Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262264
14 analiżi IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum Il-Ħaddiema, l-Istat u s-Suq Globali CARMEL BORG U JOE GRAVINA Sikwit nisimgħu bil-frażi 's-suq isuq'. Dan il-kunċett, li joħroġ mill-vanġelu skont in- neoliberali, dawk li jemmnu li d-dinja teżisti biex taqdi lill- profitt mingħajr xkiel tal-istat, jagħti l-impressjoni falza li s-suq idur fuq fusu u li s-suq huwa ekoloġija awtonoma jew indipendenti mill-istat. Kemm il-kriżi ekonomika tal-2008, kif ukoll dik li għaddejjin minnha, urewna kemm l-intervent tal-istat huwa kruċjali biex is-suq ma jieqafx isuq. Impressjonanti l-fatt kif l-appostli tas-suq ġrew b'kemm kellhom saħħa għand l-istat bit- tama li jifdihom mis-saram li l-pandemija daħħlithom fih. Anke fejn kien magħruf li l-kumpaniji kellhom assi privati kbar li jiggarantixxu l-futur imbiegħed tagħhom, l-istess kumpaniji raw kif għamlu biex għasru l-lumija pubblika u daħħlu lill-ħaddiema f 'dejn pubbliku li se jgħassarhom għal tul ta' żmien, filwaqt li uħud mis- sidien komplew igawdu mill- ġenna fiskali li l-istat neoliberali jipprovdilhom. Sakemm l-istat ikanta mill-istess librett jista' jkun oligarkiku jew dittatorjali Għas-suq, mhux importanti jekk l-istat huwiex demokratiku, oligarkiku, dittatorjali, abbużiv, anti-ambjentali jew korrott. Sakemm l-istat u s-suq qegħdin ikantaw mill-istess librett, sakemm it-tnejn qegħdin ikantaw l-istess għanja, ta' soċjetà mibnija fuq il-profitt u t-tkabbir ekonomiku, il-feddejja internazzjonali li jiddeċiedu fejn jattakkaw u fejn iħallu l-paċi ssaltan, x'aktarx se jiggarantixxu l-protezzjoni meħtieġa biex l-istat ikompli jinnormalizza l-ideoloġija tal-profitt akkost ta' kollox. Meta l-istat jazzarda jipperikola l-loġika tas-suq jew il-materja prima strateġika biex ir-rota tal-istess suq tkompli ddur, il-kustodji ideoloġiċi jaraw kif jipperswadu lill-istat eretiku, kemm bis-sewwa kif ukoll b'mezzi vjolenti, biex jibdel ir- rotta tiegħu. Ħafna drabi, bl-iskuża li qegħdin jiddefendu ħelsien il-bniedem, pretest li jidher leġittimu f 'għajnejn il- kotra globali, mexxejja, uħud minnhom imtellgħin demokratikament, għax refgħu rashom kontra s-suq, spiċċaw vittmi ta' azzjonijiet orkestrati minn forzi interni li kapaċi jimmobilizzaw lill-massa. Fejn ma waslux il-forzi 'ċivili' jew paramilitari, daħal il-militar. L-Amerka Latina : Minn Allende għal Pinochet fiċ-Ċile Hekk seħħ fiċ-Ċile fis- sebgħajnijiet. It-tmexxija leġittima ta' Salvador Allende tnawret bi skarsezzi foloz u azzjonijiet oħra li ħolqu nċertezza u dwejjaq fil- pajjiż. Il-kolp vjolenti ta d-daqqa tal-mewt lil esperiment politiku li kellu l-għan li jinnazzjonalizza l-industriji ewlenin, jiftaħ l-edukazzjoni għal kulħadd u jtejjeb il-kundizzjonijiet tal- għejxien tal-ħaddiema; aġenda ideoloġika li kienet skomda wisq għall-kustodji tas-suq. Dak li seħħ wara l-kolp tal- 1973 - id-dittatura ripressiva tal-Ġeneral Augusto Pinochet - filwaqt li ma kellu l-ebda legittimità demokratika, serva biex iċ-Ċile ssir laboratorju neoliberali, immexxi primarjament miċ-'Chicago Boys', l-istudenti ta' Milton Friedman u Arnold Harberger, żewġ professuri bbażati fl- Università ta' Chicago. Ripressjoni li serviet lis-suq għal sbatax-il sena, mill-1973 sal-1990. Ħafna mid-dittaturi fl-Amerka Latina tas-sittinijiet, sebgħajnijiet u tmeninijiet tas- seklu