Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum Nirbħu lura l-lejl; Linji gwida ġodda dwar il-problema tal-light pollution L-Awtorità tal-Ippjanar b'kollaborazzjoni mal- Awtorità tal--Ambjent u r-Riżorsi (ERA) nediet gwidi dwar it-tniġġis kkawżat mid-dawl. Dawn il-linji gwidi jagħtu pariri dwar kif it-tniġġis tad-dawl jista' jitnaqqas u saħansitra jiġi evitat, partikolarment f 'installazzjonijiet artifiċjali eżistenti. Dawl artifiċjali joffri benefiċċji għas-soċjetà. Dan jipprovdi l-possibbiltà li jitkomplew attivitajiet edukattivi, ta' divertiment, ta' rikreazzjoni, ta' vjaġġar u dawk ekonomiċi matul il- lejl. Madankollu, jekk jintuża b'mod mhux xieraq, id-dawl artifiċjali jista' jkun ta' inkonvenjenza u huwa ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għan-natura. Is-Sur Anthony Borg, li huwa ċ-Chairperson tal-kumitat inkarigat bit-tfassil ta' dawn il-gwidi, qal: "Ma rridux nissottovalutaw il- periklu għas-saħħa li t-tniġġis tad-dawl iġib miegħu. Illum, aħna aktar familjari dwar it-tniġġis tal-arja, l-iskart u l-istorbju, iżda studji relatati mal-effetti ta' dawl li hu magħmul mill-bniedem u mhux meħtieġ, bdew joħorġu biss matul l-aħħar snin. Għalkemm ma rridux nkunu allarmisti, irridu nindirizzaw l-impatti negattivi u nħarsu lejn modi kif nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna. Aħna l-bnedmin, bħall-biċċa l-kbira tal-ħajja fid--dinja, drajna f 'ċiklu ta' nhar ulejl. Studji juru li meta nkunu esposti għal dawl artifiċjali bil-lejl, inrażżnu l-produzzjoni ta' melatonin f 'ġisimna li huwa anti- ossidant importanti li jnaqqas ir- riskju tal-kanċer." Kultant, it-tixrid eċċessiv ta' dawl jikkawza inkonvenjenza. Dan jirreferi għal kull tip ta' dawl artifiċjali li joħrog barra miż-żona li trid tkun imdawwla. Illum, waħda mill-aqwa soluzzjonijiet tad-dawl fis-suq huma l-lampi LED li huma effiċjenti fl-enerġija. Madankollu, il-maġġoranza tan- nies ma jafux dwar id-dawl blue- rich li dawn jitfaw, partikolarment dawk b'colour temperature ta' aktar minn 3000K. Fil-fatt, dawl blue-rich huwa meqjus bħala wieħed mill-ikbar sorsi ta' tniġġis tad-dawl. Dawn il-gwidi jipprovdu għadd ta' miżuri dwar kif jitnaqqsu ħafna mill-effetti negattivi tad-dawl permezz ta' disinn u ppjanar xieraq. Miżura li dawn il-gwidi jipproponu hija li l-installazzjonijiet tad-dawl ta' barra jiġu ddisinjati sew u għandhom jintużaw biss meta jkun meħtieġ. F'żoni residenzjali fejn dawl ta' barra, huwa meħtieġ minħabba sigurtà, wieħed għandu jikkunsidra l-installazzjoni ta' sensers tal-moviment li jixgħelu d-dawl matul perjodi ta' attività biss. Dawn mhux biss huma ekonomikament sostenibbli iżda wkoll aktar effettivi u siguri. L-introduzzjoni ta' fully-shielded fixtures hija miżura oħra użata biex ittaffi l-inkonvenjenza tad-dawl. Dawn jassiguraw li l-ebda dawl ma joħroġ il-barra minn parametri orizzontali. Barra minn hekk, il-gwidi jiskoraġġixxu l-użu ta' sorsi ta' dawl "abjad" b'temperatura għolja. Minflok, għandhom jintużaw sorsi ta' dawl li jissejħu 'warmer white'. Dawn ikollhom temperatura tal- kulur mhux ogħla minn 3000K u li jilħqu l-istess livelli t'effikaċja bħal dawk is-sorsi ta' blue rich light. Dwal ta' intensità għolja jew lejżers li jippuntaw lejn is-sema, bħala mezz ta' pubbliċità jew ta' divertiment, għandhom jiġu evitati wkoll. Minħabba li ħafna żviluppi x'aktarx jinkludu xi tip ta' dawl ta' barra, bħal fil-btieħi, btieħi interni, terrazzini jew fuq il-faċċata, il- gwidi qed jipproponu li l-permessi kollha ta' żvilupp għandhom ikunu akkumpanjati minn kundizzjoni standard li tindirizza t-tniġġis tad- dawl. Qed jiġi propost ukoll, li kull meta jinħareġ permess ta' żvilupp, dan jinkludi rapport tal-iskema tad-dawl approvat minn inġinier b'kwalifikazzjoni indipendenti. Dawn il-permessi jistgħu jkunu għal: • proġetti ta' natura industrijali u kummerċjali, • il-kostruzzjoni ta' toroq ġodda jew l-aġġornament tagħhom, • il-kostruzzjoni ta' faċilitajiet sportivi, • ġonna pubbliċi u żoni tal- logħob, • illuminazzjoni arkitettonika inkluż koppli tal-knejjes u faċċati ta' bini, • jew proġetti f 'żona ODZ. Filwaqt li billboards u avviżi mdawlin iżidu t-tniġġis tad-dawl, l-iktar li jagħmlu ħsara huma l-billboards LED. Dawn mhux biss jikkawżaw glare, iżda huma wkoll periklu għas-sewwieqa u l-persuni fit-triq, minħabba l-bidla f 'daqqa fl-intensità tad-dawl. Għal dawn ir-raġunijiet, l- Awtorità qed tipproponi li l-intensità tad- dawl tal-billboards LED għandha titnaqqas wara l-inżul ix-xemx, u ma taqbiżx il-100 cd/m2. Is-Sur Anthony Borg fakkar li l-iskop ta' dawn il-gwidi huwa li jiġi stabbilit qafas għall-addozzjoni ta' Dark Sky Areas f 'Malta, simili għal żoni diġà indikati f 'Għawdex u Kemmuna. Sfortunatament, minħabba t-tkabbir urban li fih innifsu ġab dawl eċċessiv filghaxija, tlifna l-misteru u l-meravilja tal- lejl. Illum, il-Milky Way ma tidhirx minn 89% tat-territorju Malti. Bl-introduzzjoni ta' Dark Sky Areas, flimkien mal-isforzi ta' kull individwu biex jikkonformaw ma' dawn il-gwidi, mhux biss nistgħu niskopru mill-ġdid l-isbuħija tal- istilel imma wkoll nipproteġu l-ekoloġija u l-ambjent naturali tagħna mill-effetti negattivi li jġib miegħu t-tniġġis tad-dawl. Dawn il-linji gwida jinsabu fuq il-websajt tal-Awtorità www. pa.org.mt/consultation. Kull min hu nteressat jista jissottometti r-rappreżentazzjonijiet tiegħu fuq il-gwidi proposti billi jibagħt email fuq representations@pa.org.mt sa nhar it-Tlieta 4 ta' Awwissu 2020.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020