Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1278875
08 analiżi IL-ĦADD 16 TA' AWWISSU 2020 • illum X'GĦANDEK IL-KLIJENTELIŻMU FIL-POLITIKA CARMEL BORG U JOE GRAVINA Waħda mill-mardiet li niġġżu lill-politika Maltija hija l-marda tal-klijenteliżmu; marda kronika, bi storja twila u mifruxa sew fil-popolazzjoni, tant li nistgħu ngħidu li tlifna l-boxxla morali f 'dan ir- rigward, b'ħafna minna jqisu dan il-fenomenu bħala minn ewl id-dinja, naturali, u parti mis- sens komun kollettiv tagħna. Fenomenu leġittimizzat ta' kuljum, bi tpartit ta' favuri, li mhux dejjem jinvolvi l-għarfien u l-barka tal-politiku. Filfatt, il-klijenteliżmu m'huwiex marbut esklussivament mal- politika, bis-suq tat-tpartit jokkupa ħafna spazji fil-ħajja pubblika u privata Maltija. Il- firxa wiesa' tal-klijenteliżmu tagħmlu wieħed mill-fenomeni normalizzati fir-relazzjonijiet soċjali u ekonomiċi tal-pajjiż, b'min jirreżisti, bil-kliem u/ jew bil-fatti, ħafna drabi jitqies bħala 'fidil' jew idealista. Il-klijenteliżmu jinvolvi l-iskambju ta' favur/i bejn (mill-anqas) żewġ partijiet, b'parti minnhom, fil-ħin tal- iskambju, tkun qiegħda tokkupa pożizzjoni ta' poter jew viċin il- poter li jirrendi, u tkun f 'qagħda strateġika li taqdi lill-parti l-oħra, ġeneralment bl-għarfien jew bit-tama li l-parti li tirċievi xi forma ta' pjaċir, fl-immedjat, jew f 'xi żmien mhux imbiegħed, se tirreċiproka l-pjaċir, imqar bl- għoti tal-'unu' fuq il-polza tal- vot. Il-partijiet involuti fl-att tat-tpartit jafu li se jibbenefikaw mill-azzjoni. Fil-mument tal- att, il-pjaċir huwa forma ta' investiment reċiproku. Fil- verità, il-partijiet jafu li meta jidħlu fis-suq tal-pjaċiri se jidħlu lkoll bħala klijenti. Għal ħafna, Il-klijenteliżmu huwa mod konkret ta' kif jintegraw fis-socjetà. Mingħajr il-klijentelizmu, ħafna nies jinqatgħu barra miċ-ċirku soċjo-ekonomiku. Permezz tal- klijenteliżmu, Il-'klijent' jisfrutta l-kapital soċjali li jiżviluppa minn sistema politika li, b'mod opportunist, trid tibqa' 'qrib taċ-ċittadin'. Permezz ta' din ir-relazzjoni, ħafna nies jistgħu jwettqu dak li hu bżonjuż jew mixtieq minnhom, meta m'għandhomx mezzi oħra jew mezzi aħjar biex jagħmlu hekk. F'din ir-relazzjoni, hemm il- 'parrinu', li joffri l-opportunità, u l-klijent li bl-għarfien ta' kif jaħdem is-suq tal-pjaċiri, jaħsad il-frott tal-investiment dirett (rigal) jew indirett (kelma tajba mal-qraba u l-ħbieb, appoġġ fil- miuħ, jew offerta ta' għajnuna meta jiġi l-bżonn). Fil-mument tal-pjaċir, ir- relazzjoni bejn min jagħti u min jirċievi hija vertikali - dak li jqassam qiegħed fuq, u l-klijent, dak li jaqla', qiegħed taħt. Jekk il-klijent ma joqgħodx għal din ir-relazzjoni vertikali, x'aktarx li jibqa' mingħajr dak li jrid. Għalhekk, il-klijenteliżmu jikkontrolla l-mod kif l-individwi jipparteċipaw fis-socjetà. Relazzjoni anti-demokratika, għax hija preskrittiva fin-natura tagħha. Billi għandha bżonn il- parrinu biex ittejjeb l-qagħda tagħha, il-klijenteliżmu jżomm firxa wiesa' tal-popolazzjoni f 'kultura ta' silenzju u ta' appoġġ banali, hi x'inhi l-imġiba u l-ħila amministrattiva tal-parrinu. F'kuntest fejn il-klijenteliżmu huwa daqshekk mifrux, qajla nindunaw li parti sew min- nuqqas ta' governanza tajba għandha għeruqha fit-tolleranza għall-klijenteliżmu. Dik il- korruzzjoni li hija kbira biżżejjed biex tissemma' fl-aħbarijiet hija kontinwazzjoni tal-korruzzjoni li tibda fir-relazzjoni bejn il- parrinu u l-klijent; iż-żewġ realtajiet irregolari huma stazzjonijiet differenti tal-istess vjaġġ. Il-klijenteliżmu jieħu forma differenti fir-relazzjoni bejn il-politiku u l-oligarkija ekonomika. Bil-poter ekonomiku li l-oligarkija tħalliet issorr, il-politiku jaqdi, mhux għax hu b'saħħtu fil-konfront tal- oligarkija, iżda għax hekk hemm bżonn isir biex ir-roti tas-sistema jibqgħu jduru u r-relazzjoni mal- oligarkija tibqa' waħda produttiva u kalma. Fil-konfront tal- oligarkija ekonomika, il-politiku u l-partit huma klijenti l-ewwel u parrini t-tieni. Meta l-politiku u l-partit jitilfu l-appoġġ tal- parrini ekonomiċi, x'aktarx ikun wasal iż-żmien li l-klijenti politiċi jwarrbu. Għalhekk, l-għajta tal- 'business friendly' tikkristallizza din ir-relazzjoni, fejn il-politiku- klijent, b'mod pubbliku, quddiem popolazzjoni sħiħa bħala xhud, iġedded regolarment il-wegħda tiegħu li qatt m'hu se jabbanduna lill-parrinu-ekonomiku tiegħu. Il-klijenteliżmu jicħad prinċipji bażiċi tal-Kostituzzjoni li jxandru l-ugwaljanza taċ- ċittadini fil-pajjiż. Ħafna drabi, dawk li jinqdew bħala klijenti ta' politiku jkunu qegħdin jaqbżu lill-oħrajn, ċittadini daqshom. B'dan il-mod, il-klijenteliżmu jġib fix-xejn il-kunċett taċ- BŻONN?