Illum previous editions

ILLUM 26 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1272932

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiftaħ djalogu mal-Uffiċjal għar- Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Għaqda tal-Malti (Università) Sephora Francalanza rigward il-ħidma tal-għaqda, il-lirika Maltija, il-ktieb Malti, l-użu ta' lsien pajjiżna fl-Università, l-istudji traduttoloġiċi u l-qagħda tat-tradutturi professjonali f'pajjiżna baħar jaqsam bejn il-ġeneri, l-ewwel nett, jekk tkunx poeżija, proża jew teatru, u t-tradutturi dejjem iridu jżommu f 'moħħhom l-udjenza. Bosta tradutturi spiss jilmentaw li l-mestier tat- tradutturi f 'pajjiżna ma jgawdix il-prestiġju u r-rispett illi jixraqlu. Minkejja li dan jirrikjedi formazzjoni edukattiva esiġenti daqs bosta professjonijiet oħra u l-avvanzi li saru f 'dawn l-aħħar snin, il-qagħda professjonali tat-tradutturi bbażati f 'Malta ftit li xejn rat titjib konkret. Jidhirli li dan jgħodd ukoll għal attivitajiet lingwistiċi oħra, fosthom il-qari tal-provi. Ibda biex it-tradutturi f 'pajjiżna m'għandhomx warrant professjonali u lanqas unjin li tħares l-interessi tagħhom. Din is-sitwazzjoni qiegħda tippermetti bosta abbużi, fosthom prospetti skarsi fil- karriera b'rati ta' ħlas baxxi immens. Mhix esaġerazzjoni li tgħid li ironikament l-unika possibbiltà ta' karriera sodisfaċenti għat-tradutturi Maltin hija impjieg barra l-pajjiż. Quddiem dan kollu, kif tħossok bħala studenta żagħżugħa li minkejja kollox għażilt din it-triq? Taħseb li hemm lok għal bidla f 'dis- sitwazzjoni? Huwa minnu li ħafna minn dawk li jagħżlu li jistudjaw it- traduzzjoni jimmiraw li jaħdmu barra, imma naf bosta gradwati riċenti tal-kors li sabu xogħol fit-traduzzjoni ma' kumpaniji f 'Malta. Għalkemm mhux kollha jittraduċu, hemm ħafna opportunitajiet marbutin mat- traduzzjoni bħal maniġer tal- proġetti tat-traduzzjoni. Dan kien qasam li jiena ksibt xi esperjenza fih meta għamilt apprentistat fl-Iskozja s-sena li għaddiet bħala parti mill-Maġisteru tat- Traduzzjoni. Minkejja dan il- lat pożittiv, m'hemmx għaqda formali jew xi tip ta' unjin li tirrappreżenta lit-tradutturi. It- tradutturi m'għandhomx warrant uffiċjali, u b'hekk kultant iseħħu abbużi fir-rigward ta' ħlas, xi ħaġa li anke jien, li għadni kemm bdejt nirfes f 'dan il-qasam, intbaħt biha. Madankollu, hemm sforzi biex is-sitwazzjoni titjieb, ngħidu aħna bil-Fondazzjoni HELA li tirrappreżenta lill-kittieba, lill- pubblikaturi, lill-edituri u lit- tradutturi, u tfittex li tagħtihom pjattaforma sabiex jilħqu aktar lill-pubbliku. Tul ħafna snin ħdimt f 'diversi għaqdiet tal-ilsien Malti, b'mod partikulari fl-Għaqda tal-Malti (L-Università). Bħalissa tokkupa l-kariga ta' Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Din l-għaqda studenteska twaqqfet minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fl-1931 bil-għan li tmexxi 'l quddiem l-ilsien Malti u l-oqsma marbuta miegħu mal-istudenti u lil hinn. Taħseb illi dan l-għan tabilħaqq qiegħed jintlaħaq? Fl-aħħar mill-aħħar, minkejja l-preżenza tal-Għaqda, fil- biċċa l-kbira il-lingwa franka tal-edukazzjoni terzjarja f 'pajjiżna hija l-Ingliż. Lil hinn mid-Dipartiment tal-Malti lsien pajjiżna ftit li xejn jista' jintuża, tant li bħala regola mhux possibbli titressaq teżi miktuba bil-Malti. X'inhuma l-veduti tal-Għaqda f 'dar- rigward? L-Għaqda tal-Malti dejjem tara li ġġedded lilha