Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270961

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 analiżi jiet b'saħħthom bejn l-istatus soċjo-ekonomiku tal-familja u s-suċċess edukattiv tat-tfal. Dan ifisser li fil-qasam edukat- tiv, minkejja n-nefqa nazzjon- ali, l-għeruq soċjo-ekonomiċi tal-familja għadhom jagħmlu d-differenza, u l-aċċess m'hu- wiex ekwu għal kulħadd. L-OECD (l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku), l-organizazzjo- ni responsabbli għall-ammin- istrazzjoni tal-PISA, l-istudju triennali li jkejjel b'mod kom- parattiv is-suċċess akkademiku fl-oqsma tal-litteriżmu, x-xjen- za u l-matematika, tirrimarka, f'rapporti li joħorġu wara l-pub- likazzjoni tar-riżultati, li l-aq- wa sistemi edukattivi, dawk li jiggarantixxu aċċessibiltà ekwa, huma dawk li, fost ħafna ħwejjeġ oħra, iħaddnu politika edukatti- va li żżomm lill-privat taħt kon- troll, u li jiffukaw fuq l-eċċellenza fis-settur pubbliku. Fil-pajjiżi b'sistema edukat- tiva meqjusa bħala aċċessibbli, kemm fil-punt tad-dħul kif ukoll fi tmiem, b'riżultati edukattivi eċċellenti, ir-rabta bejn l-istatus soċjo-ekonomiku tal-familja u s-suċċess edukattiv hija baxxa. Il-messaġġ tal-OECD huwa ċar: il-ġustizzja soċjali tasal għali- ha b'politika koerenti li tpoġġi l-interessi pubbliċi qabel dawk privati fl-oqsma li jiggarantixxu d-dinjità tal-bniedem. Il-pandemija kixfet l-effett tax- xogħol prekarju F'kuntest internazzjonali, il- pandemija kompliet toħroġ fil- beraħ ir-riskji ta' privat b'saħħtu fil-qasam tas-saħħa. Id-diżastru Amerikan fil- konfront tal-imxija, issorprenda biss lil dawk li m'humiex midħla ta' settur li ċeda għall-polza tas- sigurtà bħala t-tarka ewlenija tal- ħarsien tas-saħħa. Pajjiż li ħalla l-iżvilupp parallel ta' sistema tas-saħħa privata, mgħammra bl-aqwa teknoloġija, li taqdi mill-koxxa lil min jiflaħ iħallas. Sistema razzista u klassista meta wieħed jifli min miet fil- pandemija, u kemm imwiet setgħu ġew evitati kieku s-sistema ma tiddiskriminax, b'mod strutturali, bejn min qiegħed jinqeda sew u min għadu barra mis-sigurtà soċjali, li tinkludi s-saħħa. Fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali, il-pandemija kixfet l-effett tax-xogħol prekarju ta' ħafna ħaddiema fis-settur; xogħol li jwieġeb għall-prinċipji sagri tal- effiċjenza u tal-qtugħ fl-ispejjeż. Ħafna ħaddiema, fil-bżonn li jagħmlu aktar minn xogħol wieħed biex ilaħħqu mal-ħajja, mhux biss kienu eroj iżda protagonisti fit-tixrid tal-marda. Meta sistema tas-saħħa parallela trabbi l-għeruq ikun diffiċli biex wieħed jimponi qafas regolatorju li jassigura ugwaljanza għall-pazjenti kollha f'sistema mmexxija b'valuri soċjali. Il- privat huwa silettiv mhux biss f'min jisserva bih iżda wkoll fis- servizzi li jagħti. Il-privat qatt ma jmur għall- għadam u, ġeneralment, it- tmexmix jitħalla għas-servizz pubbliku; waħda mir-raġunijiet li tispjega d-diżastru Lombardjan fil-konfront tal-pandemija. Filwaqt li jidher li l-kont tat-tliet sptarijiet għadu miuħ, jeħtieġ diskussjoni pubblika dwar kemm irridu suq fil-qasam tas-saħħa, kif qegħdin jissaħħu d-dipartimenti fis-saħħa pubblika qabel ma jiddaħħal il-privat u x'livelli ta' monitoraġġ jeżistu biex titħares l-ugwaljanza f'dan il-qasam. Sadattant, nibqgħu nfakkru, anzi ninsistu li: is-saħħa ma tistax titqies bħala komodità jew prodott għall-bejgħ; il-qalb tas-servizzi tas-saħħa għandha tibqa' pubblika; is-servizz pubbliku għandu jkun tal-aqwa kwalità biex ma tikbirx, bħalma seħħ fl-edukazzjoni, ix-xenqa għall-privat, bir-riżultat li Malta tkompli ssir nazzjon ta' żewġ gżiriet; il-pajjiż għandu jkompli jippreferi mudell pubbliku u volontarju permezz ta' taxxi ġusti u ekwi; u titkattar it- trasparenza fl-użu ta' fondi pubbliċi, u titrażżan il-ħela u tiżdied l-effiċjenza biex aktar nies igawdu minn firxa ta' servizzi pubbliċi aġġornati. Fuq kollox, imnebbħin mill- ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza tibqa' tinżamm bħala l-għeżeż valur fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-qasam u 'l hinn minnu. L-Isptar San Luqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020