Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 Carmel Bonnici Ir-rock'n'roll u ċ-ċinema Fenominu mużikali qawwi laqat l-Istati Uniti lejn nofs s-snin ħamsin. Ġeneru ġdid ta' mużika popolari, magħruf bħala Rock'n'Roll ġibet għal kollox l-attenzjoni totali taż- żgħażagħ. Din il-kwalita' ta' mużika tassew mħarrka, kellha l-bidu tagħha lejn l-aħħar tas- snin erbgħin u dawk tal-bidu tal-ħamsinijiet. Bħal kull xorta ta' mużika ta' qabel, ir- rock'n'roll oriġina minn mużika diġa' stabbilita bħal dik Gospel, Jump Blues, Jazz, Boogie Woogie, Rythmn & Blues flimkien ma' Country Music. L-isem Rock'n'Roll ingħata fl- 1954. L-istil tal-bidu ta' din it- tip ta' mużika, l-istrumenti mużikali ewlenin kienu l-pjanu u s-sassofonu li wara ġew issupplimentati bil-kitarra. Barra li kien stil ta' mużika, ir-rock'n'roll kif deher fil- maġġoranza tal-magazines popolari taż-żgħazagħ u fiċ- ċinema nfluwenza stil ieħor ta' ħajja, ċittadini ta' moda ġdida u anki lingwaġġ. Seta' wkoll ikkontribwixxa għall-movimenti ta' drittijiet ċivili, għax kemm l-Afro/Amerikani (is-suwed) u kemm t-tinaġers Amerikani bojod u dawk ta' xeħta Latina ħadu pjaċir kbir b'din il-mużika allegruża u tassew movimentata. Sa it żmien wara, fil-bidu tas-snin sittin żviluppat stil internazzjonali li sar magħruf bħala Rock Music. Il-frażi rock and roll tfisser titbandal, iddur u tinqaleb, oriġinaljament iddeskriviet vapur jitbandal f 'baħar imqalleb. Fil-bidu tas-Seklu 20 kien jintuża biex jiġbed attenzjoni lejn il-fervur spiritwali tar-ritwali fil- knejjes tas-suwed. Ħafna diski gospel, blues u swing użaw din il-frażi qabel saret popolari. Fl-1934, il-kanzunetta Rock'n'Roll tal-Boswell Sisters dehret fil-film Transatlantic Merry-Go-Round. Fl-1942, il- magazine Billboard f 'artiklu ta' Maurie Orodenker beda juża l-frażi rock'n'roll biex jiddeskrivi diski bħal Rock Me ta' Sister Rosetta arp. Fl-1943, lukanda f 'South Merchantville, New Jersey jisimha Rock'n'Roll, ġiet stabbilita bħala post tal-mużika. Fl-1951, id-DJ Alan Freed, minn Cleveland, Ohio beda jdoqq dan l-istil ta' mużika meta wkoll fisser b'mod elaborat din il-frażi biex jaghmilha popolari maż- żgħażagħ. Din il-kwalità ta' mużika waslet f 'ħin ta' bidla teknoloġika wara l-iżvilupp tal-kitarra elettronika, l-amplifier, il-mikrofonu u d-diski Single - 45rpm. Kompetituri għat-titlu tal-ewwel diski rock'n'roll jinkludu, e Fat Man ta' Fats Domino (1949), dik ta' Sister Rosetta arp, Strange ings Happening Everyday (1944), Rock Awhile (1949) ta' Goree Carter, Rock e Joint (1949) ta' Jimmy Preston li wara ħariġha, fl-1952, Bill Haley and his Comets. F'termini ta' mpatt kulturali mal-pajjiż kollu, u mhux biss is-soċjeta' Amerikana, Rock Around e Clock ta' Bill Haley, irrikordjata f 'April 1954, imma mhux suċċess kummerċjali qabel is-sena ta' wara, ġeneralment hija meqjuża bħala kisba ewlenija. Atturi/kantanti li stabilixxew din il-kwalita' ta' mużika fil-bidu kienu Chuck Berry, Bo Diddley, Little Richard, Jerry Lee Lewis u Gene Vincent. Ftit wara, tfaċċa Elvis Presley l-aqwa esponent tar-rock'n'roll li tlaqqam e King Of Rock'n'Roll. Lil dan mhux se nsemmieh f 'dan ir-rapport għax jixraqlu wieħed għalih waħdu. Ir-rock'n'roll pur beda n-niżla tieghu lejn l-aħħar tas-snin ħamsin u l-bidu tas-snin sittin. Il-fatturi mportanti kienu diversi – it-tluq ta' Elvis Presley fis-servizz tal-Armata Amerikana f 'Marzu 1958, l-irtirar mix- xena ta' Little Richard biex isir predikatur, l-iskandlu ta' Jerry Lee Lewis meta żżewweġ lill- kuġina tiegħu ta' 13-il sena f 'Mejju 1958, l-arrest ta' Chuck Berry fil-bidu tas-snin sittin u skandlu ieħor ta' tixħim fejn kien involut Alan Freed. Pero', l-pajjiż kollu xxokkja ruħu bil-kbir meta nhar it-3 ta' Frar 1959 tilfu ħajjithom fi kraxx ta' ajruplan 3 kantanti kbar u żgħażagħ, Buddy Holly, Ritchie Valens u J. P. Richardson, magħruf bħala e Big Bopper. Din il-ġurnata sewda jsibuha bħala e Day e Music Died. Tommy Dee, it wara, ħareġ il- kanzunetta tant