Illum previous editions

ILLUM 5 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1266182

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2020 analiżi Egrant, L-Ażerbajġan u 17 Black Iżda l-aktar allegazzjoni splussiva kienet dik li rabtet lill-kumpanija Egrant mal-Ażerbajġan u indirettament allura ma' 17 Black. Imma kif? Egrant hija kumpanija li Brian Tonna ta' Nexia BT kien qal illi hija tiegħu u li hija shelf company. Dan ifisser illi qatt ma kienet ta' xi ħadd. Daphne Caruana Galizia kienet għamlet allegazzjoni - li sal-lum qatt ma nstabu l-provi biex tiġi sostanzjata, lanqas wara inkjesta maġisterjali intensiva - illi Egrant, li nfetħet fl-istess żmien ma' Hearnville u Tillgate, hija f 'isem Michelle Muscat. Iktar minn hekk iżda hi kienet allegat li f 'Marzu tal-2016 Al Sahra FZCO - kumpanija inkorporata (mill-ġdid) fid-Dubaj - kienet għaddiet, $1.017 miljun lil Egrant. It-tranżazzjoni allegatament kienet mill-kont tal-Al Sahra għal għand il-kont ta' Egrant fid-Dubaj. Il-kont ta' Al Sahra FZCO - tgħid Caruana Galizia - kienet f 'isem it-tifla ta' Ilham Aliyev. L-inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Imħallef Aaron Bugeja ma sabet l-ebda flus għaddejjin f 'Egrant. Apparti li ma sabet ebda rabta bejn Michelle Muscat u Egrant, firem foloz u akkużat lil Maria Efimova bit-tixrid ta' kalunja. Ażerbajġan u 17 Black Il-Gvern Malti għamel ftehim mas-Socar biex jixtri l-gass għall-Power Station il-ġdida li qed titmexxa minn konsorzju li jinkludi lil Tumas Group, Siemens u Socar. L-ewwel kontroversja kienet żjara fl-Ażerbajġan f 'Diċembru 2014 li għaliha l-midja ma kinitx mistiedna u li l-informazzjoni dwarha baqgħet skarsa. Għaliha marru l-eks PM Joseph Muscat u miegħu Keith Schembri u Konrad Mizzi. Sa hemmhekk xejn wisq indikattiv. Iżda Socar imbagħad kienet parti mill-Konsorzju li bniet u qed tmexxi il-Power Station. Il-Gvern Malti daħal fi ftehim multi miljunarju mal-Ażerbajġan - fil-fatt daħal fi ftehim biex għal 10 snin jintrabat li jixtri €131.6 miljun f 'LNG kull sena għal total ta' madwar $1 biljun. Kien hemm diversi mistoqsijiet dwar kemm fil-fatt dan il-ftehim huwa ta' benefiċċju għal Malta u kemm għall-Ażerbajġan. Issemmew miljuni fi profitti għas-Socar. Daphne Caruana Galizia kienet żvelat kif fil-Bank Pilatus kellhom kontijiet: Il- Ministru tas-Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza Kamaladdin Heydarov, wieħed mill-iktar nies sinjuri fl-Ażerbajġan u Ministru kruċjali għall-familja Aliyev li tmexxi lill-pajjiż. Kellhom ukoll kontijiet f 'dan il-bank - kienet żvelat f 'April 2017 - it-tfal tad-dittatur tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev. Konard Mizzi u 17 Black Konrad Mizzi, bħal Keith Schembri, huwa marbut ma' din il-kumpanija permezz ta' Hearnville, il-kumpanija f 'ismu fil- Panama. Diġà ġie spjegat f 'Keith Schembri u 17 Black kif dawn kienu marbutin. Imma issa rriżultat rabta oħra, anke jekk indiretta u din hija proġett tal-Wind Farms fil-Montenegro, li minnu allegatament sar €4.6 miljuni fi qligħ, li spiċċa f '17 Black, mill-bejgħ minn Cidifex - li ġabet it-€3 miljuni biex tixtri dan il-Wind Farm minn 17 Black ukoll - hija l-allegazzjoni. Konrad Mizzi - li tela' diversi drabi il-Montenegro qabel u wara dan il-ftehim ċaħad illi qatt kien hemm abbuż f 'dan il-ftehim u appella lill-Enemalta biex tippubblika l-karti kollha. Kien l-Awditur Ġenerali wkoll iżda illi qajjem mistoqsijiet dwar il-mawriet ta' Mizzi fil-Montenegro u kif darba ma kienx uża l-kard ministerjali tiegħu iżda biss dik personali, bi tranżazzjoni waħda biss ta' ċenteżmu wieħed. L-Awditur Ġenerali kien qal illi tranżazzjonijiet bħal dawn isiru biex jaraw illi l-kontijiet qed jaħdmu. Dawn l-allegazzjonijiet swew lil Mizzi postu bħala Deputat Laburista bl-Eżekuttiv tal-partit, kważi unanimament, ikeċċieh Montenegro u 17 Black L-aħħar żviluppi juru allegata rabta bejn il-proġett ta' Wind Farm f 'Montenegro u 17 Black. Kienet il-kumpanija Cifidex li biegħet l-ishma tal-wind farm bi prezz ta' €10.3 miljuni lill-Enemalta u li allegatament xtrat ġimagħtejn qabel biss minn Fersa Renovables - Konsorzju Spanjol - għal €2.9 miljun, differenza ta' €7.4 miljuni. €4.6 miljun minnhom huwa allegat li baqgħu f '17 Black bħala profitt għal Yorgen Fenech. Din l-informazzjoni ħarġet dalgħodu minn investigazzjoni li saret minn Reuters u The Times of Malta, bl-istess rappurtaġġ jgħid illi €3 miljuni kienu trasferiti minn 17 Black għal għand Cidifex. Jiġifieri l-flus ta' Cidifex biex tixtri l-Wind Farm kienu ġejjin minn Yorgen Fenech. Dubaj u 17 Black: Ir-rabta ġeografika diġà msemmija hawnhekk hija - prinċipalment - mad-Dubaj. 17 Black kellha kontijiet fil-Bank Noor. Bejn wieħed u ieħor fiż-żmien meta Caruana Galizia kienet bdiet turi illi jista' jkun li taf xi ħaġa dwarha inbidlet isimha għal Wings Development. 17 Black hija numru fil-logħba tar-roulette. Fenech kien sid ta' Casino. Id-Dubaj kien pajjiż li jissemma ħafna fuq il-blogg ta' Caruana Galizia- - darba meta mar l-eks Ministru Chris Cardona, darba meta marret Michelle Muscat u blogg dwar vaganza li l-familja Muscat kellha f'dan il-pajjiż għal total ta' nefqa li taqbeż il-€11,000.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 July 2020