Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276937

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum Malta toffri li tagħmel il-EuroPride 2023 flimkien ma' Belfast u Rotterdam Malta, Rotterdam kif ukoll Belfast jinsabu fl-aħħar fażijiet tal- proċess biex jospitaw l-edizzjoni 2023 ta' EuroPride, l-akbar avveniment LGBTIQ+ Ewropew, li kull sena jiġbed lejh diversi viżitaturi minn madwar id-dinja kollha. L-Assoċjazzjoni Ewropea tal- Organizzaturi tal-Pride - li għandha liċenzji tal-EuroPride - ippubblikat l-offerti minn Belfast Pride (l-Irlanda), Malta Pride (Malta) u Rotterdam Pride (l-Olanda). Is-Segretarju Parlamentari għall- Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar qalet li matul l-aħħar ħmistax-il sena, grazzi għall-isforzi tas-soċjetà ċivili u l-appoġġ mill- gvern u mis-settur privat, il-Pride March annwali trasforma minn laqgħa żgħira għal waħda mill- akbar avvenimenti LGBTIQ+ iċċelebrati f 'Malta. Ikkonkludiet li l-Gvern Malti jappoġġa bi sħiħ dan l-avveniment ta' livell għoli li jattira lejh eluf ta' turisti minn madwar id-dinja, hekk kif kien proprju l-istess gvern li ħadem qatigħ matul dawn is-seba' snin u daħħal fis-seħħ drittijiet biex tassew kulħadd ikun ugwali. Clayton Mercieca, Community Manager għal Allied Rainbow Communities (ARC) qal li, "Il- komunità Maltija LGBTIQ+ hija kburija li tagħmel parti mill- moviment LGBTIQ+ Ewropew, iżda ssib ruħha wkoll fil-qalba tar-reġjuni tal-Lvant Nofsani u tal- Afrika ta' Fuq fejn l-ugwaljanza għadha 'l bogħod". Bil-klassifika ta' Malta fil-quċċata tal-indiċi ILGA Europe, huwa dmir tagħna li nibqgħu għaddejjin bil- ħidma sabiex niksbu ugwaljanza sħiħa kemm f 'Malta kif ukoll fil- komunitajiet ġirien fejn il-fobija fil-konfront tal-persuni LGBTIQ+ u n-nuqqas ta' drittijiet tal-bniedem għadhom preżenti. Qal li din l-offerta kienet mira ambizzjuża tal-Allied Rainbow Communities sa mill-bidu tagħha. Ċerti li dan l-avveniment kapaċi jpoġġi lil Malta fuq il-mappa internazzjonali tal-LGBTIQ+, mhux biss fuq l-aspett tal- ugwaljanza u d-drittijiet iżda wkoll jibgħat messaġġ b'saħħtu li pajjiżna hu sigur u post li jilqa'. Din l-offerta hija r-riżultat ta' sforzi mill-ARC, MGRM, LGBTI+ Gozo, Drachma u d-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Bank Malti tal- Iżvilupp b'inizjattiva ta' self mingħajr garanzija personali lil negozji żgħar Fi stqarrija l-Bank Malti tal-Iżvilupp (MDB) sostna illi fl-isforzi tiegħu biex jappoġġja lin-negozji biex jirpiljaw fid- dawl tar-realtajiet ekonomiċi ta' bħalissa, introduċa inizjattiva ulterjuri biex jappoġġja negozji żgħar li jitolbu self mill-banek taħt l-Iskema ta' Garanziji tal- COVID-19 tal-MDB mingħajr il-bżonn li jipprovdu garanziji personali fuq dan is-self. L-iskema - jgħid il-Bank - "kienet suċċess u permezz ta' garanzija ta' 90% ipprovduta ippermettiet bosta negozji jiksbu self fuq kapital b'rati tal-imgħax sussidjati kif ukoll moratorji fuq self u ħlas lura ta' imgħaxijiet." Madankollu fl-istqarrija intqal kif kien espress tħassib mill-komunità kummerċjali, b'mod partikolari l-SMEs u min jaħdem għal rasu, anke permezz tal- Kamra tal-SMEs, li n-negozji kienu qed jintalbu garanziji personali fuq il-valur sħiħ tas-self. "Dan kien qed ipoġġi lil negozji żgħar f 'diffikultà, speċjalment meta jmorru biex jisselfu ammonti mhux kbar." Biex jindirizza dan it-tħassib, l-MDB nieda Skema ta' Garanziji għal Self Żgħir (SCLG), li permezz tiegħu huwa qed jipprovdi protezzjoni addizzjonali lill- banek biex ikopri dak l-10% tas-self li mhuwiex kopert mid-90% garanzija. Min- naħa l-oħra, l-MDB se tkun qed tobbliga lill-banek inaqqsu b'mod sinifikanti l-ammont ta' garanziji personali mitlub fuq is-self Din l-iskema, jfakkar il-Bank, kienet approvata mill-Kummissjoni Ewropea fid- 29 ta' Lulju taħt il-Qafas Temporanju ta' għajnuna mil-istat fil-kuntest tal-għajnuna lill-ekonomija fid-dawl tal-pandemija tal- coronavirus. Il-Kummissjoni Ewropea approvat ukoll interpretazzjoni aktar flessibbli tal-kapital tal-ishma meħtieġ minn intrapriżi żgħar biex jikkwalifikaw għal din l-għajnuna. Din l-iskema tgħodd għal self sa €250,000 li ġew konklużi mid-29 ta' Lulju iżda l-banek jistgħu jemendaw ukoll kuntratti li ġew iffirmati qabel din id-data biex jirriflettu l-kundizzjonijiet ġodda. Dwar dan, l-MDB jinsab f 'diskussjonijiet mal-banek. F'kumment dwar din l-inizjattiva, iċ- Chairman tal-MDB, il-Prof Josef Bonnici qal li "l-Bank huwa konxju li n-negozji ż-żgħar huma l-mutur tal-ekonomija Maltija u f 'dan il-mument kritiku għall- ekonomija Maltija, ridna nagħtu inċentiv addizzjonali biex niżguraw li dawn in- negozji jkollhom il-likwidità meħtieġa biex joħorġu b'saħħithom minn dawn iż- żminijiet ta' sfida." Prof. Josef Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020