Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262264

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 letteratura IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb BE THE PARENT Għar-ripar Oui, bien "Time's up!", smajtu jgħildilhom l-inviġilatur jien u ħiereġ qajqajl minn dika l-kamra ser taqa' u ma taqax xi mkien lejn il-Forti Sant'Iermu. Kont diġà lestejt l-eżami għat-tradutturi daqs ħames minuti qabel. Warajja tfaċċa mill-bieb l-eks kollega tiegħi Sandro Mangion. "Time's up. Oui, bien sûre...", niakarni ngħidlu jien u nieżel it-taraġ. Ħriġt minn hemm ġew b'ċerta ċertezza. Kont żgur li għamiltha. Wara dawk ix-xhur kollha nitħarreġ taħt Joe Felice Pace ridt inkun altru tromba biex ma ngħaddix. Almenu hekk kien żgurani d-direttur tal-kumpanija li kienet torganizza l-korsijiet fit-traduzzjoni... Anke d-Dinu hekk kien qalli... L-addiju għand id-Dinu Dakinhar mill-Belt Valletta bqajt sejjer dritt ir-raħal bħal biex niċċelebra fil-ħanut tad-Dinu. 'Qas ilħaqt dħalt li m'għedtlux illi fi it ġimgħat oħra nkun tlaqt lejn Brussell. "Iss'int bħalek x'sejjer tagħmel hemm f 'dak iċ-ċpar?," qalli b'dak it-ton ċiniku tas-soltu huwa u jixxotta t-tazzi. "Xorta hemm rebħek mela 'qq**** Ġagint! Imbasta dejjem moħħok fi Fredu Sant! Xejn ma ngħidlek insomma – iddeverti!" Dak il-ħin it li xejn tajt kasu. Niġu f 'dan kważi qatt ma tajt wisq kasu. Ma tridx tieħu għalih: ilsienu laxk u mar-raba' grokk stenna minn kollox, fosthom bosta anedotti divertenti miżgħudin b'żinnati li qatt ma setgħu ġraw, dagħa ferm ikkulurit, botti u risposti u kulħadd jismu Karmu jew Ġagint. Iżda dik il-mistoqsija nejjieka baqgħet tħuf f 'moħħi sikwit. "X'sejjer tagħmel hemm f 'dak iċ-ċpar?" Mhux dik il-mistoqsija biss. Ix-xena komistorika kollha baqgħet tgħaddi minn quddiem għajnejja bosta drabi, qisha ħolma. Waħda minnhom meta snin wara, ċertu kittieb Malti – ħadd għajr Alfred Sant innifsu – ippubblika l-ġabra ta' stejjer qosra Ċpar – Aktar Rakkonti u Divertimenti (2013). Dika l-ħabta inzerta kont ninsab bieżel inħejji kollox sabiex nerġa' lura Malta wara tmien snin ngħix tabilħaqq fiċ-ċpar: mhux sewwasew fi Brussell iżda f 'Belt il-Lussemburgu. Ħabat ukoll, bla ħsieb ta' xejn, li dan kien l-ewwel ktieb bil- Malti li ġie f 'idi malli nżilt lura – forsi għalkollox, min jaf? – fuq dina l-blata. Rakkonti divertenti? F'din il-ġabra ta' għaxar stejjer Sant kompla fejn kien ħalla daqs erba' snin qabel fil-ġabra Pupu fil-Baħar – Rakkonti u Divertimenti (2009). Niaħ daqsxejn ta' parenteżi: l-enfażi fuq il-kelma divertimenti nsibha pjuttost mhux f 'lokha minn kittieb tax-xeħta tiegħu. (Misteru dan, forsi daqs it-titli tal-artikli tiegħu fit-Times of Malta li dejjem kienu jibdihom bl-ittri Pr.) Niakru jispjega, waqt intervista ma' Norman Hamilton fuq One TV dwar Pupu fil-Baħar, li jenħtieġ illi kittieb tajjeb ikollu l-ħila jiddeverti lill-qarrejja. Għandu mnejn bil-kelma divertiment jien u Alfred Sant nimu ħwejjeġ differenti ħafna. B'dan mhux bilfors qiegħed ngħid illi Sant il- kittieb m'huwiex awtur divertenti, xejn affattu. Madankollu jidhirli li

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020