Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281575

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 • illum Mhux se nieħdu n-nifs li ħsibna... nieħdu deċiżjonijiet diffiċli ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Waħda mill-ewwel u l-aktar affarijiet li ġew affetwati mill-pandemija huwa l-ivvjaġġar bl-ajru u bil-baħar li fl-aħħar mill-aħħar, għal pajjiż bħal Malta, huwa dħul kruċjali għall-ekonomija, pero' għal miljuni kbar kull sena huwa wkoll mezz ta' rilassament, edukazzjoni u mezz ta' kif tiaħ moħħok. Mal-għeluq gradwali ta' ajruporti madwar id-dinja s-settur turistiku u miegħu miljuni ta' aġenti tal-ivvjaġġar madwar id-dinja waqfu joperaw u spiċċaw iffaċċjaw l-agħar kriżi li qatt ma stennew. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Iain Tonna mill-Federazzjoni tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar (FATTA) u tistaqsih dwar is-sitwazzjoni ta' madwar 200 aġent tal-ivvjaġġar li joperaw Malta. 'L-indikazzjonijiet kienu li ġejja sena tajba...' L-ewwel nett nibdew billi nistaqsu kif kienet is-sitwazzjoni fl-ewwel xhur ta' din is- sena qabel faqqgħet il-pandemija. X'kienu qed ibassru għal 2020? Tonna qal illi kemm għat-turiżmu dieħel lejn Malta u anke dak ħiereġ, jiġifieri nies Maltin jew li jgħixu Malta u jsiefru, l-indikazzjonijiet kienu illi l-2020 kellha tkun sena tajba li terġa' timmarka titjib fuq l-2019 li kienet rekord. Jgħid illi minkejja dan, it-tkabbir kien previst li se jkun inqas milli kien bejn l-2018 u l-2019. "Għal nofs Frar, malli għalqet l-Italja ta' fuq u bdew jgħalqu xi ajruporti, bdejna mmajnaw - għax ikollna ħafna xogħol ta' skiing fl-Italja ta' fuq jew nies li jmorru għal xi logħba - imma malli kellna l-ewwel każi Malta waqaf kollox f 'daqqa u minn hemmhekk kollox għal isfel." "Mhux talli ma konniex qed nirreġistraw bejgħ, talli ġejna bil-minus għax kellna nagħtu r-rifużjonijiet," jgħid Tonna. Malli n-nies raw ir-rebus f'pajjiżi oħrajn ma baqgħux konvinti Kien hemm kampanja biex in-nies minflok jikkanċellaw il-vaganza tagħhom, jipposponuha. Kif marret din? Kienet effettiva? Tonna jgħid illi fil-bidu kienet effettiva, speċjalment minħabba li l-perċezzjoni kienet li sal-aħħar ta' Mejju kollox ikun għadda u l-ħajja tkompli normali. "Fil- fatt ħafna nies ipposponew il-vaganza tagħhom għal dan is-sajf jew għall-Ħarifa. Meta bdiet titwal imma u bdejna naraw rebus f 'ħafna pajjiżi li huma swieq ta' Malta n-nies bdew iħossuhom inqas konvinti li se mmorru lura għan-normal u allura kien hemm min kellu jerġa jiġi jikkanċella għat- tieni darba." Kif nista' nagħtik rifużjoni ta' titjira mill- 10ċ li qlajt minnha? Iain Tonna fakkar illi biex l-aġenziji jagħtu lura flus hemm proċedura sħiħa, xi ħaġa li mhux kulħadd jiem mill-ewwel u xi ħaġa li qed tagħmilha aktar diffiċli biex ir- rifużjonijiet jingħataw skont kif tgħid il-liġi - jiġifieri 14-il jum wara li jsir il-kanċellament. "Li ġara hija li minħabba li laqtet lil kulħadd u lil kullimkien - aħna flus ma għandniex u l-linji tal-ajru lanqas għax iridu jagħtu eluf kbar f 'rifużjonijiet u hemm il- lukandi wkoll. Fil-bidu fil-fatt, l-Air Malta kienet qaltilna li nistgħu napplikaw għal rifużjoni 10 xhur wara l-kanċellament." Huwa qal illi fil-każ ta' Ryanair per eżempju - l-ewwel jagħmluha diffiċli biex tapplika għar-rifużjoni imbagħad meta tlesti l-applikazzjoni tgħarrfek li hemm lista ta' stennija twila ħafna. Ifakkar illi wieħed jiem li linji tal-ajru ffaċċjaw ħafna talbiet għal rifużjoni u allura bdew jimbuttaw aktar il-proposta li tingħata voucher u tuża l-linja tal-ajru darb'oħra biex din ma titlifx il-flus. "Aħna ddiskutejna mal-Gvern