għoxrin kellhom l-appoġġ tal-burgeżija industrijali u agrarja u t-tberik tas- superpotenza Amerikana li qatt ma kienet se taċċetta li l-loġika tas-suq tkun mhedda fil-btieħi ġeografiċi tagħha. Sakemm il-ġunti militari fil-Brażil u l-Arġentina, biex insemmu żewġ eżempji ta' dittatorjati fir-reġjun fi żminijiet imsemmija, servew il-burgeżija agrikola u industrijali, il-bażi tas-suq intern u fir-reġjun, il- pampaluni tal-libertà għalqu għajnejhom għall-ħniżrijiet li varjaw minn tfigħ ta' nies mill-ajruplani għal torturi u perversitajiet bla ħniena. L-istess seħħ fl-Amerka Ċentrali fid-disgħinijiet. It- theddida l-ħamra f 'dan ir- reġjun waslet biex l-Istati Uniti timmonta offensiva kontra pajjiżi bħall-El Salvador u n-Nikaragwa, kollha b'popolazzjoni kbira ta' bdiewa fqar dipendenti għal-loqma mis- sidien ta' meded kbar ta' artijiet agrikoli. Kull ħjiel ta' reżistenza għal- loġika tal-iskjavitù agrarja, li b'mod sistematiku faqqret miljuni ta' campesinos fir- reġjun, kien biżżejjed biex tiġi ordnata kampanja ta' tindif uman b'armi mpurtati u taħriġ militari mill-kapitali tal-libertà. Eluf ta' bdiewa u raħħala li attendew protesti jew priedki kontra l-inġustizzji, reliġjużi u lajċi li pubblikament iddenunzjaw il-ħniżrijiet u tkellmu fil-miftuħ favur l-emanċipazzjoni tal-bdiewa, u mexxejja reliġjużi li fehmu li r-reliġjon qiegħda hemm mhux biex timmansa l-merħla iżda biex tippreferi lill-fqir u tillibera lill-imjassrin, inqatlu b'mod brutali.Għar-ripressjoni tas- sovverżjoni kontra l-loġika tas- suq, ma kien hemm ebda spazju sagru. F'El Salvador, waslu biex qatlu lill-Isqof Romero fuq l-artal. L-'Istat' Nazzjonali Globalizzat L-ideoloġija eġemonika tas- suq teħtieġ l-appoġġ kontinwu tal-politika nazzjonali. F'kuntesti demokratiċi u mhumiex, l-apparat tal-istat, li jinkludi l-qasam edukattiv, huwa kruċjali biex jirriproduċi l-fidi fis-suq u biex jikkalma l- ħolm f 'dinja li mhix kapitalista. Barra t-trawwim tal-fidi fis-suq u fil-konsum li jġib miegħu, l-istat neoliberali, permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jipprovdi, għandu l-irwol utilitarju li jiżgura li l-ħaddiema tiegħu huma flessibbli, multifunzjonali, diġitali u mobbli biżżejjed biex jibqgħu mpjegabbli f 'suq li jinbidel. Edukazzjoni u taħriġ li jservu lis-suq, ftit li xejn jisħqu fuq l-għarfien storiku, il-ħsieb kritiku u l-attiviżmu soċjali. L-edukazzjoni jeħtieġ tkun utilitarja, b'ċertifikati li jiggarantixxu l-livell funzjonali u d-disponibilità utlitarja tal- ħaddiema preżenti u futuri. Taħriġ tekniku aktar milli formazzjoni umanistika li ssawwar lill-bniedem f 'ħaddiem ħassieb, ħalliem u attivist. Kif jistqarr Michel Foucault, filosofu, kritiku letterarju u teorista soċjali Franċiż tas-seklu għoxrin, f 'kuntest neoliberali, dak li tradizzjonalment kien soċjali jeħtieġ li jkun ekonomizzat. L-istat imxennaq biex jattira l-investiment irid jiggarantixxi l-paċi industrijali fil-pajjiż. Bejn karrotti u loqom, l-istat jimla l-vojt imħolli min-nuqqas ta' ġustizzja permanenti li tħallas lill-ħaddiema b'mod xieraq, tagħti s-serħan il-moħħ u tiggarantixxi li x-xogħol prekarju ma jkunx l-ordni tal- ġurnata. Waħda mir-rebħiet, għalkemm mhux totali, tal-istat neoliberali hija t-tmermir tal-moviment trejdjunjonistiku. Prattiċi tax-xogħol, li jvarjaw Id-dittatura tal-Ġeneral Augusto Pinochet serviet biex iċ-Ċile ssir laboratorju neoliberali,