Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262264
16 analiżi IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum Il-midja tinsab fi kriżi finanzjarja u ta' fiduċja? In-nies Tgħajjir u ostilità, ġurnalisti mħallsin pagi baxxi u marġini żgħar ta' profitti jekk mhux djun. Din hija r-realtà ta' ħafna mill-midja indipendenti f'pajjiżna bħalissa. Andrew Azzopardi, Kurt Sansone, Fr Joe Borg u Chris Peregin jitkellmu ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ġurnaliżmu huwa l-vejjikolu tal-informazzjoni, l-analiżi u t-twassil tal-verità kemm jista' jkun b'mod oġġettiv - biex dak li qed jaqra mhux biss ikun infurmat imma jkollu kuntest għall-informazzjoni li qed jingħata. Il-ġurnaliżmu jifforma diskussjoni u ħafna drabi jservi ta' kuxjenza fuq diversi temi politiċi, soċjali u morali. Jidher iżda illi illum qed jiffaċċja żewġ sfidi liema bħalhom - sfidi li jistgħu saħansira jheddu l-eżistenza ta' dan il-pilastru importanti f 'demokrazija. L-ewwel sfida hija l-fiduċja fiha li jdher illi dejjem nieżla u li qed tkun trażmessa f 'ostilità lejn il- ġurnalisti, speċjalment dawk indipendenti. It-tieni sfida u l-akbar hija dik finanzjarja u marbuta magħha allura d-dipendendenza tal- midja - speċjalment dik stampata u virtwali - fuq riklamar tal- Gvern u l-pressjonijiet kollha li dan jista' jwassal għalih. Allura l-midja tinsab fi kriżi jew le? L-ILLUM staqsiet tliet mistoqsijiet lil preżentatur u Dekan fl-Università ta' Malta Andrew Azzopardi, il-fundatur u Kap Eżekuttiv tal-portal Lovin Malta Chris Peregin, Editur tas-sit maltatoday.com.mt u eks Editur tal-ILLUM Kurt Sansone u finalment iċ-Chairman tal- Grupp li jmexxi Newsbook u l-RTK Fr Joe Borg. Kif tiddeskrivi l-istat tal-midja f'Malta bħalissa? Tinsab aħjar milli kienet 20 sena ilu jew agħar? Il-midja Maltija hija ħafna iktar diversa illum milli kienet 20 sena ilu. Naħseb l-internet għen ħafna għax ta opportunità għal newsrooms żgħar bhal Lovin Malta biex jiksbu suċċess mingħajr spiża kapitali kbira. Dan ifisser, ovvjament, iktar kompetizzjoni u sfidi ġodda, speċjalment għal dawk il-midja tradizzjonali. Pero, min-naħa l-oħra, il-kompetizzjoni qed tixpruna d-djar tal-midja biex jgħollu l-kwalita' tal-ġurnaliżmu. Mil-lenti ġurnalistika, naħseb il- midja hija iktar qawwija u libera illum fil-kritika tagħha għax naħseb li fil-passat kien hemm ħafna awtoċensura probabli għax is-soċjetà kienet inqas libera. Jien ottimist ħafna għall-futur tal-midja Maltija u nara ħafna lok ta' titjib, specjalment jekk inkomplu nżidu l-livell ta' kwalità, l-libertà tal-ħsieb u l-kooperazzjoni bejn Kmamar tal-Aħbarijiet differenti. Jidher li hemm ostilità - lokali u internazzjonali - kontra l-midja u l-ħaddiema tagħha li qiegħda tikber. Għalfejn taħseb li qed jiġri dan? Tħoss li l-midja tilfet il-polz tan-nies? L-ostilità naħseb li tiġi mil-fatt li l-midja għanda hafna poter u kullħadd irid illi dak il-poter jintuża favur il-ħsibijiet u l-interessi individwali tiegħu/tagħha. Il- midja ma tista qatt tkun biss riflessjoni tal-polz tan-nies, għax trid dejjem tisfida l-ħsieb popolari bil-veritajiet li mhumiex