Illum previous editions

ILLUM 2 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1275146

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 2 TA' AWWISSU 2020 • illum IL-PARTIT NAZZJONALISTA L-GĦAQDA LI GĦANDU BŻONN IMMA MIN JISTA' JKUN L-AĠENT TAL-GĦAQDA? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-aktar ħaġa li għandu bżonn il- Partit Nazzjonalista hija l-għaqda. Issa nafu liema triq qabad - hux it-triq ta' vot ta' fiduċja f 'Adrian Delia jew hux elezzjoni għal Kap Nazzjonalista ġdid. Imma kif se jsib l-għaqda li tant għandu bżonn? Min se jagħtih din l-għaqda? Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn min minn nies li qed jissemmew bħala l-aktar probabbli li se jieħdu lill-PN għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, jista' forsi jgħaqqad lill-partit. Delia jista' jgħaqqad lill-PN? Taħt it-tmexxija tiegħu l-partit fil-fatt inqasam - tort tiegħu jew le. Din il-qasma llum jagħrfuha u jammettuha ħafna fil-partit, inkluż nies bħal Justin Schembri li huwa favur Delia u li ammetta dan ma' din il-gazzetta l-Ħadd li għadda. Fl-aħħar tliet snin sezzjoni tal- partit li mhix żgħira u li issa qed joħroġ ċar illi ma tinkludix biss lis- soltu nies (Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami ...) mhijiex kuntenta b'Delia u tridu jwarrab. Naturalment hemm ħafna raġunijiet li jissemmew għal din l-iskumdità. Hemm min jgħid li dan għax Delia ġie minn barra u mhux minn katina ta' persuni li kellhom għeruqhom u isimhom sinonimi mal-partit (in-narrativa hija dawn huma l-establishment). Jingħad illi dawn ma aċċettawx xi ħadd ġdid u minn hemmhekk għamlulu ħafna bsaten fir-roti, b'kollox jikkulmina fl-attentat (sa issa ta' suċċess) biex jitneħħa minn kap ta' partit. Hemm min jgħid li kienu l-istejjer ta' Daphne Caruana Galizia li għamlulu l-aktar ħsara: L-istorja dwar kont f 'Jersey marbut ma' flus minn ċirku ta' prostituzzjoni, l-akkużi u allegazzjonijiet dwar nies madwaru kif ukoll id- dikjarazzjonijiet relatati ma' ħlas ta' taxxa. Naturalment ukoll il-mod kif hu wieġeb meta deher li tilef il-kalma waqt attività partikolari u indirizzaha bħala 'biċċa blogger' għen biex tissaħħaħ l-idea li hu kien kontra l-ġurnalista. Il-qtil tagħha - għalkemm huwa ċar mill-informazzjoni li ħarġet sa issa li hu m'għandu eba rabta miegħu - ma tantx għen lanqas, anzi. Kien hemm min ħass li l-assasinju ta' Caruana Galizia kien dak il-punt ta' bidla fix-xenarju politiku Malti, speċjalment meta rriżulta li kien hemm konnessjonijiet bejn il-qtil u Yorgen Fenech u rabta bejn dan u Keith Schembri. Iżda minflok beda jieħu r-ruħ il-PN baqa' jnaqqas il-popolarità u tilef elezzjoni (Tal- Parlament Ewropew) b'distakk ta' 42,000 vot u l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali b'distakk akbar. Hemm min jgħid li din l-iskumdità tmur oltrè u hija marbuta ma' klassi u anke mal- inkwiet familjari li kellu ma' martu Delia - forsi għax jaraw li Delia huwa ħafna inqas konvenzjonali milli suppost ikun Kap tal-PN . Hi x'inhi r-raġuni huwa stat ta' fatt illum li hemm ġerħa fonda li qed taqsam parti mill-partit minn ieħor - xi ħaġa anke ċara fis-surveys. Fis-sondaġġi jidher ċar li hemm tliet gruppi ta' votanti Nazzjonalisti (ibbażat fuq dawk li vvutaw PN fl-2017): Dawk li tilfu l-interess li huwa l-akbar grupp, dawk favur Delia u dawk favur Comodini Cachia (sa dak iż-żmien il-kandidati l-oħrajn ma kinux għadhom issemmew) li huma tal- istess daqs. Dan jagħmilha diffiċli ħafna biex Delia jkun l-aġent tal-għaqda għaliex il-qasma hija fonda u hu jirrapreżenta fazzjoni u sezzjoni ta' Nazzjonalisti. Kemm idum Kap hu se jkun diffiċli li l-PN jerġa jingħaqad. Therese Comodini Cachia tista' tgħaqqad lill-partit? Comodini Cachia ma kinitx viżibbli ħafna fil-partit, għajr diskorsi fil-Parlament. Iktar fil-fatt kienet viżibbli fil-każ ta' Daphne Caruana Galizia hekk kif hija l-avukat tal-familja. Hi spiċċat fuq quddiem għaliex Claudio Grech iddeċieda li ma jixtiqx jkun il-magħżul tad- Deputati ribelli għal Kap tal- Oppożizzjoni wara li huma kienu deċidew li hu l-aqwa persuna għal din il-kariga. Comodini Cachia hija mara u allura minnha nnifisha din il-kandidatura hija storika kif tkun storika jekk tirbaħ elezzjoni prospettiva. Tidher determinata u hija politiku nadif u mingħajr passat li jista' jfixkilha. Imma dan biżżejjed biex tkun il- kandidat tal-għaqda? Le. Comodini Cachia tirrapreżenta lir-ribelli u allura għal L-għaqda huwa l-aktar ingredjent nieqes imma l-aktar li għandu bżonn il-Partit Nazzjonalista. Hi x'inhi d-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali - hix elezzjoni għal Kap jew vot ta' fiduċja - min jista' verament iġib l-għaqda mill-aktar nies papabbli għall- kariga ta' Kap bħalissa?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 August 2020