Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182
25 aħbarijiet illum • IIL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 għall-ambjent mibni nitkellmu dwar pjanijiet ta' 100 sena," ikompli l-Perit Scalpello, "b'elementi mhux magħrufa li jagħmlu dawn il-pjanijiet inqas dettaljati u aktar diffiċli biex jiġu rrealizzati meta mqabbla ma' pjanijiet fuq żmien iqsar. Bażikament, miżura ta' suċċess tal-pjan tiddependi fuq li ma takkomodax l-interessi ta' settur wieħed biss. "Pereżempju, spinta fit- turiżmu tista' tpoġġi pressjoni żejda fuq l-infrastruttura u ġġiegħel żieda fl-investiment fil-ġenerazzjoni u t-trasport tal-enerġija. Bl-ippjanar urban jeħtieġ li niakru li l-kapaċità tagħna mhix infinita, u hemm effetti u limitazzjonijiet konkreti u limitati meta nittraduċu idea f 'realtà. Iżda hija sistema dinamika u naħdmu b'punti importanti li jimmotivana biex nirrevedu u ntejbu." Is-sena 2020, għall-Awtorità, tirrappreżenta pass importanti fl-ippjanar strateġiku tagħha. Fl-2015, il-Pjan Strutturali tal- Gżejjer Maltin ġie rivedut u ġiet żviluppata viżjoni strateġika għall-20 sena li ġejjin. Din is-sena, l-istrateġija qiegħda tigi riveduta, li twassal għal mistoqsijiet dwar kif ħadem il-pjan ħames snin wara. Fil- kummenti tal-konklużjoni tiegħu, il-Perit Scalpello jispjega li issa huwa l-waqt li tara kif il-viżjoni tal-Awtorità fl-2015 mexxiet l-għanijiet nazzjonali ta' Malta 'l quddiem. "Il-mistoqsija ewlenija hija, kif inbidlet il-ħajja mill-2015 'il hawn?" jistaqsi l-Perit Scalpello. "Huwa proċess kontinwu biex tiġi riveduta l-validità tal-viżjoni tagħna. Jekk insibu li issa għandna ħtiġijiet ġodda, aħna naddattaw il-vjaġġ tagħna għax dan huwa kritiku għas-suċċess tal- pjan strateġiku tagħna. Każ partikolari jkun l-industrija tat- turiżmu. Mit-turist 'tradizzjonali' issa qegħdin nesperjenzaw espansjoni tal-viżitaturi li jagħżlu akkomodazzjoni stil Airbnb. Hekk kif nirrevedu, aħna se nistaqsu, x'inhuma l-implikazzjonijiet ta' dan? U kif se nirreaġixxu?" "Dan huwa fejn is-suċċess veru jinsab - meta jsiru mistoqsijiet, infittxu l-involviment tal- partijiet interessati, nimu l-kuntest li qed jevolvi u naddattaw b'mod proattiv fl- oqsma kollha tal-policy. Jekk ma naqblux ma kif miexja t-tendenza, nistgħu nintervjenu biex nibdluha. Imma jekk naqblu ma' din ix-xejra, nibdew niddeterminaw il-pass li jmiss fil-ġejjieni tal-ippjanar tagħna."