Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146
17 letteratura illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 Novelli politiċi, rumanzi minimalisti, poeti żgħażagħ u ġodda, esperjenza tal-qari għat-tfal u l-adolxxenti, riċerka ddettaljata fuq suġġetti interessanti daqs kemm huma partikulari - dawn huma l-kotba finalisti tal- Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020 dal-ġeneru jħaddan fih: ktieb ta' xogħol ta' ġurnaliżmu investigattiv (Murder on the Malta Express: Who killed Daphne Caruana Galizia ta' Carlo Bonini, Manuel Delia u John Sweeney), sensiela ta' ritratti ta' mara ta' 102 li jiffurmaw storja bijografika (Tessie ta' Giola Cassar u Glen Calleja) u riflessjoni fuq il- Vanġeli kollha tal-Ħdud tas-Sena A (Fittxu l-Ewwel is-Saltna t'Alla ta' Andrew Galea). Litteralment kulma hemm jorbothom flimkien hu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb! …litteralment kulma hemm jorbothom flimkien hu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb! Il-Premju ma jirrikonoxix biss kotba letterarji, iżda anki akkademiċi u ta' natura xjentifika. Ir-riċerka li marret f 'dawn il- kotba hija waħda erudita u professjonali, akkumpanjata minn illustrazzjonijiet li jwiżnuha u produzzjoni tal-ktieb li tistiednek tiħu u tara x'fih. Issib minn riċerka fuq il-bizzilla Maltija, iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, is- salini tradizzjonali u kif jindaq u jinħadem l-istrument taż-żaqq (riċerka ġenerali) sa storjografiji fuq is-Sette Giugno, l-ilbies militari u ċivili f 'Malta, id-djarji tal-Kavallieri, l-Arti Moderna u bijografiji fuq persunaġġi ġodda u oħrajn li jixħtu dawl ġdid fuq persunaġġi magħrufa. Prattikament dawn iż-żewġ kategoriji qishom enċiklopedija ta' kotba ġodda f 'Malta! Il-kategoriji tar-riċerka: materjal informattiv, illustrazzjonijiet relevanti u kwalità ta' produzzjoni ta' ktieb għolja Il-Premju Terramaxka - eċċellenza fil-kotba għat-tfal u l-adolexxenti Il-Premju Terramaxka għat-Tfal u l-Adolexxenti qiegħed hemm biex ikun instigatur ewlieni ħalli l-livell tal-kontenut u l-kwalità tal- preżentazzjoni tal-kotba għat-tfal u l-adolexxenti jitjiebu sena wara sena. Il-KNK, anki bis-saħħa ta' kompetizzjonijiet annwali ta' kitba għat-tfal u ż-żgħażagħ, jemmen li l-imħabba għall-qari hi riżultat anki ta' kotba li jattirawk biex taqrahom u li jkunu relevanti għall-qarrej, hu ta' liema età hu. Il-premju fih sitt kategoriji - tlieta għal kotba oriġinali u tlieta għal kotba tradotti - u jiġu ppremjati mhux biss il-kittieba iżda anki l-illustraturi tal-ktieb. L-awturi tal-kotba finalisti għal dis-sena fil-biċċa l-kbira tagħhom huma ismijiet magħrufa, iżda ta' min isemmi wkoll kittieba u illustraturi ġodda li jidhru mal-finalisti, fosthom il-kittieba Carmel Borg, Kenneth Gauci, Brian Buhagiar u Ġorġ Mallia, u l-illustraturi Deandra Scicluna, Steve Bonello, José Luís Ocaña u Robbie Cathro. Il-Premju Terramaxka qiegħed hemm biex jixpruna 'l quddiem il-livell tal-kontenut u l-kwalità tal- preżentazzjoni tal-kotba għat-tfal u l-adolexxenti Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka jitħabbru waqt serata privata jum qabel il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb nhar it-Tlieta 10 ta' Novembru 2020, u ċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb issir f 'Diċembru f 'data li titħabbar wara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Nota: Din l-informazzjoni hija tentattiva, u l-KNK qiegħed isegwi mill-qrib id-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet governativi dwar l-imxija COVID-19. Żur www.ktieb.org.mt biex taċċessa l-lista sħiħa tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, kif ukoll il-paġna tal-Facebook tal-KNK (National Book Council - Malta) għall-aħħar aġġornamenti.