Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932
15 kultura illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 Wirt iż-Żejtun: Proġetti għall-ħarsien tal-wirt storiku Żejtuni Bħala għaqda volontarja irreġistrata b'mod uffiċjali mall-Kunsill Malti għall- Volontarjat, Wirt iż-Żejtun tikwalifika għal numru ta' fondi li jkunu disponibli għal għaqdiet volontarji minn żmien għal żmien. L-istess Kunsill Malti għall-Volontarjat ta' kull sena joħroġ ammont ta' fondi taħt żewġ skemi partikolari, il-Voluntary Organisations Projects fund (VOPs) u l-iSmall Initiatives Scheme (SIS). Sa mill- 2012 Wirt iż-Żejtun applikat għal dawn il- fondi, daqqa taħt skema u daqqa taħt oħra. B'sodisfazzjon ngħidu li b'kollox wettaqna ħames proġetti differenti permezz ta' dawn il-fondi, li b'kollox jammontaw għal €38,000, u bħalissa għaddejjin bit-tewttieq ta' proġett ieħor b'valur ta' €3,000 oħra. Fost dawn il-progetti insemmu il- logħoba edukattiva BELTNA li għadna inqassmuha kull sena lit-tfal tar-raba' sena tal-iskola primarja taż-Żejtun; il- ktieb "Għamluna Ġieħ: Michele Cachia" li tqassam fid-djar kollha taż-Żejtun; l-wirja ta' ritratti "Niskopru ix-Xlokk ta' Malta" li dahret fl-irħula tax-xlokk matul is-sajf tal-2017; u l-proġett 5K0PERTA li studja b'mod xjentifiku l-iskaletni umani li nstabu fil-passaġġ sigriet tal-parroċċa l-qadima. Proġett ieħor li mela vojt kbir fiż- Żejtun kien PLAKKASTORJA, li permezz tiegħu twaħħlu aktar minn ħamsin plakka informattiva quddiem binjiet u siti storiċi fiż-Żejtun. Matul dawn l-aħħar xhur, Wirt iż-Żejtun applikat b'suċċess għal żewġ proġetti taħt il-fond LEADER, amministrat mill- Fondazzjoni Gal Xlokk. Dawn huma fondi Ewropej taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal-Malta (2014 – 2020) u jsir ko- finanzjarjament ta' 80% tal-ispejjeż. Il- proġetti li qed jitwettqu bħalissa minn Wirt iż-Żejtun jaqaw taħt Miżura 1 – Restawr ta' assi ta' valur artistiku u kulturali, u Miżura 3 – Promozzjoni tal-wirt kulturali. Taħt Miżura 1, Wirt iż-Żejtun qed tirrestawra kwadru storiku tal-Papa San Girgor il-Kbir u li jinsab fil-parroċċa l-qadima ta' Santa Katarina, hekk magħrufa bħala ta' San Girgor. Dan il-kwadru jmur lura għal bidu tas-seklu 17 u ġie regalat lil Kunsill tal-Imdina minn Fra Pedro Gonzales de Mendoza. L-istoriċi dejjem attribwew dan il-kwadru lil pittur Giulio Cassarino. Dan il-kwadru kellu ħsarat kbar u t-tila tiegħu kienet deformata. Ix-xogħol ta' restawr ġie fdat f 'idejn ir-restawratur professjonali s-Sur Anthony Spagnol. Hekk kif il-kwadru inqala' minn postu u ttieħed fl- istudju tar-restawratur, inbeda it-tindif fuqu. Deher ċar li l-kwadru kien reġa ġie impitter (over-paitned) meta fil-passat sar restawr fuqu. Hekk kif bdiet titneħħa ż-żebgħa u l-ġibs li saru fuqu fir-restawr passat, is-Sur Spagnol beda jiskopri u jikxef il-veru xogħol tal-artist oriġinali. Hawnhekk beda jinkixef xogħol artistiku ferm superjuri minn dak li konna mdorrijin bih. Kien f 'din il-fażi li Wirt iż-Żejtun talbet lil istudjuż tal-arti Dr Sandro Debono biex jibda janalizza u jistudja dan il-kwadru. Il-kwadru kien fih xogħol aktar minn dak originarjament previst u għalhekk it-tlestija tiegħu u l-inawgurazzjoni ta' dan ir-restawr kellu jitmexxa lura b'numru ta' xhur u issa hija pjanata li ssir fl-aħħar t'Ottubru li ġej. Waqt din l-inawgurazzjoni, barra l-preżentazzjoni mis-Sur Spagnol dwar ix-xogħol li wettaq, se tkun qed issir ukoll preżentazzjoni minn Dr Debono dwar ir- riċerka li qed jagħmel dwar l-istess