Illum previous editions

ILLUM 9 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1276937

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 Xaharejn wara li tilfu kollox fin-nirien Charmaine terġa' titlob għall-għajnuna ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mara qed tgħix f 'limbu, bla saqaf fuq rasha, torqod għand in-nies u l-erba' uliedha jorqdu f 'postijiet oħrajn daqqa għand ħbieb u drabi oħra għand il- qraba. Charmaine Agius rat ħajjitha, il-memorja tagħha, prattikament dak kollu li kellha, inkluż ħames klieb għeżież daqs uliedha jogħsfru fin-nirien li belgħulha lil darha xaharejn ilu - minn mindu flimkien ma' uliedha kellha tgħix f 'dar ħaddieħor b'uliedha mifrudin minn magħha taħt soqfa differenti. Agħar minn hekk xaharejn wara Charmaine għadha eżatt fejn kienet xaharejn ilu - bil- kumpanija tal-assigurazzjoni tgħidilha li m'għandhiex bżonn tbiddel is-soqfa meta l-perit tal- familja qed jgħidilhom jagħmlu dan l-awtoritajiet - sakemm kien qed jinkiteb dan l-artiklu - ma laqgħux l-appelli tagħha biex għallinqas joffrulha saqaf tempornju fuq rasha, ras uliedha u s-sieħeb tagħha. "Aħna xejn m'għad fadlilna. Ibni b'li kien baqa'. Xejn iktar u xejn inqas," sostniet imbikkma. Apparti li tilfu kollox, il-mewt fin- nar ta' ħames klieb tagħha kienet u għadha weġġa' kbira wisq. X'ġaralha eżatt l-familja ta' Charmaine? Charmaine tieħu lil din il- gazzetta lura għal dik il-ġurnata misħuta li fiha tilfu kollox. "Qomt, kienu s-sitta neqsin kwart u tlajt ħdejn binti biex nara hux xogħol u nieħu l-klieb minn ħdejha. Poġġejthom fejn joqgħodu s-soltu - mifrudin għax ġieli jagħmlu għal xulxin u nżilt. F'daqqa waħda jinżel jgħajjat it-tifel 'mà, mà. Qed jaqbad kullimkien fil-kamra," tirrakkonta Charmaine mal-ILLUM. Minn hemmhekk bdiet ġirja kontra l-ħin biex issalva lil uliedha, is-sieħeb tagħha u lill- klieb li kienet tant tgħożż. "Tlajt fuq u mort biex insalva lill-klieb. Imma kien kollu ta' xejn. Għaliex sakemm tlajt fil- kamra u dħalt, in-nar kien diġa beda jieħu sew u f 'daqqa waħda dar għalija, fuq spallejja u anke xagħari. Bdejt nisma' lin-nies minn barra jgħajjtu - aqbeż, aqbeż 'il barra." Tispjega mal-ILLUM kif qabżet għand ta' ħdejha imma fil-ġenn ta' dak il-ħin lanqas biss kienet taf x'inhi tagħmel. "Niakar li wara xi nofs siegħa ngħajjat u nibki kienu waslu l-vetturi tat-tifi tan-nar u bdew jitfgħu l-ilma, ħafna ilma biex jitfu. Damu għaddejjin ... " Hi tgħid kif kollox inqered kemm bin-nar, imma fejn ma nħaraqx bl-ammonti kbar ta' ilma li ntefgħu. Telqu u reġgħu ġew lura fejn kien hemm id-dar - fil-Ħamrun - hekk kif it wara n-nirien reġgħu ħadu. "Ġew darbtejn għax in-nar reġa' ħa - ara kemm kien gravi. Problema bil-wires qalulna, short circuit." Charmaine Agius tispjega kif hi u s-sieħeb tagħha flimkien ma' binha jew bintha - daqsilkieku bi skeda għax fejn qegħdin ma jistgħux iraqqdu erbat itfal - qed jgħixu ma' oħt is-sieħeb tagħha, jiġifieri ħamsa minn nies taħt l-istess saqaf f 'dar ta' daqs normali. Tispjega kif l-aħħar xaharejn kienu mumenti iebsa ħafna għaliha, għas-sieħeb tagħha u għal uliedha bil-ħajja tagħhom tisfratta. "Għadu jidwi ġo moħħi l-biki tal-klieb jiena u nipprova nsalvahom. Kiefra wisq!" tgħid Agius issa emozzjonata ħafna. Mhux biss Charmaine imma l-familja kollha tagħha dejjem kellha l-klieb fiċ-ċentru tagħha flimkien mat-tfal u kif trabbiet mal-klieb - l-akbar ħabib tal- bniedem jgħidu - hekk l-istess rabbiet lil uliedha. Għajnuna - imma mhux mill- assigurazzjoni u l-awtoritajiet Għaddew xaharejn u Charmaine u l-familja tagħha għadhom fil-limbu. "L-ewwel tawna l-impressjoni li s-saqaf se jsir u issa l-kumpanija tal-assigurazzjoni qaltilna li m'għandniex għalfejn - dan meta l-perit li ġibna aħna qalilna li hemm bżonn jinbidlu s-soqfa." Saħqet emozzjonata li marret ma' uliedha tipprova tnaddaf kemm tista' minn dak li kien għadu fadal imma apparti għajnuna minn xi nies b'xirjiet jew wegħdi ta' xogħolijiet mingħajr ħlas - fosthom ta' madum - sa issa la sar xogħol fuq il-propjretà u lanqas sar pass biex forsi jsibu post fejn jgħixu. Agius appellat għall-għajununa u biex tkun tista' jkollha mqar post fejn tgħix sakemm terġa tiġi rranġata d-dar tagħha. "Tlabna lil tal-assigurazzjoni imma għalxejn. U ma smajt xejn minn tal-housing lanqas." Ma setgħux la s-sitwazzjoni hi kif inhi tipprova tikri? Charmaine qalet illi huwa diffiċli tikri post bil-prezzijiet tal- lum u speċjalment bil-fatt li għad fadlilha tlett klieb ħajjin. "Biex idaħħluna u b'erbat itfal ma stajna nsibu mkien b'inqas b'€1,000. Mela aħna nifilħu nħallsu daqstant flus bl-impjiegi tagħna u erbat itfal?" staqsiet mill-ġdid imbikkma. "Nixtiequ li xi ħadd jgħinna naqra u jisma' l-appelli tagħna. Kien hemm min kien lest jagħmlilna l-madum b'xejn imma sakemm ikun deterimat x'se jiġri b'darna nibqgħu hekk, ngħixu hekk! Mhux li kien xi ħadd jagħtina naqra għajnuna." Xaharejn wara li tilfet id-dar u ħames klieb maqbudin fin-nirien - Charmaine Agius terġa titlob għall-għajnuna hekk kif spiċċat bil- familja tgħix għand in-nies u mifruda minn uliedha li jkollhom jgħixu għand il-qraba u l-ħbieb ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 August 2020