Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262264

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 daqqiet li niżluh Wara li l-kumpilazzjoni tal-evidenza kellha tieqaf għal ġimgħat sħaħ minħabba l-pandemija, Melvin Theuma reġa' lura b'xhieda xokkanti kontra l-eks Ministru. Melvin Theuma qal li l-irġiel akkużat bil-qtil ta' Caruana Galizia ħadu "350" biex wettqu l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, informazzjoni li skontu, waslet għandu mingħand Johann Cremona, sieħeb fin-negozju ma' Yorgen Fenech. Dawn it-"350" waslu mingħand Chris Cardona. Chris Cardona jerġa' jiċħad ukoll dawn l-allegazzjonijiet. Jiddeskrivihom bħala "bla sens u bbażati fuq il-gideb." Fil-Qorti Melvin Theuma jiddeskrivi lil ċertu Anthony Chetcuti, magħruf bħala l-Biglee, bħala intermedjarju bejn Chris Cardona u Alfred Degiorgio. Dan Anthony Chetcuti huwa canvasser ta' Chris Cardona. Skont Melvin Theuma, kien dan il-Biglee li għadda t-"350" mingħand Cardona għal għand il-Fulu. L-istess Biglee ssemma' wkoll minn Johann Cremona (is-sieħeb ta' Yorgen Fenech fin-negozju) waqt ix-xhieda tiegħu. Skont Cremona, darba Yorgen Fenech bgħatlu ritrattt tal-Biglee u qallu li dan huwa "l-intermedjarju" bejn Chris Cardona u Degiorgio. Melvin Theuma xehed ukoll kif darba, Mario Degiorgio (ħu Alfred u George Degiorgio) kien spjegalu kif David Gatt kien qallu li qabel jibda l-ġuri jrid iħejji €400,000. Dan David Gatt huwa avukat li jaqsam uffiċċju ma' Chris Cardona. L-istess Da- vid Gatt, d e j j e m skont ix-xhieda ta' Melvin Theuma, kien bagħat messaġġ ma' xi ħadd jisħaq li jekk l-aħwa Degior- gio kienu se jitfgħu l-ħtija fuq Cardona kien jo- qtolhom. Gatt kien bagħat dan il-messaġġ għax darba, wara l-Qorti, waqt li kienu fil-vann tal-ħabs, l-aħ- wa Degiorgio allegatament bdew jifthemu biex iweħħlu f 'Cardona. Skont Theuma, semagħhom uffiċjal tal-ħabs, ir- rekordjahom u informa lil Gatt. Melvin Theuma jgħid li Chris Cardona kien iddaħħal l-isptar wara li sofra overdose. "Kien inkwetat dwar il-qtil ta' Daphne. Fenech qalli li bela' xi pinnoli u ddaħħal l-isptar. Kien ċert dwar dak li qed jgħid," xehed Theuma fil-Qorti. Madanakollu, meta mistoqsi mill-Avukat Jason Azzopardi jekk Fenech qattx qallu li Cardona kien ittieħed fi sptar f 'Tas-Sliema wara li nstab b'revolver f 'ħalqu, Theuma wieġeb fin-negattiv. Anke dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħuda totalment minn Cardona. Huwa insista li qatt ma ddaħħal l-isptar u ħeġġeġ lill-midja biex tiċċekja r-records tal-isptarijiet. It-tielet daqqa: Allegazzjoni serja li Cardona għadda flus lill-aħwa Degiorgio Ir-raba' daqqa: Intermedjarju bejn Cardona u l-Fulu? Il-ħames daqqa: 'Iridu jħejju €400,000 qabel il-ġuri' Is-sitt daqqa: Allegazzjoni li Cardona spiċċa b'overdose

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020