Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182
21 editorjal illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt F ejn tibda u fejn tieqaf ir-relazzjo- ni bejn politiku u negozjant kbir? Għandu jkun hemm relazzjoni bejn it-tnejn? Ir-risposta hija 'iva għandu jkun hemm relazzjoni' għaliex wara kollox dak in-negozjant ħafna drabi jkun tappa importanti, bħal maduma żgħira f 'collage ħafna ikbar, li tifforma l-ekonomija. Jekk fil-ferneżija biex inbiddlu u nagħmlu xi ħaġa quddiem l-oxxenitjiet kollha ħerġin mill-Qorti, se nittimbraw lil kull min irnexxa fil-ħajja u kull minn huwa negozjant kbir bħala 'korrott" se nagħmlu żball kbir. Jekk taqbad l-akbar negozji f 'pajjiżna - lukandiera, kuntratturi, negozji fil-qasam finanzjarju u ħafna aktar - dawn iħaddmu eluf u eluf ta' nies. Huwa naturali u ovvju li kull partit u Gvern jeħtieġ iżomm kuntatt miuħ ma' dawk kollha fil-privat li huma għajn ta' ġid ekonomiku. Imma hemm differenza kbira bejn li tħalli kuntatt miuħ u diskussjoni matura b'benefiċċju reċiproku li jitrattaw il-benesseri tal-pajjiż u li tiaħ il-bibien biex in-negozjant mhux biss ikun dieħel u ħiereġ fil-kurituri tal-poter, talli jitpoġġa f 'pożizzjoni aktar b'saħħitha minn tal-Prim Ministru u f 'idejh ikollu l-assi tal-pajjiż. Dak li ġara jew allegat li ġara, fil-każ tal-Power Station, fil-każ tal-Wind Farm u fil-ehim mal-VGH, messna konna ilna li rajnieh u konna nafu li se jiġri - għaliex meta in-negozju ma jibqax qrib il-Gvern, imma jsir il-Gvern, dak li jiġri. Din mhux l-ewwel darba li l-assi tal- poplu ntużaw b'mod traskurat. Mhux sigriet li l-Mid Med Bank inbiegħ biċ- ċiċri. Mhux xi sigriet li saru ehim biex individwi jsiru sinjuri bħal fil-każ tal-art fil-Fekruna, il-każ tal-Lowenbrau u anke l-eks Cafè Premier. Imma mhux biss. Hemm bżonn li nsolvu l-akbar dilemma tal-partiti politiċi ta' pajjiżna. Kif se jġibu l-flus dawn biex jagħmlu l-kampanji u jmexxu l-midja tagħhom li qed tiswa ħafna u ħafna flus u li wara kollox jarawhom ħafna u ħafna nies? Se jibqgħu jiddependu minn donazzjonijiet żgħar tal-ġenwini u kbar ta' min fil-partiti jara fonti ta' flus? Jew se niddeċiedu li naddottaw sistema li teskludi l-bżonn li l-partiti jmorru jipprostitwixxu lilhom infushom biex ikollhom il-fondi? Ma nistgħux inċaħħdu lill-partiti - li llum saru jiswew ħafna flus - mill-flus li għandhom bżonn, imbagħad fl-istess ħin ingergru għax qed ifittxu modi u mezzi illeċti u korrotti. It-tielet punt. Hemm bżonn ta' politiċi b'fibra morali. Mhux politiċi tal-pedestalli u qaddisin bir-raġġiera - dawk ma jeżistux u l-qaddisin fil-ġenna u n-niċeċ qegħdin! Imma politiċi li jafu jagħmlu distinzjoni bejn it-tajjeb u l-ħażin u politiċi li għandhom - anke jekk jiżbaljaw huma jew ta' madwarhom - imħabba lejn il-pajjiż u lejn il-poplu u lejn l-assi tiegħu. Li għalihom sptar, triq, università u Power Station huma proġetti li jsiru biex il-poplu jkun aktar komdu, jgħix aħjar, iħallas inqas u jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu. Mhux politiċi li għalihom kull proġett huwa baqra biex jeħilbuha ħalli jsiru sinjuri huma. Hemm bżonn ta' politiċi li m'għandhomx bżonn il-politika biex jgħixu sew u jkollhom dħul xieraq. Politiċi ta' stoffa li jafu fejn hija l-linja l-ħamra u għandhom l-irġulija, l-onestà u l-ġenwinità biex ma jaqbżuhiex. Politiċi ta' għerf li jafu illi jekk jaċċettaw xi ħaġa mingħand xi ħadd jew ikunu fil-kumpanija ta' xi ħadd se jpoġġu lilhom infushom f 'dawl partikolari. U finalment politiċi li ma jintrabu mal-ebda individwu u mal-ebda persuna, imma biss ma' Malta u l-ġid tagħha. Lista twila vera. Imma lista li hija importanti. Nieħdu gost naraw nies bħal Daniel Micallef jersaq għal kariga importanti fil-Partit Laburista u l-elevazzjoni ta' nies bħal Aaron Farrugia, Byron Camilleri, Silvio Schembri, Edward Zammit Lewis, Julia Farrugia Portelli, Roderick Galdes, Stefan Zrinzo Azzopardi u oħrajn fil- Kabinett u fil-Gvern. Kif nieħdu gost naraw nies bħal Bernard Grech u Joe Giglio, jingħataw prominenza mill-Partit Nazzjonalista. Nieħdu gost għax jidher - sa issa - li l-ġenerazzjoni ta' politiċi marbutin mad-dekadenza issa qed jinbidlu b'nies li huma retti u li qegħdin fil-politika biex jagħtu servizz mhux biex jisservew. Nies li nittamaw minn qiegħ qalbna li mhux se jaqgħu mal-ewwel offerta malizzjuża ta' flus. Ħadd mhu anġlu u xempju tal-purità fil-politika. Imma ejja ma nilludux ruħna li d-dekandenza li qed nisimgħu u li fiċ-ċentru tagħha hemm assasinju ta' persuna, hija "ok"! Ejja ma nilludux ruħna li kollox sew la għandi sold żejjed fil-but. U kif ilna ngħidu, bix-xenarju politiku kif inhu, l-ewwel bidla u l-akbar bidliet jeħtieġ isiru fil-Partit Laburista issa mmexxi minn Robert Abela, ladarba jidher ċar illi se jerġa jirbaħ elezzjoni ġenerali mhux wisq, wisq 'il bogħod. U allura biex ngħalqu. In-negozju u l-flus, fuq naħa u l-politiċi fuq in-naħa l-oħra m'għandhomx u ma jistax ikunu għedewwa, iżda lanqas għandhom ikunu maħbubin - qrib xulxin u fl-istess sodda. Ħbieb sal-bieb, tkun relazzjoni ħafna aħjar u ħafna inqas riskjuża biex dak li ilu jiġri u ġara issa wkoll ma jerġax jiġri. Il-politika u l-flus: Il-ħbieb sal-bieb!