sabiħa e ree Stars, li ħafna meta jisimgħuha joħroġilhom id-dmugħ. Fil-furja pura tiegħu, r-rock'n'roll ġennen liż-żgħażagħ ta' kullimkien bi zfin tassew imħarrek, enerġetiku u ġieli anki akrobatiku. Diski bħal Rock Around e Clock, Lucille, Ain't at A Shame, Oh Boy, Chantilly Lace, La Bamba u diversi oħrajn tant saħħnu liż-żgħażagħ bi zfin tassew spint li ħafna bdew iqisu din il-kwalita' ta' mużika bħala Il- Mużika Tax-Xitan, meta f 'xi bliet anki saru kważi rewwixti. Wara, stil ieħor ta' mużika rock'n'roll, aktar raffinat, ikkontribwixxa għas-suċċess tal- karriera ta' Rick Nelson, Tommy Sands, Bobby Vee, Bobby Rydell, Frankie Avalon u Fabian li saru "teen idols". Il-produtturi taċ-ċinema dejjem għajnejhom miuħa beraħ għal xi moda jew tendenza ġdida, speċjalment jekk tolqot bil-kbir lit-tinaġers jew żgħażagħ it akbar, bdew ilestu ruxxmata ta' films dwar din it-tip ta' mużika. Il-film li sploda ma' kullimkien u tant irrikorrew għaliħ żgħażagħ mad-dinja kollha kien Rock Around e Clock (1956). Maħdum fi it jiem, b'baġit żgħir, biex ikompli fuq il-popolarita' fenominali tal-kanzunetta tal- istess isem ta' Bill Haley And His Comets. Dan kien miġbud bla kulur, b'ħin ta' 77 minuta biss u ma' Bill Haley dehru wkoll Alan Freed (il-produttur tad-diska abbinat ħafna ma' din il-kwalita' ta' mużika), e Platters, Tony Martinez and his Band u Freddie Bell and the Bellboys. Il-produttur tal-film kien ir-re tal-films ta' kategorija baxxa (B movies), Sam Katzman li fis-snin ta' wara pproduċa diversi films ta' Elvis Presley. Ironikament, il-kanzunetta Rock Around e Clock instemgħet għall-ewwel darba, it xhur qabel, fil-bidunett tal-film Blackboard Jungle, meqjuż minn xi whud bħala l-ewwel film dwar ir-rock'n'roll. F'American Graffiti (1973), Rock Around e Clock ukoll tinstema' fil-kreddti tal-bidu. Veru li l-film Rock Around e Clock kien fenominu, iżda f 'ħafna teatri fl-Amerika specjalment, iż-żgħażagħ waqt li tinstema' din il-kanzunetta qamu jizfnu u jaqbżu fuq is-siġġijiet u kkaġunaw ħsarat konsiderevoli. Xi ħaġa tajba ħarġet ukoll għax l-integrazzjoni bejn il-bojod u s-suwed żdiedet billi dawn ħarġu jizfnu flimkien ma' e Comets u e Bellboys. Fis-sena ta' wara, ferħanin bis-suċċess ta' dan il- film, il-produtturi ħarġu sequel Don't Knock e Rock b'Alan Freed, Bill Haley and his Comets u oħrajn. Dan ma kellux is- suċċess bħal dak ta' qablu. Il- protagonist kien Alan Dale pero' ntroduċa lill-popolari Little Richard, li miet m'ilux. Ir-ruxxmata ta' films rock'n'roll li ħarġu fis-snin ħamsin, barra t-tnejn li diġa' semmejt, kienu jinkludu wkoll, fost oħrajn, Rock, Rock, Rock (1956), Shake, Rattle and Roll (1956), Rock, Pretty Baby (1956), Jailhouse Rock (1957), Mr. Rock'n'Roll (1957) (ovvjament jirreferi għal Alan Freed), e Girl Can't Help It (1957), Rock Baby Rock (1957), Rock All Night (1957), e Big Beat (1957), Jamboree (U.K. Disc Jockey Jamboree) (1957) b'Fats Domino, Calypso Heat Wave (1957), King Creole (1958), High School Confidential (1958), Sing Boy Sing (1958), Hound Dog Man (1959), Juke Box Rhytmn (1959) u diversi oħrajn. Dawn komplew fis-snin sittin b'inqas intensita' u fiż-żmien ta' wara l-aktar b'sens ta' nostalġija. Mir-Renju Unit ukoll f 'dan il- perjodu ħarġu kantanti tajbin tar-rock'n'roll. L-aħjar fosthom kien Cliff Richard li l-ewwel film tiegħu kien Serious Charge li fih ikanta Living Doll u warajh Espresso Bongo, segwiti b'e Young Ones u Summer Holiday b'furja ta' popolarita' qawwija. Tajjeb u popolari kważi daqsu kien il-gustuż, affabbli u dejjem ferħan Tommy Steele b'films bħal e Duke Wore Jeans, e Tommy Steele Story (fil-U.S.A. Rock Around e World) u l-popolari Tommy e Toreador li fih ikanta Little White Bull. Kien hemm ukoll Anthony Newley, kantant li ħadem ukoll f 'diversi films, barra li kien kompożitur u anki produttur. Il-mużika rock'n'roll tassew ikkreat impatt kbir u qawwi li għadu jinħass fil-mużika tal- preżent.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020