Illum previous editions

ILLUM 28 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1264346

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2020 Carmelo Abela Gvern li jwettaq. Gvern li jiġedded Carmelo Abela huwa l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru F l-aħħar ġimgħat fakkar- na t-tliet snin tat-tieni leġiżlatura ta' Gvern Laburista. Inħossni privileġġjat li, bħala l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fost ir-responsabbiltajiet li l-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jafdali hemm it-twettiq tal-manifest elettorali. Kien ta' sodisfazzjon kbir għalija li f 'dan l-anniversarju stajt nispjega kif 76% tal- programm elettorali twettaq. Minkejja ċ-ċirkustanzi diffiċli u ta' tranżizzjoni li għaddejna minnhom f 'dawn l-aħħar xhur – li, trid jew ma tridx, poġġew quddiemna sfidi kbar biex inżommu r-ritmu għaddej – nistgħu ngħidu b'wiċċna minn quddiem li rnexxilna nibqgħu naħdmu bla heda u niksbu r-riżultati. Riżultati li mhux biss jidrhu u jinħassu fil-ħajja ta' kuljum imma jistgħu wkoll jiġu ikkwantifikati. Ta' min infakkru li l-Gvern Laburista tal-2013 kien l-ewwel Gvern li qatt ta' l-importanza meħtieġa lill eżerċizzju tat- twettieq tal-Manifest Elettorali. L-ewwel Gvern ta' Joseph Muscat kien wkoll l-ewwel Gvern fl-istorja li ddedika Ministeru li fil-portafoll tiegħu kellu bħala ħidma ewlenija, it-twettiq tal-programm tal- Gvern. Dan ix-xogħol kien jiġi kkordinat tajjeb ħafna mill- eks Deputat Prim Ministru, is-Sur Louis Grech u t-tim tiegħu li daħħlu għal-ewwel darba sistemi mid-dinja tan- negozju li jintużaw biex jitkejjlu t-twettiq ta' mira: KPI's jew Key Performance Indicators. Wieħed sempliċiment jirreferi għal fatt li l-ewwel leġislatura ta' Gvern Laburista wettqet 88% tal-Manifest elettorali apparti l-ħidma sfieqa li saret u li tiżboq dak il- minimu li ntrabatna mal-poplu bih. U l-istess ser nagħmlu din id-darba. Biss biss sa issa tajna rifużjoni tat-taxxa fuq id-dħul lill-ħaddiema kollha, żieda fil-pensjoni, komplejna l-iskemi għal first time buyers u daħħalna dik tas-second time buyers, il- liġi tal-kera, qed nibnu 1,700 appartament tal-housing apparti tisbiħ u installazjoni ta' lifts f 'oqsma tad-djar eżistenti, ir-rivoluzzjoni infrastrutturali li qed naraw madwarna bin-nefqa ta' €700 mijun f 'temp ta' 7 snin, iż-żieda lill-edukaturi, trasport b'xejn għall-iskola, it-tnaqqis fl-ispiża tal-uniformijiet u tal- eżamijiet tal-Matsec u Sec. Fis-saħħa l-estensjoni tas-servizzi tal-kura tal-qalb, tal-iskrinjar għall-kanċer tas- sider u tal-prostata, iż-żieda fil-mediċini b'xejn mingħajr ma jkun hemm minnhom li jispiċċawlna, l-estensjoni tas- servizz tal-kura primarja f 'Ħal Kirkop u, dalwaqt, f 'Raħal Ġdid, u tisħiħ fis-servizz mogħti lil dawk li għaddejjin mill-proċedura tal-IVF. Il-ftuħ tal-Iskola tal-Mediċina prestiġġjuża ta' Barts u l-Innovation Hub f 'Għawdex, l-investiment f 'tagħmir modern b'teknoloġiji tal-informatika għall-użu tal-Armata u tal- Pulizija, il-liġi taż-żwieġ indaqs, il-Vot 16, il-liġi dwar il- kremazzjoni u tant miżuri oħra. Xtaqt illum imma nagħmel enfasi fuq qasam partikolari. Ridt nissolleva l-bidliet kbar li seħħew biex tissaħħaħ is- saltna tad-dritt u t-trasparenza. Insemmi biss il-liġijiet li għadda dan il-Gvern li jpoġġu ħatriet ogħlja fil-pajjiz taħt l-iskrutinju tal-kamra tar-rappreżentanti; il-kodiċi tal-etika