Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276937

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 Carmel Bonnici Films bi proċess tat-3D fil-bidu tas-snin ħamsin Fil-preżent, is-sistema tat- 3Dimension, fejn wieħed jara l-isfond fuq il-liżar il-kbir u l-affarijiet ġejjin għal fuqek, hija effettiva ħafna u tassew reali, kollu grazzi għall-proċess diġitali verament avvanzat. Ħafna films qed jinħadmu kemm bit-3D u anki bit-2D, jew il-proċess normali. Din it- tendenza qed tiġi użata ġo films dwar is-supereroj tal-kotba comics Marvel jew DC l-aktar, tant popolari u daqshom stmati huma l-films animati. Dawn il- produzzjonijiet jinvolvu, bosta drabi, baġits enormi, u b'hekk il-prezz tad-dħul għall-films bit- 3D ikun xi daqsxejn għola. Biex wieħed isegwi dawn ix-xogħlijiet irid jilbes nuċċali skur li it jew wisq idallam ix-xena. Illum anki fuq it-TV wieħed jista' jara film bit-3D, pero' xorta jrid ixidd nuċċali. Il-vjaġġ ta' dan il-proċess kien wieħed twil u diffikultuż kif se taqraw f 'dan ir-rapport. L-ewwel forma primittiva ta' din is-sistema dehret sa mis-sena 1915. Fi żmien iċ-ċinema mutu saru xi attentati biex tiġi pperfezzjonizzata din is- sistema li qatt ma tat ir-riżultat mixtieq. Il-ħdim ta' films bit- Tielet Dimensjoni ppruvawh l-M.G.M. fl-1935, bħala ċajta li kienet tinvolvi nuċċalijiet, li wara jintremew, li kellhom naħa ħadra u oħra ħamra biex jaqblu mal- immaġini doppja fuq il-liżar. Min ma jilbsux kien jara doppju bl- istampa sfukata għall-aħħar. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija saru xi films qosra, l-aktar ta' propaganda, b'dan il-proċess. Dawk involuti fit-teknika tat-3D donnhom insew jew warrbu minn quddiemhom dan it-tip ta' film. Fil-bidu tas-snin ħamsin l-attendenzi fit-teatri bdew jonqsu sew. Il-ħtija prinċipali kienet il-wasla tat-televiżjoni fid-djar Amerikani. Il-produtturi bdew jaħsbu kif se jerġgħu jattiraw lin-nies lejn it-talkies. It-20th Century Fox fl- 1953 introduċew is-CinemaScope bil-film spettakulari, e Robe (dwar il-libsa ta' Kristu wara il- Passjoni). Dan il-proċess li għadu popolari sal-preżent, kien jinvolvi li l-liżar ċinematografiku jkun aktar wiesa', iżda inqas tul fil- għoli tiegħu. Dawk it-teatri li ma kellhomx biżżejjed spazju riedu jew iwessgħu fejn jistgħu jew jagħlqu. Proċess ieħor li beda f 'dak iż-żmien kien is-Cinerama, fuq liżar ħafna aktar elaborat u bi 3 magni distinti jaħdmu flimkien. L-uniċi films li nħadmu b'din is- sistema kienu dokumentarji dwar postijiet eżotiċi u turistiċi. Films normali bis-Cinerama kienu jiġu jqumu ħafna flus u ma kenux vijabbli li jinħadmu, għalkemm fis-snin sittin dehru xi it. Fis-snin 1952 – 1954 waslet l-epoka tad-deheb għall-films bit- 3D. Il-produtturi biex jattiraw aktar spettaturi ħasbu biex jintroduċu produzzjonijiet għaċ- ċinema bit-3Dimension. Bdew jinħadmu numru konsiderevoli ta' films ta' baġits modesti u ta' livell pjutost baxx bit-Tielet Dimensjoni biex jisfruttaw flus l-udjenzi. Tant din il-ħaġa saret ta' malajr li ma ħasbux minn qabel biex min jara dawn ix-xogħlijiet bin-nuċċali Polaroid jiżguraw li jerġa' jingħata lura, ħaġa li rrabjat sewwa lill-maniġers tat-teatri. Billi l-wiri ta' dawn il-films kien jinvolvi li jitħaddmu żewġ magni sinkronizzati flimkien, wara siegħa jew anki qabel kellu bilfors isir intervall (hawn Malta l-intermission kien isir f 'kull wirja anki biex in-nies joħorġu jixtru mill-bar) li l-waslu tiegħu aktarx kienet tkun waqt xi sekwenza ta' tensjoni palpabbli. L-ewwel film li ntwera bit-3D kien lejn l-aħħar tas-sena 1952, Bwana Devil, film medjokri, xi it aħjar minn dawk tal-Columbia Pictures, Man In e Dark u l-Western Fort Ti, fejn l-azzjoni spiss kienet tieqaf biex lejn għajnejn l-udjenzi jintefgħu xi oġġetti. Wieħed mill-aħjar films b'din is- sistema kien dak tal-biża, House Of Wax tal-Warner Bros., bil-kulur, li kellu wkoll ħoss stereofoniku, qabel użat biss fis-Cinerama. Dan kien il-film li ttimbra lil Vincent Price bħala r-Re