Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

It-turiżmu wara l-pandemija 23 opinjoni illum • 5 TA' LULJU 2020 I t-turiżmu kien wieħed mis-setturi li l-iktar intlaqat bħala riżultat tal-pandem- ija Covid-19. Tul is-snin in-numri tat-turisti li ġew iżuruna żdied kull meta tjiebet il-konnettività: min-naħa l-oħra hekk kif il-konnettività naqset u eventwalment waqfet kompleta- ment, ġara bil-maqlub. Iktar kmieni din il-ġimgħa bdew jaslu l-ewwel turisti fil-port u l-ajruport tagħna. Bil-mod qed terġa' tiġi stabilita l-konnettività li twassal biex it-turiżmu jibda jirpilja bil- mod. Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia-Portelli f 'dawn il-ġranet ħabbret il-mira tal- Gvern : 700,000 turist sal-aħħar tas-sena. Iktar kmieni t-tmexxija tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kienet emfasizzat li jeħtieġ madwar sentejn biex il-wasla tal-passiġġiera tirkupra u naslu fejn konna qabel ma faqqgħet il-pandemija. Jista' t-turiżmu qatt jilħaq il- livelli ta' qabel il-pandemija? Jeżistu stimi diversi dwar il-kontribut tat-turiżmu lejn l-ekonomija. Stima minnhom tipponta lejn kontribut dirett ta' 5 fil-mija tal-ekonomija. Imma, bħala riżultat tal-impatt fuq setturi oħra dan is-sehem jitla għal madwar 12 fil-mija. Barijiet, restoranti, ħwienet li jbiegħu bl-imnut, attivitajiet pubbliċi, l-industrija tad- divertiment u t-trasport (in partikolari l-kiri tal-karozzi) huma dipendenti fuq it-turiżmu. Setturi partikolari bħat-tagħlim tal-Ingliż u ċ-ċentri tal- għaddasa huma meqjusa bħala parti integrali mill-ekonomija turistika. Intqal ħafna dwar l-impatt tal-pandemija fuq il-lukandi. Imma anke dawk li jipprovdu sodod turistiċi barra mil- lukandi ġarrew fuq spallejhom impatt sostanzjali avolja it li xejn issemmew fid-dibattitu konness mal-impatti tal- pandemija. Dan huwa settur li jinvolvi negozjanti żgħar u dawk li nirreferu għalihom bħala micro--businesses li kull wieħed minnhom jimpjega inqas minn għaxar persuni. UNCTAD, l-Aġenzija tal- Ġnus Magħquda dwar il- Kummerċ u l-Iżvilupp, iktar kmieni din il-ġimgħa ħabbret li l-iġġammjar tat-turiżmu minħabba l-pandemija ser jiswa' lill-industrija globali tat-turiżmu madwar $1.2 triljun . Din l-istima tista' tirdoppja skond kif tiżviluppa t-tieni mewġa tal- pandemija. Il-Ġamajka tista' titlef madwar 11 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, t-Tajlandja 9 fil-mija, l-Italja 5 fil-mija. Fl- Unjoni Ewropeja l-agħar impatti huma mal-kosta Mediterranja fejn l-ekonomija hi dipendenti ħafna fuq it-turiżmu. Minbarra Malta hemm l-Italja, l-Kroazja, is-Slovenja, Cipru u l-Greċja li kollha ntlaqtu sew. It-Turkija u t-Tunesija, parteċipanti Mediterranji fl-industrija turistika ukoll iġġammjaw, wara li gawdew minn żidiet sostanzjali fin-numri ta' turisti tul is-snin. Jagħmel sens li l-Gvern, f 'dan il-waqt, permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qiegħed jiffoka fuq li jġib lill-industrija tat-turiżmu lura fuq saqajha. Dan imma, mhux biżżejjed. Jeħtieġ li nibdew naħsbu dwar il-futur tal- industrija u dan billi neżaminaw fid-dettall dak li l-industrja teħtieġ li tiffaċċja fit-tul. Fi tmiem is-sena li għaddiet, l-2019, ilħaqna in-numru ta' 2.8 miljun turista iżuruna. Il-punt hu jekk dawn in-numri humiex sostenibbli. Dan hu argument ta' dejjem li ilu għaddej sa minnmeta n-numri kienu ferm iżgħar. Id-dibattitu kien, u għandu jibqa' jkun dwar jekk għandniex niffukaw iktar fuq il- kwalità milli fuq il-kwantità. Il-miġja fostna tal-linji tal-ajru low-cost bħala parti essenzjali mill-politika tat-turiżmu illum tpoġġi emfasi ikbar fuq in- numri. Din hi għażla politika li saret u li teħtieġ li tkun eżaminata u analizzata fil-fond. L-impatti ekonomiċi għandhom jitqiesu fl-istess ħin mal-impatti ambjentali. Irridu niakru kontinwament li t-turiżmu jiġġenera bosta impatti ambjentali. Wasal iż-żmien li nirrealizzaw li d-dibattitu meħtieġ dwar il- futur tat-turiżmu jeħtieġ li jsir fl-isfond tal-Patt l-Aħdar: e Green Deal. L-emissjonijiet tal-ajruplani ser ikollhom ikunu indirizzati fil-futur qarib. Hu inevitabbli li jiddaħħlu taxxi dwar dawn l-emissjonijiet (carbon taxes) fi żmien mhux il-bogħod. Jekk mhux ser jittieħdu passi immedjati dwar dawn l-emissjonijiet ser ikun ħafna iktar diffiċli, biex ma ngħidx impossibli, biex ikunu ndirizzati l-konklużjonijiet tas-Summit Klimatiku ta' Pariġi tal-2015. Summit li Malta ħarġet tiaħar li kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi li rratifikatu. F'dak il-mument (jekk nibqgħu ma nieħdux passi) mhux biss it-turiżmu jaqla' daqqa kbira oħra imma tkun il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll li tieħu daqqa l-isfel. Il-gżejjer Maltin, bħall-parti l-kbira tal-gżejjer imxerrda mal- ibħra, ikunu minn tal-ewwel biex jaqilgħu ġo fihom l-impatti tat-tibdil fil-klima. Il-kosta tkun effettwat bl-għoli tal-livell tal-baħar. Tajjeb li niakru li l-infrastruttura tat-turiżmu qegħda kważi kollha mal-kosta! Iktar ma ninjoraw dan il-fatt bażiku ikbar tkun id-daqqa li naqilgħu. S'issa naħseb li kulħadd irrealizza kemm l-industrija tat-turiżmu hi waħda fraġli. Kull xokk li l-industrija isofri jista' jwassal għal tnaqqis kbir fl-impiegi f 'din l-industrija. It- turiżmu għadu staġjonali wisq u dan minnu innifsu jwassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol ta' natura prekarja. jeħtieġ li nippjanaw iżjed billi nħarsu il-bogħod u fuq medda twila ta' żmien: naħsbu u nippjanaw sewwa dwar l-impatti soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta' kull deċiżjoni. Dan wara kollox hu l-proċess li jwassal għal żvilupp sostenibbli. Hu l-unika mod kif nistgħu nassiguraw li l-impatti negattivi tal-industrija tat-turiżmu nistgħu nindirizzawhom illum qabel għada. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020