Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276937

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit , soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esper- jenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Jobplus Vacancy No 357954, Permit No. 52/2020 Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Admiralty House, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 21 ta' Awwissu 2020 fis-1300 hrs. Resident tal-Fgura jilmenta dwar 'reżistenza' għal proġett ta' ġnien u r-restawr tar-Razzett l-Antik Mario Fava mill-Kunsill Lokali tal- Fgura jgħid illi l-problema mhix il- proġett imma l-fattibilità tiegħu fuq art privata li tista' tiġi żviluppata ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Aldo Busuttil, resident mill- Fgura qed jilmenta li qed isib reżistenza għall-proġett li qed jipproponi bħala resident biex din il-lokalità "jkollha l-ewwel pulmun aħdar fiha u l-ewwel spazju ta' rikreazzjoni." Busuttil qed iressaq proposta li permezz tagħha jintlaħaq qbil biex ir-Razzett l-Antik - li fil-fatt huwa proprjetà privata u li tħalla mitluq għal riħu filwaqt li hemm applikazzjoni biex jitwaqqa', ikun rekwiżizzjonat mill-Gvern (mixtri minnu). Dan jitbiddel, flimkien maż-żona ta' għelieqi madwaru, bħala ġnien u żona ta' rikreazzjoni. Minkejja dan, huwa lmenta mal-ILLUM li qed isib reżistenza u li waqt laqgħa li saret nhar il- Ġimgħa filgħaxija il-Kunsilliera - isemmi lil Ryan Ellul u Mario Fava - talbuh iressaq l-ispejjeż tal-proġett. Mal-ILLUM huwa qal li hu ressaq il-proposta biex jissalva dan l-ispazju qabel ikun tard wisq u qabel l-Awtorità tal-Ippjanar tgħaddi l-permess biex dan ir-razzett jitwaqqa'. Busuttil għamilha ċara li dan ir- razzett mhuwiex protett bil-liġi u allura mhuwiex skedat u huwa għalhekk li qed jitlob lill-Gvern biex jieħdu (u l-għelieqi tal- madwar) f 'idejh. "Aħna qed nipprovaw nikkonvinċu lill-Gvern biex b'xi mod jasal għall-ftehim mas-sid tal-art inkwistjoni biex b'hekk, apparti li r-razzett jiġi rrestawrat wara snin twal, fl-aħħar jsir proġett ambjentali li jagħmel ġustizzja u jagħti kumpens għat- tniġġis qawwi li jbati minnu dan ir-raħal," sostna Busuttil. Mal-ILLUM saħaq illi baqa' skantat illi ġie mitlub jagħti l-costings tal-proġett "meta dan mhuwiex il-kompetenza tiegħi. Jiena li rrid u qed nipproponi huwa li nqajjmu għarfien, insalvaw wieħed mill-aħħar patrimonju tal-Fgura u l-Gvern "jieħu l-okkażjoni biex l-aħħar ftit art mhux mibnija fiċ-ċentru ta' din il-lokalità tiġi mħaddra." Busuttil fakkar li jaf ikun tard wisq hekk kif sa nofs Settembru se jkun hemm deċiżjoni dwar ir-razzett "u jekk dan jingħata l-kundanna ikun kollu ta' xejn." "Huwa ta' dispjaċir personali li kelli nasal f 'din is-sitwazzjoni imma ma tawni l-ebda triq oħra," sostna Busuttil. 'Sabiħ fuq il-karta imma mhux fattibbli ...' Il-Kunsillier tal-Partit Laburista fil-Fgura Mario Fava saħaq illi filwaqt li l-idea ta' Busuttil hija tajba hemm problemi ta' prattiċità u fattibilità. F'kummenti mal- gazzetta ILLUM huwa qal li meta Busuttil ressaq dan il-proġett ma qalx kemm se jiswa' u fakkar illi f 'dan il-każ il-Gvern irid joħroġ - qabel biss jibda l-proġett - mal- €10 miljuni jew anke xi ftit iktar, biex jirrekwiżizzjona din l-art li hija privata u li sidha għandu dritt jibniha skont il-Pjani Lokali tal- A w t o r i t à tal-Ippjanar. "Filwaqt li nifhem il-ġenwinità u l-idea tajba tal-proġett, Aldo Busuttil mhux qed jifhem li apparti l-flus il-Gvern ikun ħoloq preċedent. Immaġina jiġi l-Kunsill ta' San Ġiljan u jgħid li l-art fejn qed jinbena l-proġett tad-db għandna nħalluh u ma jinbeniex - aħdimha ara kemm irid joħroġ flus Il-Gvern biex jerġa jeħodha lura. U tista' tuża dan l-argument għal prattikament kull biċċa art li qed tinbena" Hu sostna li qabel biss wieħed jibda jiddiskuti proġett bħal dan - irid jara s-sid x'jixtieq jagħmel bl-art tiegħu "li għandu dritt jiżviluppaha skont il-permess li għandu." Fava temm jgħid illi anke l-idea ta' parkeġġ taħt Triq Hompesch ma tagħmilx sens. "Aħna nnaqqsu mhux inżidu l-karozzi rridu f 'din it-triq diġa' traffikuża. M'għandi xejn kontra l-idea - kieku nistgħu nagħmlu l-pjazez kullimkien - imma naħseb Aldo Busuttil mhux jirrealizza dan kemm jirrikjedi xogħol u flus." X'qed jipproponi Aldo Busuttil? • Qed jipproponi li l-Gvern jakkwista l-art fejn hemm ir-Razzett l-Antik • Imbagħad jirrestawra u jikkonservah biex jintuża bħala ċentru kulturali jew mużew • Madwar - fejn hemm l-għelieqi - issir pjazzetta bi spazju għal- siġar u ta' rikreazzjoni • Qed jipproponi li ssir replika tal-kappella li twaqqgħet fl-1955 • Parkeġġ u ġibjun taħt l-art

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020