemm it-tkaxkir tas-saqajn," saħaq Said. Fakkar li tliet snin ilu twaqqaf il-Kumitat, magħmul minn tliet membri tal-PN u tlieta tal-PL taħt it-tmexxija tal-President tar-Repubblika li qed jiltaqa' ta' spiss, jiddiskuti u jikkonsulta u fuq kollox jipprepara l-Konvenzjoni dwar ir- Riforma Kostituzzjonali. 'Il-Gvern kien dahru mal-ħajt u fi stat ta' paniku...' Fi kliem Said hemm qbil li dak li pproponiet il-Kummissjoni Venezja, la hemm qbil dwaru, jiġi attwat minnufih u mill-banda l-oħra jibqa' għaddej il-proċess ta' konsultazzjoni bl-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu ppubblikati dokumenti ta' dak kollu li daħal waqt il- konsultazzjoni biex dawn iservu ta' bażi għad- diskussjoni fil-Konvenzjoni dwar ir-Riforma Kostituzzjonali. Said ikkritika lill-Gvern kif minkejja li kien hemm qbil minn kulħadd, inkluż mill- Gvern u l-Oppożizzjoni, dwar ir-rapport tal- Kummissjoni Venezja, il-Gvern kaxkar saqajh tant li l-ġimgħa d-dieħla l-Kummissjoni għandha tippubblika rapport sena u nofs wara l-proposti oriġinali. Iżda l-ILLUM fakkritu li fil-ġimgħat li għaddew il-Gvern wieġeb lill-Kummissjoni bil-proposti tiegħu. "Meta ressaq il-proposti, dan għamlu mingħajr konsultazzjoni. Infurmati li qabeż ukoll il-President tar- Repubblika li taħtu qed isiru l-laqgħat dwar ir-Riforma Kostituzzjonali. Il-Gvern kien daru mal-ħajt u kien fi stat ta' paniku u ried jaġixxi malajr," insista Said. La kien hemm qbil għaliex kellu jerġa' jikkonsulta l-Gvern? "Kien hemm qbil iżda konnha qbilna wkoll li jkun hemm diskussjoni dwar kif se jsiru l-emendi. Hemm bżonn li wieħed jidħol fid-dettall ta' kull emenda," saħaq Said waqt li fakkar li hemm emendi li għalihom hemm bżonn il-vot taż- żewġ terzi tal-Parlament. Said insista li l-Gvern injora ċertu setturi li tkellem fuqhom ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja. "Bħala Oppożizzjoni nemmnu li l-proposti li qed nagħmlu aħna huma aħjar u aktar qrib dak li pproponiet il-Kummissjoni Venezja," insista Said. 'Ħa nibqgħu nagħmlu minn kollox biex nipperswadu...' Fost l-aktar proposti li Said għandu għal qalbu u li qed jagħmel il-PN huwa li l-President tar-Repubblika jibda jinħatar bil- vot taż-żewġ terzi tal-Parlament. Fi kliemu, b'hekk il-President jista' jkollu f 'idejh aktar poteri, bħall-ħatra tal-Imħallfin. "Meta se tagħti poteri ġodda lill-Uffiċċju tal-President trid tkun ċert li dan ikollu l-fiduċja mqar taż-żewġ terzi tal-Parlament," insista Said, l-istess kif jiġri f 'każ ta' karigi oħra bħall-Kummissarju għall-Istandards u l-Ombudsman, fost oħrajn. Il-gazzetta ILLUM ħabbret li l-kabinett issa qabel ukoll ma' din il-proposta. "Kuntenti. Fl-aħħar sena u nofs ma kienx hemm qbil magħna fuq din il-proposta. Bqajna bil- kalma nispjegaw għaliex hija proposta tajba. Din bħall-kariga tal-Prim Imħallef. Li dan jinħatar biż-żewġ terzi kienet proposta tal- Oppożizzjoni," insista Said. "Ħa nibqgħu nagħmlu minn kollox biex nipperswadu ... wara kollox għal ċertu emendi jridu l-vot taż- żewġ terzi tal-Parlament." U jekk il-PL jikseb maġġoranza ta' żewġ terzi jew aktar tal-Parlament? Hawn l-ILLUM tkellmet ma' Said dwar l-aħħar sondaġġi li ma tantx qed jawguraw tajjeb għall-PN. Ma jaħsibx li hemm riskju li jekk issir elezzjoni ġenerali, il-Gvern jikseb maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament