Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958
18 analiżi IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum Melita Trangas Pipeline: Il-proġett naturali min-network Taljan għal Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proġett li permezz tiegħu se jitwassal il-gass naturali minn Gela fi Sqallija għal Delimara. Titkellem mal-Inġinier Ismail D'Amato dwaru Il-proġett tal-Melita Transgas li se jwassal il-gass naturali min-network Taljan għal Malta jinsab fi stadju fejn l-istudju għall-impatt ambjentali (EIA)ġie sottomess lill-ERA (Environment and Resources Authority), filwaqt li qegħdin jiġu finalizzati l-istudji biex l-istess EIA jiġi sottomess lill- awtorità kompetenti . Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-project Manager, l-Inġinier Ismail D'Amato, li saħaq li l-istħarriġ u l-istudju fuq ir- rotta marina tlesta kollu kemm hu u b'hekk ġiet akkwistata informazzjoni teknika bħall- battimetrija, il-ġeoloġija, it-tip u l-kontenut tas-sediment fost oħrajn li setgħu jintużaw kemm għall-EIA kif ukoll għall-fażi ta' studji tekniċi tal-FEED (Front End Engineering Design) li hu studju intermedjarju bejn dak bażiku u dak ta' dettall. "L-istudju marittimu twettaq b'ħames tipi ta' surveys, filwaqt li ttieħdu wkoll kampjuni minn qiegħ il-baħar kif ukoll kampjuni tal-ilma. Saru wkoll studji fuq ir-rotta tal-art, kemm f 'Malta kif ukoll f 'Gela, fi Sqallija, biex wieħed janalizza, fost oħrajn il-ġeoloġija u t-tipoloġija tar- rotta magħżula," qal l-Inġinier D'Amato. Din l-informazzjoni kollha ntużat mill-kuntrattur li hu inkarigat mill-FEED biex ikun jista' jagħmel id-disinn ta' dan il-pipeline li se jgħaqqad iż-żewġ pajjiżi. Il-FEED kien jinkludi diversi aspetti li ġew analizzati bħall-hydraulic studies, id-disinn mekkaniku, studji ta' protezzjoni tal-pipeline kemm minn elementi naturali jew minn inċidenti, kif ukoll id-disinn tal-impjanti li jridu jinbnew f 'Delimara kif ukoll f 'Gela. Dawn l-istudji wasslu biex il-pipeline jiġi protett skont standards internazzjonali u b'hekk tiġi assigurata aħjar l-integrità u s-sigurtà tal- infrastruttura biex jissupplixxi l-gass naturali. Bini tat-terminal ġdid Is-sit identifikat u propost fl- EIA għall-bini tat-terminal ġdid, fil-konfini tal-power station ta' Delimara, intgħażel wara analiżi tas-siti alternattivi li kienet saret fi stadju preċedenti. Dan il-post ġie magħżul peress li qiegħed viċin l-impjant eżistenti li jagħmel użu mill-gass naturali, kif ukoll għax jiffaċilita li l-pipeline jaqsam il- peniżola ta' Delimara permezz ta' micro tunelling. Din it-tekonoloġija fiha l-vantaġġ li ma tagħmel l-ebda impatt fuq il-kosta tal-baħar, tnaqqas l-impatt viżiv tal- pipeline u fl-istess ħin mhux se toħloq inkonvenjent għall- port ta' Marsaxokk, kemm waqt il-kostruzzjoni kif ukoll waqt l-operat, peress li se tevitah. "Il-metodoloġija tal-bini proposta fl-EIA setkun waħda li tevita l-intrużjoni mal- faċilitajiet eżistenti u se tiġi evitata navigazzjoni bejn it- tanker tal-gass u l-moll tat- terminal il-ġdid. Bħala miżura ta' prekawzjoni ulterjuri, biex ma jkunx hemm attivitajiet ta' kostruzzjoni fl-impjant ta' rigassifikazzjoni, ġie propost li titwitta' triq ġdida fil-konfini tal- power station ħalli żżid is-sigurtà waqt il-kostruzzjoni," tenna Ing. D'Amato. It-turbazz eżistenti, li ġie analizzat, se jiġi mwitti għal- livell tal-power station eżitenti, filwaqt li parti mill-istess turbazz, ġaladarba jkun aċċessibli jkun jista jigi analiżżat biex jigi utiliżżat sabiex tiġi estiża l-floor area tal-impjant fejn ikun jista' jiġi installat l-apparat li se jwassal il-gass naturali fil-power stations. Żied jgħid li waqt il-fażi tad- disinn tat-terminal sar studju speċifiku minn kumpanija Taljana biex jiġi studjat kif ir- revetment propost, li għandu l-funzjoni li jipproteġi t-terminal mill-baħar, ma jaffettwa bl-ebda mod il-port ta' Marsaxlokk u jħalli effett newtrali fuq il-bajja kif ukoll fuq il-flora tal-baħar. Hekk kif it-terminal ikun imwitti, u qabel jibda l-bini tal- impjant, tkun tista' tibda fażi oħra tal-proġett fejn jitħaffer microtunnel ta' madwar 1.2km li se jiżbokka f 'fond ta' 42m madwar 600m 'il bogħod mill- kosta ta' Delimara, u fil-parti li taqsam Delimara l-microtunnel se jkun f 'fond ta' madwar 30m minn wiċċ l-art. Wara li jitlesta t-tħaffir għall- microtunnelling, ikun jista' jibda l-bini tat-terminal propost. Hemm ippjanat, fost oħrajn, binja għall-control room minn fejn l-operaturi jkunu jistgħu jimmoniterjaw u jikkontrollaw l-impjant kollu. Permezz ta' li SCADA system kull