nfisha u taġġorna ruħha skont il-ħtiġijiet u ż-żminijiet. F'dawn l-aħħar snin, l-Għaqda mmodernizzat ruħha sabiex verament tkun għaqda attwali tal-istudenti li jipparteċipaw fiha. Kulma jmur, l-Għaqda tfittex li tippromwovi l-ilsien Malti b'modi u mezzi differenti. Biex nagħti eżempju konkret, f 'dawn ix-xhur tal- pandemija, meta kulħadd kien imsakkar ġo daru, l-Għaqda riedet iżżomm kuntatt mal- membri u s-segwaċi tagħha. Għalhekk, nediet żewġ inizjattivi: Kwarantina? Aqralna Kwartina u Ktieb Kuljum. Tal-ewwel kienet inizjattiva sabiex in-nies jibagħtu l-filmati tagħhom jaqraw xi silta letterarja favorita, u t-tieni biex jibagħtu suġġerimenti ta' kotba lokali. Iż-żewġ inizjattivi xxerrdu fuq Facebook sabiex jintlaħqu udjenzi wiesa', li forsi normalment, b'attività ma nilħquhomx. Aħna nixtiequ li kieku l-Malti jkun aktar preżenti fuq il-kampus, nixtiequ kieku nisimgħu l-Malti mitkellem b'mod mirqum daqskemm nisimgħu l-Ingliż. Madankollu, naċċettaw u nimu li l-lingwa tal- Università, anke minħabba ċerti reġistri, hija l-Ingliż. Minkejja dan, bħala Għaqda, ġieli semmajna leħinna fuq kwistjonijiet fejn ħassejna li l-Malti jixraqlu post aħjar, pereżempju dwar il-kors tal-liġi peress li dan mgħallem bl- Ingliż mentri fil-qorti, l-avukati mistennijin jużaw il-Malti. L-istudji akkademiċi u l-ħidmiet volontarji tiegħek bla dubju jpoġġuk f 'qagħda idonea biex tosserva mill- qrib ix-xena letterarja lokali, b'mod partikulari l-ktieb Malti. Tul dawn l-aħħar snin il-ktieb Malti – b'mod partiklari fiċ-ċrieki letterarji tagħna – qajjem bosta kontroversji, saħansitra fuq il-livell nazzjonali. F'dar- rigward ninnota bosta fehmiet differenti. Ċerti qarrejja għandhom ħabta jissopravalutaw il-kwalità tal-ktieb Malti mentri oħrajn jemmnu li fl-aħħar mill-aħħar l-għażla ta' xogħlijiet tassew validi għadha fqira ħafna. L-għadd ta' kittieba kiber, iżda l-livell donnu baqa' fejn kien. Minnu li fil-ġenerazzjoni tiegħi hemm għadd ta' kittieba li pproduċew xogħlijiet validi immens. Minnu wkoll illi dan għamluh ukoll il-ġenerazzjonijiet ta' kittieba preċedenti, għad illi forsi llum, kif spiss jiġri kullimkien, ormaj ħabtu jirrepetu ruħhom. X'ġejjieni tara għal-letteratura lokali f 'pajjiżna? Jiena m'ilnix wisq li bdejt insegwi x-xena letterarja Maltija mill-qrib, dawn l-aħħar snin tista' tgħid, iżda naħseb biżżejjed ngħid li l-ixkafef tiegħi kulma jmur dejjem qegħdin jitqalu bil-pubblikazzjonijiet il-ġodda. Naturalment, dan ma jfissirx li x-xogħol ippubblikat kollu fih mertu letterarju, iżda wieħed xorta japprezza l-isforz li qed isir sabiex ikun hawn għażla ta' xogħlijiet letterarji li jolqtu lil kull tip ta' udjenza. Fil-ħidma tiegħi fl-Għaqda tal-Malti, li ilni involuta fil-Kumitat tagħha għal 3 snin, niltaqa' ma' bosta kittieba żgħażagħ, li ma jibżgħux jisfidaw in-normi letterarji jew it-tradizzjonijiet letterarji li aħna mdorrijin bihom. Dawn iqawwuli qalbi li l-letteratura lokali qiegħda f 'idejn tajba. Minkejja dan, nagħraf ukoll li għadhom jeżistu ċerti lakuni fil-letteratura lokali, partikolarment, pereżempju, fit-teżi tiegħi tal-Maġisteru fit- Traduzzjoni qiegħda nistħarreġ il-lakuna li teżisti fir-rigward ta' testi ta' natura sesswali. Nittama li fis-snin li ġejjin dawn il-kittieba żgħażagħ li semmejt jaraw li mhux biss jimlew il-lakuni, imma anke joħolqu spazji letterarji ġodda lokalment.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 July 2020