Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875
12 festi u kultura IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum Il-Patruna speċjali tal-Gżejjer Marija fuq l-ILLUM Il-gazzetta ILLUM b'erba' paġni speċjali dwar l-istorja wara x-xbiehat ta' Santa Marija mxerrda madwar il-gżejjer Maltin YENDRICK CIOFFI Jekk hawn festa li l-Maltin iħobbu, bla dubju ta' xejn hija dik tal-15 ta' Awwissu, meta l-Knisja tiċċelebra s-Solennitá tat- Tlugħ fis-Sema tal-Madonna, jew kif inhi magħrufa fostna bħala l-festa ta' Santa Marija. Iħobbuha mhux biss minħabba l-vaganzi tas-sajf, iżda anke minħabba l-ġrajja li jgħaddi kemm jgħaddi snin minn fuqha tibqa' fil-qalb ta' kull Malti, jiġifieri l-ġrajja tal-Konvoj mimli provvisti li daħal fil-Port il-Kbir u salva bl-eżatt lil Malta milli ċ-ċedi għall-qilla tal-għadu fil- qalba tat-Tieni Gwerra Dinjija. Mhux ta' b'xejn li l-Maltin, li diġà kellhom għal qalbhom lil Santa Marija, komplew jiċċelebraw bil-kbir din il- ġurnata, b'mod partikolari f 'dawk il- parroċċi u knejjes li isimhom iġib propju din id-Domma. Anke jekk din is-sena, minħabba ċ-ċirkostanzi baqgħu ġewwa, f 'dawn l-erba' paġni speċjali, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tippubblika l-istorja wara x-xbiehat għeżież ta' Santa Marija li nsibu mxerrda madwar il-Gżejjer Maltin. Il-gazzetta ILLUM qed tippubblika din l-informazzjoni b'mod kronoloġiku skont is-sena li fihom inħadmu dawn il-vari. Il-vara titulari ta' Santa Marija tal- Gudja nħadmet fl-1807 u hija xogħol fl-injam mill-iskultur Vincenzo Dimech (1768-1831). Din il-vara saret bi flus is- saċerdot Dun Tumas Zammit, li kien mill-Gudja. Din hija l-ewwel vara titulari ta' Santa Marija skolpita fl-injam f 'Malta. Il-pedestall mill-isbaħ inħadem fl-1932 u ġie indurat fl-1933 u flimkien mal- bradella u l-bankun, li saru fis-sena 1935, huma xogħol ta' Ġużeppi Buhagiar minn Ħal Tarxien. Fl-erba' faċċati tal-pedistall insibu erba' statwetti, xogħol l-istatwarju Għawdxi Wistin Camilleri. Il-bradella u l-pedestall mingħajr induratura kienu qamu tliet mitt lira. Fl-1948 din il- vara kienu sarulha xi alterazzjonijiet minn Antonio Sciortino, u wara l-vara kienet ġiet indurata mid-ditta Coleiro tal-Belt Valletta. Fl-1987 il-vara kienet irrestawrata għand l-istess ditta. Il- karnaġġjon tal-Madonna u t-tliet anġli li jidhru fil-vara ġew restawrati mill- Għawdxi Pawlu Camilleri Cauchi. Din tinħareġ purċissjoni fil-15 ta' Awwissu. IL-GUDJA Mat-twaqqif tal-parroċċa nħasset ix- xewqa li l-parroċċa tkun iddedikata lil Marija Assunta. Fl-1833 il-parroċċa tal-Imqabba bdiet titmexxa minn Dun Tumas Agius Caruana, u ħafna mill- parruċċani wrew b'ħerqa kbira x-xewqa li jkollhom vara ġdida tal-Assunta. Il- kappillan flimkien mal-kleru, imħeġġin mill-poplu, bdew jaħsbu biex jaqtgħu x-xewqa tal-Imqabbin billi jagħmlu vara ġdida ta' Marija Mtellgħa s-Sema. Għal dan ix-xogħol intgħażel Mastru Xandru Farrugia miż-Żejtun. Dak iż-żmien Xandru kien skultur ta' fama kbira. Il- Kappillan Tumas Agius Caruana u dawk li kellhom f 'idejhom il-ħsieb ta' vara ġdida riedu li l-kummissjoni tingħata malajr u ma ridux li l-vara terġa' tkun waħda li ma tintgħoġobx. Wara li ġie avviċinat minnhom, l-iskultur Xandru Farrugia aċċetta li jidħol għal dik il-biċċa xogħol tal-vara mixtieqa. Il-kuntratt sar fit-30 ta' Ottubru 1835 fiż-Żejtun quddiem in- Nutar Menville Massimiano Troisi. In-nies Imqabbin, biex jieħdu ħsieb dan ix-xogħol, kienu huma stess li xtraw zokk tal-injam mit-tarzna tal-gvern u ħallsu għalih 40 skud. Ġie miiehem ukoll li kien meħtieġ li l-vara titlesta minn kollox sal-31 ta' Lulju 1836. L-iskultur Xandru Farrugia lesta x-xogħol tal-vara ta' Santa Il-vara hija xogħol l-iskultur Bormliż Mariano Gerada, u ħadimha fil-ħanut tiegħu stess, f 'Bormla. Hija minquxa fl- injam u saret fl-1808. Din tħallset mis- Sur Gio. Maria Farrugia u swiet 800 skud. Il-Madonna tidher b'ħarsitha merfugħa lejn is-sema, qisha mtajra fuq is-sħab, ħierġa minn ġol-qabar, b'anġlu ċkejken maġenb riġlejha. Il-vara ġiet indurata fl- 2006 meta nħarġet mill-knisja fix-xahar ta' Ottubru 2005 u ttieħdet lura fit-30 ta' Lulju 2006. Ix-xogħol tar-restawr sar minn Horace Farrugia ġewwa l-ħanut tiegħu fl-Imdina, bl-isem ta' Gilders – Joe Farrugia & Son. Is-Sur Vincent Bezzina flimkien mal-mara tiegħu ħallsu l-ispejjeż kollha tax-xogħol li sar fuq il-vara. Il-vażuni li jitpoġġew madwar il-vara huma l-istess vażuni li ilhom jitpoġġew madwarha sa mis-sena 1933. Fis-sena 2008 dawn il-vażuni ġew irrestawrati mill-arġentier Joe Aquilina miż-Żejtun. L-ispejjeż kollha tħallsu mill-parroċċa. L-anġli ta' madwar il-vara tneħħew bil-permess tal-Kurja, wara li kien hemm qbil ġenerali bejn kull min kien ikkonċernat. Nhar il-Ġimgħa, 31 ta' Lulju 2015, it-tieni jum tal-kwindiċina, kien jum speċjali għall-Għaxqin. F'dan il-jum importanti saru t-tberik u l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-bradella u bankun il-ġodda għall-vara titulari ta' Santa Marija. Dawn ġew irregalati lill-parroċċa mill-familja ta' Raymond, Carmen, Jonathan u Mariah Grima. Id- disinn sar minn Renzo Gauci filwaqt li x-xogħol fl-injam sar mill-mastrudaxxa Godwin Azzopardi. Michael Grima ħa ħsieb il-lostru filwaqt li l-brunżar Joseph Chetcuti tal-Funderija Artistika Chetcuti ħadem ix-xogħol fil-bronż. Toħroġ purċissjoni fil-15 ta' Awwissu. ĦAL GĦAXAQ L-IMQABBA