Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146
11 analiżi illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 dawk in-Nazzjonalisti li jappoġġjaw lil Adrian Delia - li forsi mhumiex eluf kbar, imma li lanqas huma eluf żgħar - din mhix aċċettabli. Dawk li jħossuhom mweġġhħin b'dak kollu li ġara u qed jiġri fil-partit mhumiex se jaċċettaw lil xi ħadd li kien tant fuq quddiem biex jitneħħa Delia malajr. Dan wieħed jista' jixhdu faċilment mill-kummenti, botti u anke kritika li qalgħet minn votanti nazzjonalisti fuq il-midja soċjali. B'Comodini Cachia - fir-rigward ta' appoġġ għall-PN ma jidhirx li jista' jiżdied wisq u dak li jiżdied hemm ċans li jintilef minn naħa l-oħra. L-isfida biex Comodini Cachia tkun l-aġent tal-għaqda hija kbira ħafna. Metsola tista' tgħaqqad lill-partit? Roberta Metsola hija l-golden girl tal-Partit Nazzjonalista fi Brussell, u ħadet din il-prominenza bħala MEP meta Simon Busuttil kien elett Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni. Metsola kienet eletta darbtejn - fl- 2014 u fl-2019, b'32,000 vot u 38,000 vot rispettivament u allura bl-akbar numru ta' voti mill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista. Bħal Comodini Cachia, Metsola tkun storika minħabba l-ġeneru - l-ewwel Kap mara ta' partit politiku kbir mill-Indipendenza u minn Mabel Strickland, il-Kap tal-Partit Kostituzzjonali Progressiv fil- 50ijiet. Sa qabel l-aħħar sondaġġ Metsola rreġistrat bħala waħda mill-favoriti għat-tmexxija tal-PN, kemm fuq dak ippubblikat fuq il- Maltatoday u anke dak ippubblikat fuq e Sunday Times. Skont dak ta' e Times Metsola hija fit-tielet post meta dawk li pparteċipaw kienu mistoqsija min jaħsbu li għandu jkun il-Kap Nazzjonalista l-ġdid. Fuq dak tal-Maltatoday - li sar f 'Diċembru - Metsola hija t-tieni preferuta għal din il-kariga. Huwa mium li bħal fil-każ ta' Comodini Cachia ħafna mir- ribelli jkunu lesti jappoġġjawha. Il-problema tqum meta niġu għan- nies li jappoġġjaw lil Delia. Minkejja li hija bil-wisq inqas parteċipattiva fl-imbuttatura biex jitneħħa Delia u minkejja l-appelli aktar konċiljatorji fl-aħħar xhur, jibqa' fatt li Metsola kienet waħda minn dawk il-persuni li vvutaw kontra Delia fl-ewwel istanza u drabi oħra. Hija allura meqjusa minn fost bosta li hija parti minn dawk li qed jostakolaw lil Delia u allura din hija l-ewwel u probabbilment l-akbar problema tagħha. Kuntrarjament għal Comodini Cachia iżda Metsola ħadet pożizzjoni kemm attiva imma anke passiva fl-attentat ta' tneħħija ta' Delia. Filwaqt li huwa vera li ivvutat kontra l-Kap Nazzjonalista huwa veru wkoll illi kienet nieqsa mill-kritika pubblika u fl-ebda ħin ma kienet fuq quddiem f 'din il- ġlieda fil-partit. Dan jista' jkun ifisser li jekk issir elezzjoni u tkun eletta hi Kap tal- PN - hemm ċans li l-ġrieħi jfiequ u d-differenzi jonqsu ħafna iktar malajr milli kieku tirbaħ Comodini Cachia. Bernard jista' jgħaqqdu lill-partit? Bernard Grech huwa l-kandidat il-ġdid minn fost dawk li ssemmew sa issa. Bħal Delia fl-2017 huwa barra l-istrutturi tal-PN għalkemm mhuwiex kompletament wiċċ ġdid bħal ma kien Delia fl-2017, meta kważi ħadd ma kien sema' bih fid- dinja politika. Grech huwa wiċċ familjari fuq l-istazzjon televiżiv tal-PN, kien indirzza mass meeting nazzjonalista ta' Ħal Balzan fl-aħħar elezzjoni ġenerali u riċentement tkellem ukoll f 'attività li tfakkar lil Daphne Caruana Galizia. Mill-it li nafu dwar dan il- kandidat sa issa jidher li huwa persuna b'oratrija tajba u allura kapaċi jgħaddi l-messaġġ tiegħu b'mod ħafna aktar effettiv. Huwa wkoll persuna nadifa u onestà, bi it - probabbilment - skeletri fil- gwardarobba. Grech - bħal erese Comodini Cachia wkoll - huwa minn Birżebbuġa, avukat u jidher li huwa bniedem viċin in-nies. Għal waħda minn dawn ir- raġunijiet jew xi oħrajn jidher li hemm entużjażmu għal Grech minn fost sezzjoni tal-għeruq. Minn naħa l-oħra Manuel Delia, persuna prominenti f 'Repubbluka, diġa' urew appoġġ għal Grech. Grech għandu l-iżvantaġġ li huwa relattivament ġdid għall-istrutturi, imma mbagħad il-vantaġġ li huwa qatt - attivament jew le - ma kien parti mit-tentattivi biex jitneħħa Delia u pubblikament qatt ma kkritikah. Dan ifisser li b'taħlita ta' dawn iż-żewġ fatturi Grech huwa probabilment l-aktar kandidat li jista' jasal nofs triq. Is-sentiment fost diversi li huma "ta' Delia" jinħass li huwa illi Grech jista' jkun it-tieni għażla wara l-Kap kurrenti. Dan ma jfissrix li awtomatikament huwa l-kandidat tal-għaqda. Ħafna se jiddependi fuq il-komportament tiegħu f 'dawn il-jiem - kemm jekk ser issir elezzjoni għal Kap Nazzjonalista ġdid u anke jekk għalissa le (wara kollox jista' jkun kandidat wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss). Ħafna se jiddependi fuq x'se jwiegħed li jagħmel b'Delia jekk ikun Kap Nazzjonalista - se jagħtih kariga? U x'kariga se jagħtih? Jew se jagħtih il-ġenb b'mod assolut? Dan se jkun determinanti ħafna għal kemm Grech iwassal għal din l-għaqda. Jekk iwiegħed li jżommu, dawk li huma kontra Delia jafu jiddarsu u jekk iwiegħed li jneħħieħ, ta' Delia jiddarsu huma. Minkejja li prima facie jidher li huwa Bernard Grech l-aġent tal- għaqda, se jkun hemm ħafna nases u mumenti tal-prova li jpoġġu lil Grech fid-dawl tal-attenzjoni, li jaf joħorġuh bħala persuna marbuta żżejjed ma' fazzjoni jew oħra. Adrian Delia Roberta Mestola Therese Comodini Cachia Bernard Grech