mill-bidu u rajna x'qed jagħmlu pajjiżi oħrajn ukoll. Aħna naturalment m'għandna xejn kontra li l-konsumatur jingħata rifużjoni imma hemm bżonn ikun hemm it żmien biex isir dan." L-ILLUM twaqqfu u tistaqsih jekk hux veru li f 'każi ta' lukandi barra l-pajjiż dawn kienu qed ikunu aktar problematiċi fuq il- kwistjoni tar-rifużjoni. Tonna jikkonferma u jfakkar illi fl-Italja sa digrieti ħarġu li jagħtu d-dritt lil xi lukandi jagħtu biss vouchers u mhux rifużjoni. Huwa jispjega kif minħabba dan lobbies ta' konsumaturi bdew iqumu u jippressaw lill-Unjoni Ewropea biex id-drittijiet tal- konsumatur ikunu mħarsa. "Hawn Malta wasalna fi ehim għal rifużjoni f '14-il jum, imma f 'każ fejn dawn ma jingħatawx f 'dan il-perjodu l-konsumatur jista' jiaħ każ għand l-awtorità kkonċernata. Aħna qed ngħidu lill-membri tagħna biex malli jirċievu l-flus mill-fornituri jgħadduhom mill-ewwwl lill- klijent," spjega ma' din il-gazzetta. Huwa spjega kif persuna li kkanċellat bejn Marzu u Mejju għandha dritt tieħu l-flus sa sitt xhur wara filwaqt li dawk li kkanċellaw qabel jew wara għandhom jieħdu l-flus wara 14-il jum u jekk ma jieħduhomx għandhom dritt jiħu każ mal-Awtorità tal- Konsumatur . Ikompli jgħid iżda illi l-biċċa mhix daqshekk sempliċi. "Ejja ngħidu illi d-Dipartiment tal-Konsumatur jibda proċeduri kontrija per eżempju u allura jkolli nibda nħallas issa anke jekk il-linji tal-ajru għadhom ma ħallsuniex. Imbagħad infalli, imbagħad x'jiġri? Inħallas ir-rifużjoni lil 100 persuna u malli nfalli, min tħallas, tħallas u l-500 l-oħrajn li ma lħaqtx ħallast jibqgħu b'xejn." Huwa qal illi l-FATTA qed tipprova tikkonvinċi lill-Gvern biex jagħmel bħalma qed jagħmlu pajjiżi oħra, jiġifieri skema ta' għajnuna mill-Istat permezz ta' self mingħajr interessi illi permezz tiegħu l-aġenziji jkunu jistgħu jħallsu lill-konsumatur imbagħad jaqtgħu s-self hekk kif jibdew deħlin il- pagamenti mill-linji tal-ajru. "Id-Danimarka per eżempju ħarġet skema li permezz tagħha tista' tapplika għal sussidju għal dawk il-ħlasijiet li ma tkunx ġbart u li inti tista' turi li qed tipprova tiġbor biex jgħaddu mill-ewwel għand il- konsumatur. Issa hemm ukoll l-Unjoni Ewropea li qed taċċetta din l-iskema u allura issa f 'pajjiżna il-Ministeru tal-Finanzi huwa iktar predispost li jisma' din il-proposta." 'Hemm min jixtri l-kmamar minn qabel' Tonna jfakkar li hemm mudelli ta' negozju diversi fosthom bosta li jixtru kmamar minn qabel biex lill-klijent ikunu jistgħu joffrulu prezz aħjar. "Din tmur lukanda, ejja nagħtu eżempju Disneyland, u tgħidilhom li se tibgħat kull sena mal-2,000 persuna għal tliet iljieli. Dan ovvjament jagħtik rata tajba biex b'hekk l-aġenzija tkun tista' tagħti lill-konsumatur prezz aħjar." Huwa qal ukoll iżda li dan fisser riskju għaliex ħafna aġenziji kellhom jagħtu l-flus lura lill-klijent fl-istess ħin illi flushom jinsabu maqbuda barra. Minn kull biljett tal-ajru nagħmlu 0.1% X'tip ta' pressjoni qed jitfa' dan kollu fuq l-aġenziji? U x'qed jagħmlu biex jippruvaw isalvaw? Iain Tonna jfakkar li apparti madwar erba' aġenziji lokali, il-bqija huma żgħar ħafna fl-operat tagħhom u ġeneralment jaħdmu fuq niċeċ partikolari ta' turiżmu - bħal tiġijiet jew honeymoons. "Il-marġini ta' profitt huwa dejjem żgħir imma. Li ħafna ma jafux huwa li minn kull biljett tal-ajru mal-Air Malta, per Jekk hemm settur li qed ibati huwa dak tat-turiżmu, iżda imbagħad hemm sotto setturi fit-turiżmu stess li qed ibatu aktar minn oħrajn, fosthom l-aġenziji tal-ivvjaġġar lokali li qed jiffaċċjaw mewġ qalil. L-ILLUM tintervista lil Iain Tonna mill-FATTA ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020