Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146
Li tagħmel is-sewwa, m'għadux jgħodd? Ivan Bartolo huwa Deputat tal-Partit Nazzjonalista 23 rakkont illum • 2 TA' AWWISSU 2020 X i drabi fil-ħajja jiġuk episodji fejn xi wħud jistaqsuk l-għal- iex ġibt ruħek b' dak il-mod, x' intenzjoni hemm wara dik l-imġieba? U iva, jkun hemm dawk il-mumenti fejn ma jkollokx għalfejn twieġeb, għaliex min ikun qed jistaqsik ikun jaf il-verita kollha. Bħalma Kristu għamel quddiem Pilatu ..... ma' wieġbu xejn. Għax il-verità ġejja mis-sema, u anki mis-silenzju tkun qed tagħmel stqarrija importanti. Għax il-verità mhiex xi ħaġa li tgħidha iżda li tgħixha. F' kull wieħed u waħda minnha hemm dinja sħiħa moħbija fih, li jeħtieġ jiskopriha sew. Jeħtieġ li jterraq f ' dawk il-kuriduri mudlama u jiskopri li "akbar m'int akbar hemmhekk". Din hi l-verità li teħlisna. Personalment insus wara l-verità, biex b' hekk ħadd ma jweġġa' u ħadd ma jiġi umiljat għax il-verità hi prodott taż-żmien u tal-moħħ. Nislet silta minn "A preface to politics" (1914) : "Il-verità teħlisna, iżda dik il-verità m' hi xejn għajr elf veritajiet li l-ħinkollu joktru u jinbidlu." Dak kollu li nagħmel u nieħu deċiżjoni dwaru, (għalija huwa ideali u nemmen fih); wara kollox għalhekk nagħmel dak il-pass. Ċert li jkun hemm min jobogħdni, iżda dak ma jinfluwenzax l-obbligi tiegħi. Dak li m'għandix kontroll fuqu, ma nistax nibqa nisħaq fuqu. Ma nista' niġbed lil ħadd lejja u nitlobhom jirrispettawni, għax jien ninsab fit-triq tas-sewwa. Nagħmel ħilti li nwassal il-messaġġ tal-ġewwieni tiegħi, imma jkun hemm min jaqbillu ma jismax. Forsi ż-żmien jagħtik raġun, bħalma l-istess żmien tani raġun kemm il-darba. L-aktar waħda popolari meta fl-2003 jien għedt IVA GĦALL-EWROPA u tkeċċejt mill-Partit Laburista. Ma bdejtx nifhem kif il-Partiti kollha xellugin favur l-Unjoni Ewropeja, barra l-Partit Laburista Malti. Illum ħadt ir-raġun kollu u anki esponenti fil-Partit Laburista llum jirrikonoxxu li jien kont fit-triq tas- sewwa. Anki jekk qalbi tħabbat x' imkien ieħor, jien l-ewwel leali lejn il-kuxjenza u dak kollu li jien naf, li jien rajt u għaraft. Imma għax ma rrid numilja lil ħadd, nista nibqa' nbati l-konsegwenzi u t-tgħajjir ta' xi wħud. Mhux problema. Il-verità taf toffendik, għax teħodlok ritratt u tixlik fil-falzità. Il-kisba tal-verità tinsab ġo fik, u din hija l-aqwa ħaġa li jista' jiġrilek f ' ħajtek. Għax sfortunatament issib bnedmin li jaħsbu li huma perfetti, li kulħadd iridhom, kulħadd iħobbhom, kulħadd jifraħ bihom kull fejn imorru. Din mhi xejn għajr illużżjoni. Bnedmin li sfortunatament jagħtu impressjonijiet foloz li jġorruhom magħhom kullimkien. Suppervja u kburija fl-aqwa tagħha! Lura għall-imġieba tiegħi. Jien kapaċi ngħarbel kull sitwazzjoni, u nżur lill- familji tad-Distrett mhux biss għall-vot, iżda anki biex nisma' u niżen il-ħsieb tagħhom. Mid-dokument ta' viżjoni tal- Arċidjoċesi: Knisja waħda, Vjaġġ wieħed. Proċess ta' tiġdid ekkleżjali 2020-2024 paġna 41, jgħid hekk: "Il-vokazzjoni tan- Nisrani fid-dinja tilħaq il-quċċata tagħha meta jkun lest jew lesta, li jaqdi jew taqdi, lill-"belt" kollha fl-arti tal-politika. Fil-livelli kollha tal-parteċipazzjoni politika, in-Nisrani jrid jersaq biex jiddjaloga, bi kreattività jfittex li jsolvi l-kunflitti għall-ġid ta' kulħadd, u jieħu deċiżjonijiet għaqlija waqt li jżomm quddiem għajnejh l ikbar ġid." Jien ċert u sensittiv li nimxi b' mod ġust fit-triq tas-sewwa. Bil-mod kif nimxi, qatt kif jaqbel personalment lili, għax jien qatt ma ġġiliedt ġliedied personali, imma dak kollu li nagħmel, nagħmlu għal uliedna u wlied uliedna, biex pajjiżna jingħatalhom sħiħ. Bla dubju li din hi sengħa li tpoġġiek fi klassi għalik. Se ssib lil min jgħajrek bl-intenzjoni li bħal bebbuxu tidħol fil-qoxra u tibqa hemm. Normalment min jagħmel l-iżjed storbju u ħoss huma l-aktar dawk li qed jiġbdu għal xawwathom u għandhom x' jitilfu. Min jagħmel l-aktar ħoss, nikkumparah ma' katuba li tagħmel ħoss qawwi, minkejja li vojta minn ġewwa. Min jagħmel l-aktar ħoss nikkumparah ma' strument tar-ram li jżarżar u platti jċekċku. Hemm bnedmin li huma ħerqana li jagħtu sehemhom għal Malta Aħjar u ħielsa, iżda jinsew li l-ewwel jeħtieġ li jiksbu l-ħelsien veru fil-ġewwieni tagħhom. Qajla nintebħu li l-ewwel jeħtieġ li ninbidlu aħna. Għax l-isfidi mhumiex il' barra minnek imma ġo fik, it-tirranija mhijiex 'il barra minnek imma ġo fik, l-oppressjoni mhijiex il' barra minnek imma ġo fik. Allura f ' dak il-każ, ma tista' tibdel u tmexxi lil ħadd għajr lilek innifsek ..... Din hi responsabilità serja. Aħseb ftit fiha u kollox jaqa f ' postu." Ivan Bartolo Forsi ż-żmien jagħtik raġun, bħalma l-istess żmien tani raġun kemm il- darba. L-aktar waħda popolari meta fl-2003 jien għedt IVA GĦALL-EWROPA u tkeċċejt mill-Partit Laburista ... Illum ħadt ir-raġun kollu u anki esponenti fil-Partit Laburista llum jirrikonoxxu li jien kont fit-triq tas-sewwa.