bil-ħatra tal- Kummissarju tal-Istandards, il-qasma fl-operat tal-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u l-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. B'mod ġenerali, it-tneħħija ta' poteri li kienu ilhom għand il- kabinett u l-Prim Ministru għal deċennji sħaħ u li issa għaddew f 'idejn grupp ikbar ta' nies, fi proċessi miftuħa, trasparenza u skrutinju akbar. Dan wara li Gvern Laburista tal-2013 kien daħħal l-ewwel Liġi tal-finanzjament tal-Partit fl-istorja ta'pajjiżna, il-liġi dwar it-tneħħija tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi u l-Whistleblowers act. Mhux se naħbi lanqas iż- żmien diffiċċli li għaddejna minnu bħala pajjiż fil-Milied tas-sena li għaddiet. Għixnieh kollha flimkien u nittamaw li ngħalquh lkoll flimkien meta il-verità sħiħa toħroġ permezz tal-proċessi fil- qrati tagħna. Imma jibqa l-fatt li l-Oppożizzjoni għażlet li tibbaża l-isforz kollu tagħha tul dawn l-aħħar 3 snin biex tattakkana fuq dan il-qasam, inkluż wara li inħatar Prim Ministru ġdid. Ħadd ma jista jiċħad il-passi konkreti li qed nagħmlu biex insewwu dak li kien għadu qatt ma issewwa għal għexieren ta' snin f 'dan il-qasam. Kif qed nimxu mar- rakkomandazzjonijiet ta' riforma minn istituzzjonijiet internazzjonali li jixprunaw livelli għola ta' kontabilita', trasparenza u s-saltna tad-dritt. Minix ser naħli ħin nitkellem dwar in-nuqqas ta' avvanz li qed jagħmel Adrian Delia mal- votanti inkluż il-votanti tiegħu stess. Lanqas ser naħli wisq ħin nikkonvinċi kif il-maġġor parti tal-proposti tal-Oppożizzjoni huma jew nofs sajran jew tant negattivi li jinstemgħu kompletament maqtugħin mir- realta' tan-nies. Imma ser nagħmel punt wieħed: dak dwar il-falsità l-mibegħda u l-politika għal- vanità flok bħala servizz ta' ċertu paladini tar-Rule of Law tal-Oppożizzjoni. Dawk li jibqgħu jemmnu li huma biss kapaċi jmexxu u li kull politiku ieħor huwa imperfett ħlief huma. Dawn l-individwi qed iwaqqgħu l-livell politiku minn dak ta' dibattitu serju fi spirtu ta' ġentlomerija għal race to the bottom fejn li nippjanaw biex nitfgħu Prim Ministru ta' pajjiżna l-ħabs, nitfgħu l-Kap Kmandnat tal-Armata l-ħabs u s-suldati, nisfidaw il-Pulizija fil- qadi ta' dmirjietha u azzjonijiet simili, jsiru 'normali'. Il-gravità ta' dan kollu hu fil-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni jinjora l-konklużjonijiet ta' inkjesti fuq dawn il-każi u jħalli lill parlamentari tiegħu joħorġu bi qlajjiet ġodda, bla impunità... qisu dak li allegaw u tgiddeb mill-qrati ma kienx serjissimu. Aħna differenti, fejn kien hemm ħażin biddilna u ser inkomplu ninbidlu. F'temp ta' ftit xhur wrejna liċ-ċittadini tagħna u lid-dinja li dan hu Gvern serju li jaf jmexxi anke f 'mument ta' kriżi bla preċedent bħall-COVID19. U llum niġu quddiemkom bir-riżultati f 'idejna ta' kif wettaqna diġa 76% ta' dak li intrabatna li nagħmlu 36 xahar biss ilu. Din hi l-verità u b'dan is- sens ta' kuraġġ u direzzjoni inkomplu naħdmu, sereni, nħallu f 'idejn l-poplu li jagħmel il-ġudizzju tiegħu: mhux biss bl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika imma speċjalment bil-vot li jkun mistieden jixħet meta jkun waqtu. F'temp ta' ftit xhur wrejna liċ-ċittadini tagħna u lid- dinja li dan hu Gvern serju li jaf jmexxi anke f'mument ta' kriżi bla preċedent bħall-COVID19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 June 2020