u għalhekk, prattikament, ikun jista' jagħmel li jrid? "Allaħares jiġri hekk, imma ma naħsibx li tista' tiġri. Mhux qed neskludiha imma mill-esperjenza tiegħi fil-politika hija diffiċli ħafna," insista Said. Fi kliemu, is-sondaġġi huma stampa tal-mument għax fil-politika, ġimgħa hija twila. Kien hawn li nnota li l-PL ma żiedx fil- voti tiegħu u hemm numru kbir ta' persuni li s-soltu jivvotaw lill-PN u li għadhom inċerti jew qalu li mhux se jivvotaw, numru li fi kliemu dejjem jonqos meta toqrob l-elezzjoni. "Irridu naħdmu aħna biex din ma tiġrix. Naħdmu mhux biex innaqsu d-distakk iżda biex xi darba nkunu l-partit tal-għażla tal- maġġoranza tal-poplu Malti," insista Said. 'Konvint li l-PL għadda mill-pik tiegħu' Kien hawn li l-ILLUM fakkritu kif filwaqt li l-PL żamm il-voti tiegħu, il-PN mhux qed iżid iżda saħanistra qed inaqqas u dan fid- dawl ta' żviluppi importanti li seħħew fil- pajjiż, fosthom ir-riżenja ta' Prim Ministru. "Jiena konvint li l-effetti ta' dak kollu li ġara f 'dawn is-seba' snin ta' Gvern Laburista u dak li seħħ anke fl-aħħar xhur u ġimgħat se jkunu qed jibdew jirriflettu fil-ħsieb tan-nies," insista Said. "Konvint li l-Partit Laburista għadda mill-pik tiegħu, anke bil-problemi li qed jiffaċċja b'qasma interna li qed tkompli toħroġ fil-beraħ." Insista li dan waħdu mhu se jfisser xejn, iżda l-PN irid ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu, inkluż ir-riforma fl-istatut, se jara riżultati u dan minkejja sfidi bħar-riżorsi. 'Il-poplu mhux se jdum ma jdur lejn il-PN...' "Dan ma jaqtalna xejn qalbna. Ir-riżultati mhux se jidhru mill-ewwel. Iridu x-xhur jew saħanistra s-snin imma konvint li it it in-nies jibdew jaraw fil-PN il-partit li jista' joħroġ lil Malta minn din is-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Ma ninsewx li hemm ir-rapport tal-Moneyval li jaf ikun id-daqqa tal-mewt għall-ekonomija tal-pajjiż," insista Said. "Ċert li l-poplu Malti mhux se jdum ma jdur lejn il-PN biex joħorġu minn din is-sitwazzjoni prekarja li daħħalna fiha l-PL." Iżda Said verament jemmen li bidla fl- istatut tal-PN se taffettwa l-elettorat? Mhux aħjar ikun hemm uċuh ġodda flok statut ġdid? Said wieġeb li n-nies iħarsu lejn kollox anke lejn partit li jkun organizzat fih innifsu. "Importanti wkoll li jkollok nies ta' esperjenza u uċuh ġodda. Kien hemm żmien fejn kien diffiċli. Il-clusters li twaqqfu huma l-ewwel pass. Partit jibqa' ħaj meta jibqa' jattira nies ġodda. Il-PN dieħel fil-fażi li jattira nies ġodda. Ma jfissirx li min għandu l-esperjenza jiġu mwarrba. Kulħadd għandu x'joffri," insista. L-ILLUM terġa' twaqqfu u tfakkru li fost il-poplu hemm perċezzjoni ta' partit maqsum u dak qed iħoll u jorbot kollox. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni insista li fl-aħħar xhur saru avvanzi kbar u llum il-Grupp Parlamentari huwa magħqud u qed jaħdem għal għan wieħed. Għaliex domtu ma aċċettajtu lil Delia? Mhux żmien moħli? Iżda għaliex issa? Ma setgħux aċċettaw Il-Partit Nazzjonalista se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss? Kieku sar Kap, illum il-PN jinsab f'sitwazzjoni aħjar? Biżżejjed bidla fl-istatut biex il-PN jiġbed lejh nies ġodda? Il-PN se jibqa' jisħaq li Steward ma għamlu xejn? L-ILLUM tistaqsi lil Chris Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020