Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270961

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 • illum opinjoni Edward Zammit Lewis Gvern ta' riformi (1) - Il-ħatra tal-President Edward Zammit Lewis huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Governanza u Ugwaljanza F il-ġranet li għaddew fil-Parlament ressaqt bosta liġijiet. Liġijiet li jekk implimentati, se jkunu qed ibiddlu l-wiċċ tal-ogħla dokument f 'pajjiżna – il-Kostituzzjoni. Fost dawn il-liġijiet, hemm dik dwar il-mod kif jinħatar u jitneħħa l-President tar-Repubblika. Dan il-Gvern qed jipproponi li għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna, il-President ta' Malta jinħatar biż-żewġ terzi tal-Kamra, minflok b'maġġoranza sempliċi ta' voti fil-Parlament. Dan ifisser li issa, b'differenza minn qabel, il-Gvern ikollu bżonn man- naħa tiegħu lill-Oppożizzjoni biex jaħtar President, u qed jaqsam din il-prerogattiva ma' ħaddieħor Kien hemm persuni, forsi anke minn naħa tal-Gvern, li kienu xettiċi dwar din il-bidla. Dwar li ser nerħu ċerta poteri bħala Gvern. Din is-sena Malta se tkun qed tagħlaq 46 sena bħala Repubblika. Waqt li niddistakkaw ruħna minn nostalġija, għax aħna m'aħniex storiċi li nitkellmu dwar il-passat, iżda politiċi li nfasslu l-futur, tajjeb li naraw minn fejn tlaqna. F'50 sena l-affarjiet inbidlu. Pajjiżna immodernizza ruħu. Imxejna 'l quddiem. Ksibna l-Ħelsien. Dħalna fl-Unjoni Ewropea. Dejjem bħala poplu wieħed. U l-istess il-Kostituzzjoni ta' pajjiżna. Dak li kien tajjeb ħamsin sena ilu, mhux bilfors li għadu tajjeb llum. B'hekk qed inressqu dawn il-liġijiet, għax aħna Gvern li ma jieqaf qatt jimmodernizza lil pajjiżna. Ninsab kburi ferm li l-Prim Ministru Robert Abela, li ħa f 'idu t-tmun ta' din l-amministrazzjoni it tax- xhur ilu, wera fiduċja sħiħa fija biex nimplimenta dawn ir-riformi. Fl-aħħar xhur ħdimt bla waqfien. Ħidma, li iżda nisslet fija sodisfazzjon kbir. Dan għaliex wara dak ix-xogħol estensiv, il-Kummissjoni Venezja għarblet ix-xogħol li għamilna flimkien, u tatna l-aqwa ċertifikat li setgħet tagħtina. Rieda politika Fid-dinja, it li hawn persuni li jkunu lesti jċedu mill-poteri leġittimi tagħhom. Wisq inqas fil-politika. Kien il-Prim Ministru Robert Abela, li b'ġenwinità, iddeċieda li għat-tisħiħ tad-demokrazija u s-saltna tad-dritt, minn jeddu, iċedi għadd ta' poteri u jgħaddihom lil ħaddieħor. U kienet din it-trasferiment ta' poteri li wasslet għall-ħatra ta' President biż-żewġ terzi tal- Kamra. Il-Prim Ministru għamilieli ċara sa mill-ewwel ġurnata, li fejn jidħlu dawn ir-riformi, ried jara li nimxu 'l quddiem. Wera' r-rieda politika li naslu fejn nixtiequ, għax verament jemmen f 'dawn ir-riformi. Liġi li tgħaqqad Din hija liġi li essenzjalment tgħaqqad lil pajjiżna. Ngħid hekk, għax waqt li qabel kien Gvern waħdu li jiddeċiedi fuq il-ħatra tal-iktar kariga importanti fil-pajjiż, issa qed nistiednu li l-Oppożizzjoni tkun parteċipi attivament f 'dan il-proċess. Anzi qed nagħtu lill- Oppożizzjoni iċ-ċans li tagħżel mal-Gvern liema President taħseb li huwa xieraq li jmexxi lil dan il-pajjiż. B'dan il-mod ser inkunu qed ngħaqqdu aktar lill-pajjiż għaliex aħna mhux tribujiet, iżda nazzjon wieħed. Oppożizzjoni kontra l-Kummissjoni Venezja L-Oppożizzjoni xogħolha tikkritika. U sewwa tagħmel, dment li tkun kritika kostruttiva. Xorta waħda nibqa' perpless, iżda, kif din ilha snin issa tgħidilna biex nagħtu widen lil dak li qed tgħidilna l-Kummissjoni Venezja, biex issa li smajna mill-istess Kummissjoni, se tivvota kontra dan l-abbozz ta' liġi u abbozzi oħra. Il-Kummissjoni Venezja irrakkomandat li l-President jinħatar b'żewġ terzi tal-Kamra, b'sistema addizzjonali f 'każ li ma naslux għal qbil. U aħna hekk għamilna. Issa wara dan kollu, l-Oppożizzjoni qalet li ma taqbilx ma' din is- sistema. B'konvinzjoni nemmen f 'dawn ir-riformi. Nemmen li dawn il-liġijiet, jekk implimentati, se jkunu qed isaħħu s-saltna tad-dritt u d-demokrazija f 'pajjiżna. Nappella lill-Oppożizzjoni, biex f 'dan il-mument kruċjali, tingħaqad id f 'id magħna, biex ninżgħu mill-partiġjaniżmu u opportuniżmu politika, u nuru lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu li aħna kapaċi nagħmlu politika serja, politika ta' għaqda, dejjem għall-ġid ta' Malta tagħna. Von der Leyen Dan kollu ġie milqugħ tajjeb ħafna mill-President tal- Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen f 'ittra li hija kitbet lill-Prim Ministru. L-ittra tagħti ċertifikat li qegħdin fit-triq it-tajba anke dwar ir-riformi fl- istituzzjonijiet tagħna, is-saltna tad-dritt, u l-buon governanza. Flimkien ser nimxu 'l quddiem bħala pajjiż li jkun jeċċella f 'dak kollu li jagħmel, inkluż fil-kredenzjali demokratiċi tiegħu! issa qed nistiednu li l-Oppożizzjoni tkun parteċipi attivament f'dan il-proċess. Anzi qed nagħtu lill-Oppożizzjoni iċ-ċans li tagħżel mal-Gvern liema President taħseb li huwa xieraq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020