tat-3D billi kien l-iżjed attur li ħadem films b'din is-sistema (bl-oħrajn li kienu jinkludu, Dangerous Mission, e Mad Magician u Son Of Sinbad). House Of Wax kien inħadem qabel fl-1935 bħala Mystery Of e Wax Museum ukoll bil- proċess tal-kulur ta' zewġ strippi. Dan il-film speċjalment u Man In e Dark ħajru lill-udjenzi jħallu t-TV u jmorru mill-ġdid fit-teatri. L-istudjos maġġuri ta' Hollywood kollha tħajru jaħdmu films bit-3D, bħal Kiss Me Kate, e Charge At Feather River, Sangaree, Miss Sadie ompson, It Came From Outer Space, Dial M For Murder ta' Alfred Hitchcock, imma sakem dawn tlestew l-interess reġa' mar fuq is-CinemaScope, l-proċess ġdid tat-20th Century Fox li ma kellux il-bżonn li n-nies jilbsu nuċċali. Ħafna mill-films li nħadmu bit- 3D f 'dan il-perjodu (l-aktar fis- sena 1954) ħarġu wara għall-wiri bil-proċess normali jew "flat". Meta t-3D waqaf, l-industrija tal-films ħadet in-nifs, kif ukoll il- kritiċi laqgħu dan il-pass bil-ferħ. Fil-maġġoranza ta' dawn il-films, it-3D kien jintuża bħala xi ħaġa li l-iskop tagħha hu biss li jattira n-nies (gimmick). L-ispettaturi bdew jiddejqu jkunu attakkati minn diversi oġġetti bħal bullets, vleġeġ, blat kbir, , lanez jew iġsma mitfugħa lejn l-ghajnejn in-nies, affarijiet li kienu jaljenaw mill- istorja. Fuq kollox, bosta drabi ż-żewġ magni ma kenux ikunu sinkronizzati tajjeb u l-effett kien jintilef jew kull kważi nofs siegħa jew it aktar, l-operaturi kien ikollhom jieqfu biex ibiddlu l-bubini. Ta' min jgħid li Dial M For Murder, fi żmienu qatt ma ntwera bit-3D, izda biss fil-bidu tas-snin tmenin meta ġie restawrat u f 'wirjiet speċjali. Kellhom jgħaddu madwar 13-il sena meta reġa' ħareġ film ieħor bit-3D jismu e Bubble (fl-Amerika semmewh Fantastic Invasion Of Planet Earth). Is-snin sebgħin tal-bidu kienu msemmija għall-ħruġ ta' ħafna films b'kontenut sesswali (imsejħa socore). Anki minn dan il-ġeneru nħadmu films bit-3D, fosthom wieħed Germaniż jismu e Four Dimensions Of Greta (1981) li anki ntwera hawn Malta b'xi it qtugħ. Fis-snin tmenin, il-ħdim tal- films bit-Tielet Dimensjoni reġa' rxoxta, l-aktar fil-ġeneru ta' biża' u twerwir. Is-sistema ġiet ipperfezzjonata u ma kienx hemm il-bżonn li jitħaddmu żewġ magni fl-istess ħin. Uħud minn dawn il- produzzjonijiet kienu Jaws 3D, Amityville 3D, Friday e 13th Part 3 3D, e Treasure Of Four Crowns, il-Western Coming At Ya!, Freddie"s Dead e Final Nightmare (li kien Part 6) u oħrajn. Meta fis-snin disgħin waslet is- sistema diġitali u l-immaġini ġġenerati bil-kompjuter, it-3D rfina ruħu sewwa. Xi produzzjonijiet oħrajn li nħadmu bit-3D fl-aqwa żmien ta' dan il-proċess, huma: Meta t-3D sar popolari fl-1953, l-M.G.M. ħarġu l-mużikali Kiss Me Kate, ibbażat minn fuq ix- xogħol ta' William Shakespeare, e Taming Of e Shrew, u ħarġuh ukoll bis-sistema normali. Films oħrajn li għenu biex it-3D jieħu postu fiċ-ċinema, kienu: Hondo, bl-attur John Wayne tal- W.B.; il-Columbia kellhom Miss Sadie ompson b'Rita Hayworth u l-Paramount il-kummiedja ta' Dean Martin u Jerry Lewis, Money From Home u l-film dokumentarju Cease Fire dwar il- gwerra fil-Korea. Warajhom waslu sensiela ta' films suppost bit-3D, imma ħafna minnhom intwerew bil-versjoni normali, fosthom: e French Line tal-RKO, b'Jane Russell turi s-sex appeal, il-Western tal- Indjani tal-kumpanija Universal- International, Taza Son Of Kochise, b'Rock Hudson; żewġ films tal-biża' bil-gorilla toqtol, Phantom Of e Rue Morgue u Gorilla At Large, kif ukoll Creature From e Black Lagoon tal-Universa l-International, xogħol kult li għamel suċċess kbir u li għadu wisq popolari, żewġ films tax-xjenxa fittizja, Gog u Riders To e Stars; mir-Renju Unit wasal e Diamond (U.S. – e Diamond Wizard) u l-RKO fl-1954 ħarġu Dangerous Mission, film tad-diżastri dwar foresta taqbad u Son Of Sinbad, li qatt ma ntwera bit-3D. Fil-preżent, it-3D irxoxta minn mewta jew raqda twila u jidher li għaddej fuq bażi soda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020