Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281575

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "M'għandi ebda diffikultà li tkun riveduta l-maħfra Presidenzjali lil Melvin euma." Hekk sostna l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat meta mistoqsi minn din il-gazzetta dwar il- maħfra lil euma u għaliex ma ngħatatx maħfra (ukoll?) lil Vince Muscat - magħruf bħala l-Koħħu - li huwa wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Kien hu li fil-fatt beda jikxef informazzjo- ni u li semma' lil Melvin euma għall-eww- el darba, kien xehed l-eks avukat tiegħu Ar- thur Azzopardi. euma stess fil-Qorti kien qal li l-Koħħu "kien lest jikxef kollox dwar seba' omiċidji. Kollox ħlief is-serqa tal-HS- BC (10 snin ilu)," li fil-fatt kien akkużat illi kien imdaħħal fiha. Muscat ifakkar li hu qabel ma' din il- maħfra biss fuq il-premessa li euma jagħti informazzjoni "sħiħa, konklussiva u veritiera fuq dan u kull każ li seta' kien involut fih" u li dan fil-fatt seħħ wara talba mill-avukat ta' euma u l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Għall-mistoqsijiet tal-ILLUM dwar min kienet il-persuna li tat il-parir li tingħata maħfra lil Melvin euma, Muscat spjega illi kienu l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija. Qal li l-attitudni tiegħu kienet li idealment il-każ jissolva mingħajr l-użu ta' din l-għodda, "anki għaliex l-użu tagħha storikament f 'pajjiżna ma tantx wassal għal riżultati. Anki wara li ħadt numru ta' pariri, u qabel kien hemm xi talba, il-linja gwida kienet li rakkomandazzjoni għall- Proklama tingħata biss jekk tkun l-uniku mod li wieħed jasal għal allegat mandant, mingħajr il-bżonn ta' maħfriet oħra, u biex wieħed jibni każ b'saħħtu quddiem il- Qorti." Fakkar ukoll li punt kruċjali ta' din maħfra, bħal kwalunkwe, huwa li dak li tingħatalu jgħid il-verità kollha. L-ILLUM staqsiet ukoll lil Muscat jekk kienx jaf dwar allegazzjonijiet ta' flus u ħlasijiet lill-eks Kummissarju tal-Pulizija biex tkun tista' tingħata din il-maħfra. "Ma kelli l-ebda informazzjoni dwar li setgħu għaddew xi flus b'relazzjoni ma' din il-maħfra," jibda jwieġeb Muscat. Qal illi kien ġie mgħarraf li l-Kummissarju seta' kellu kuntatt ma' terzi rigward l-arrest u li l-Magistrat kienet ukoll mgħarrfa dwar dan kollu. Aktar tard irriżulta li din il-persuna kienet Edwin Brincat magħruf bħala l-Ġojja. Huwa qal li kien mgħarraf li din is- sitwazzjoni se tiġi "analizzata mill- awtoritajiet kompetenti" u l-għada fil-fatt kienet "cleared". "Jien ma kelli l-ebda informazzjoni dwar azzjonijiet illeċiti minn Lawrence Cutajar," itemm jgħid Muscat. 'Ma kelli l-ebda informazzjoni li setgħu għaddew xi flus b'relazzjoni ma' din il-maħfra' Joseph Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020