kwadru. Permezz ta' Miżura 2, Wirt iż-Żejtun daħlet għal proġett ieħor ambizzjuż, din id-darba dwar il-Villa Rumana li nsibu fiż-Żejtun. Kien fl-1961, meta nbeda x-xogħol fuq bini ta' skola tal-gvern fi Triq Luqa Briffa, li ġew skoperti l-ewwel ħjiel ta' fdalijiet arkaeoloġiċi fl-inħawi, iżda l-ewwel skavi f 'dan is-sit saru mid-Dipartiment tal- Mużewijiet fl-1964, wara li nkixfu aktar fdailijiet. Aktar skavi saru fl-1972 u fl-1976 meta nkixfu xi kmamar li kellhom l-art miksijja b'madum taċ-ċaqquf. Kien minn hawn li s-sit beda jkun konness ma' villa rurali tal- perjodu Ruman li kellha l-parti residenzjali u l-parti agro-industrijali tagħha, din tal- aħħar marbuta mall-għasir taż-żejt taż- żebbuġa. Is-sit tista' tgħid kien minsi għal kollox, għalkemm maqbud fil-konfini tal-iskola, sakemm fl-2006, id-Dipartiment tal-Klassiċi u Arkaeoloġija tal-Universita' ta' Malta, reġa beda jistudja u jiskava l-post permezz ta' fażijiet ta' prattikka mill-istudenti tal- arkaeoloġija. Dan l-eżerċizzju baqa' għaddej matul is-sjuf ta' wara sal-2018. Permezz ta' dawn l-iskavi inġabret ħafna informazzjoni ġdida dwar dan is-sit u li bħalissa qed tiġi studjata mill-akkademiċi fi ħdan l-istess dipartiment. Dan is-sit huwa ta' importanza kbira għaż-Żejtun, dan għaliex s'issa din il-villa hija l-eqdem post ta' abitazzjoni li nstab fil- konfini ta' din il-belt. L-isem stess tal-belt juri rabta diretta ma' l-industrija tal-għasir taż-żejt taż-żebbuġa. Barra minn hekk wieħed irid jgħid ukoll li din il-villa tinstab fuq l-għola parti tal- inħawi tax-xlokk ta' Malta u wieħed irid jara wkol x'rabta setgħa kien hemm bejn din il- villa u siti oħra ta' dan il-perjodu, fosthom dak tas-santwarju ta' tas-Silġ. Kien minħabba l-valur ta' dan is-sit u n-nuqqas ta' għarfien dwaru, saħansitra mir-residenti Żwieten stess, li Wirt iż-Żejtun ħasset il-ħtieġa li tagħmel xi ħaġa biex dawn il-fdalijiet tal-villa Rumana jiġu preżentati aħjar lil pubbliku. Permezz ta' dawn il-fondi mill-proġett LEADER, Wirt iż-Żejtun qed taħdem dirett ma' l-akkademiċi Dr Ing. John Charles Betts, il-Profs Nicholas Vella u Dr Maxine Anastasi mid-Dipartiment tal-Klassiċi u Arkaeoloġija, fejn permezz tar-riċerka u l-informazzjoni li nġabret s'issa, tintuża teknoloġija moderna biex ikun hemm interpretazzjoni aħjar tal-villa u l-proċess tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. Hawnhekk tqabdet il-kumpanija Shadeena Entertainment sabiex, bl-informazzjoni li se jkunu qed jgħaddu l-akkademiċi, ikun jista' jinbena mudell virtwali ta' kif setgħat kienet tidher din il-villa. Minn naħa l-oħra, l-kumpanija Studio 7, ġiet imqabbda sabiex tagħmel produzzjoni awdjo-viżiva dwar kif kien isir il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-perjodu Ruman fil-kuntest tal-villa Rumana taż-Żejtun. Dan il-proġett qiegħed isir ukoll bil- kollaborazzjoni ta' Heritage Malta, minħabba l-esperjenza li għandha f 'dan il-qasam. La darba dawn il-produzzjonijiet ikunu lesti, wieħed se jkun jista' jarhom fuq is-sit elettroniku ta' Wirt iż-Żejtun, kif ukoll fuq il-pjattaforma ta' PLAKKASTORJA. Jekk il-quddiem dan is-sit ikollu xi forma ta' ċentru għal viżitaturi, dawn il- produzzjonijiet ikunu parti mill-esperjenza interpretattiva tas-sit. Fl-aħħar minn sensiela ta' erba' artikli dwar iż- Żejtun Ruben Abela - li jmexxi l-għaqda Wirt iż- Żejtun - jagħti ħarsa lejn xi ftit mill-aktar proġetti interessanti tal-għaqda, primarjament ir- restawr tal-pittura tal-Papa Girgor il-Kbir Il-pittura tal-Papa Girgor il-Kbir restawrata