dejjem popolari. Hemm min juża dan il- punt biex jiggalvanizza lin-nies kontra l-midja għal skopijiet tiegħu b'messaġġ popolist, iżda l-midja trid tkun iġġudikata fuq il-ħidma fit-tul tagħha, it-tfittxija tagħha għall- verità u l-integrità li turi. Dan huwa dak li jippermetti t-tiġdid kostanti tiegħu. Filwaqt li l-ostilità kontra l-midja teżisti, naħseb li hemm ukoll tendenza minn midja lokali u internazzjonali li nenfasizzaw wisq fuq din l-ostilità u ninjoraw it-tibdiliet li qed nwettqu u n-nies li qed ngħinu permezz ta' xogħolna. Il-midja - speċjalment - dik stampata qed tiffaċċja pressjonijiet finanzjarji kbar, bid-dipendenza fuq ir-riklami tal-l-Gvern tiżdied. Kif se ssib bilanċ bejn il-parzjalità, il-bżonn li tinvestiga u li tikkritika u dik l-id li fl-aħħar mill-aħħar qed titmagħha? Faċli. Jeħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu ċar li bih ir-reklamar tal-Gvern jingħata b'mod ġust, b'mod li jibbenefika t-taxpayer iżda wkoll il-produtturi lokali tal- midja. Il-mekkaniżmu għandu jkun trasparenti sabiex in-nies jkunu jafu kif qed jintefqu flushom. Għandu jkun hemm restrizzjonijiet fuq ir-reklamar tal-Gvern fuq Facebook, Google u korpi internazzjonali oħra sabiex il-flus maltin imorru għal korporazzjonijiet li qed isaħħu d-demokrazija u mhux kumpaniji internazzjonali li m'għandhomx interess jagħmlu hekk. M'għandniex naraw ir-reklamar tal-Gvern bħala rigal mogħti minn dawk fil-poter imma bħala xi ħaġa li l-produtturi tal-midja f 'Malta jakkwistaw b'mod ġust minħabba l-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw udjenza lokali b'saħħitha li fiha l-Gvern irid jirreklama d-diversi skemi tiegħu. Ikun tajjeb ukoll li l-partiti politiċi ma jibqgħux jikkompetu mal-midja, kif jagħmlu f 'Malta. Chris Peregin Kif tiddeskrivi l-istat tal-midja f 'Malta bħalissa? Tinsab aħjar milli kienet 20 sena ilu jew agħar? Ifhem nahseb li hija midja aktar attrezzatha u aktar imħarrġa - b' nies aktar kwalifikati, ħafna aktar żgħażagħ jaħdmu fiha. Naħseb li l-pluraliżmu għen ħafna għax ta aktar opportunitajiet. Jidher li hemm ostilità - lokali u internazzjonali - kontra l-midja u l-ħaddiema tagħha li qiegħda tikber. Għalfejn taħseb li qed jiġri dan? Tħoss li l-midja tilfet il-polz tan-nies? Le, il-midja ma tilfitx il- polz tan-nies u naħseb li l-antagoniżmu ġej mill- establishment, mill-poter, min-negozji u mill-'ħżiena' fis- socjeta' li ma jridux li toħroġ il- verità. Il-midja - speċjalment - dik stampata qed tiffaċċja pressjonijiet finanzjarji kbar, bid-dipendenza fuq ir-riklami tal-l-Gvern tiżdied. Kif se ssib bilanċ bejn il-parzjalità, il- bżonn li tinvestiga u li tikkritika u dik l-id li fl-aħħar mill-aħħar qed titmagħha? Irid ikun hemm il-kuraġġ - iridu jinstabu modi ġodda ta' ffinanzjar. Diment li l-Gvern jibqa' dak li jitma' - anke jekk ma tkunx l-intenzjoni - l-effett se jinħass. Għalhekk importanti li jinstabu modi differenti ta' ffinanzjar fejn in-nies issir shareholder tal-midja. Biex dan isir irid ikun hemm il-fiduċja tal-poplu li dak li qed jinkiteb u jiġi investigat huwa ġenwin u se jgħinhom u jipproteġihom. Andrew Azzopardi