Illum previous editions

ILLUM 23 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1281575

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' AWWISSU 2020 lix-xenarju politiku u ekonomiku. X'se jiġri? aktar każi ta' influwenza u allura dan se jimpatta it mhux ħażin x'deċiżjonijiet se jieħu l-Gvern. Għalhekk ix-Xitwa se tkun dik li bl-Ingliż insejħulha 'Make or break' għal ħafna - jew se jirnexxilhom isalvaw jew se jgħerqu. L-impatt politiku Issa l-Gvern ilu fl-għajn tal-kritika u minkejja illi fl-ewwel parti tal-pandemija ħafna jqisu li ħareġ bl-unuri, issa hija storja differenti. Ħafna mill-kritika u s-satira, li saret u għadha qed issir tiċċentra ma' stqarrijiet tal-Prim Ministru u l-Ministru Chris Fearne li "l-mewġ fil-baħar qiegħed", "mhu se jkun hemm ebda tieni mewġa", "irbaħna l-gwerra" - li setgħu kienu intenzjonati biex jinjettaw it pożittività imma li llum jirriżultaw li kienu prużuntużi , strateġikament ħżiena u li saru f 'mument ħażin. Il-Covid-19 huwa veru każ ta' 'l-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi' - stqarrijiet prematuri jwasslu biss għal telf ta' kredibilità. Iżda l-kritika li qed issir iddur mal-PM innifsu, vaganza fuq jott privat li għadu kemm xtara u n-nuqqas tal-preżenza tiegħu f 'mumenti kruċjali. Fil-fatt Robert Abela qala' ħafna kritika hekk kif malli bdew jiżdiedu n-numri u jidħlu immigranti bil-Covid-19 fil-pajjiż huwa kien nieqes kważi b'mod assolut mix-xena u għall-ewwel konferenza tal- aħbarijiet mar id-Deputat PM Chris Fearne. Din il-ġimgħa l-istess kien Fearne li ħabbar il-miżuri mhux Abela. Anke jekk forsi mhuwiex il-każ, il- perċezzjoni qed tissaħħaħ li huwa Fearne li qed jimmaniġġja din il-kriżi filwaqt li l-PM żamm l-istess attitudni rilassata li dejjem kellu dwar dan il-virus. Anke jekk forsi mhuwiex il-każ il-perċezzjoni illi Fearne huwa magħmul minn materjal aktar serju u sobriju filwaqt li Abela huwa politikament immatur, issaħħet mhux iddgħajfet. Dan kollu ma jawgurax tajjeb għal Abela hekk kif issa dieħel f 'dak li jaf ikun l-aktar perjodu ekonomiku iebes fl-aħħar snin, hekk kif ir-riżervi privati tan-negozji bdew jinxfu u s-sostenibbilità ta' ħafna negozji bdiet tmajna sew! Jista' jkun ukoll kwistjoni ta' tmexxija. Filwaqt li Lawrence Gonzi u Joseph Muscat kienu aktar Presidenzjali u kienu jkunu aktar fiċ-ċentru ta' stqarrijiet u direzzjoni mill-Gvern, Abela qed jiddelega ħafna aktar lill-Ministri. Din l-istrateġija fiha l-iżvantaġġi wkoll - waħda minnhom tkun li l-Ministri jibdew jidhru li għandhom ħafna iktar kontroll tas-sitwazzjoni mill- PM innifsu. Minkejja li n-numri fis-sondaġġi juru lill-Partit Laburista minn fuq u bil-kbir (l-aħħar wieħed li sar f 'Lulju (Maltatoday) u li talab in-nies lil min jafdaw juri kif il- PM Abela kien fdat minn 57.7% ta' dawk li pparteċipaw), l-affarijiet jistgħu jiggravaw sal-punt li ħafna floaters jibdew jitilfu l-paċenzja u l-interess f 'Abela. B'inqas flus fil-but u forsi bla impjieg ukoll u mingħajr wisq kunfidenza ta' rkupru jkun hemm min isibha aktar faċli jibqa' d-dar jew saħansitra jivvota lil partit ieħor f 'elezzjoni ġenerali. Għalhekk il-Covid-19 se tilgħab ħafna mad-data ta' elezzjoni u mhux se tkun deċiżjoni faċli dik tal-PM. Jistenna, bil- periklu li jiggravaw l-affarijiet u forsi l-PN jtejjeb xi it is-sitwazzjoni tiegħu u allura jidħol fiċ-ċans li jara d-distakk jonqos? Imma jaqbillu jagħmel elezzjoni ġenerali filwaqt li l-pajjiż ikun għaddej minn riċessjoni? Il-Partit Nazzjonalista u l-Covid-19 Il-Partit Nazzjonalista kien beda dan il-perjodu b'mod proattiv, jippreżenta numru ta' proposti biex jilqgħu għa-daqqa ekonomika kważi f 'kull settur, inkluż dak tal-midja. Dak il-momentum inħass li intilef, forsi minħabba l-inkwiet intern, u dan deher sew f 'konferenza xotta li saret fil-bidu ta' din il-ġimgħa illi fiha Delia prattikament ma kkometta lilu nnifsu għall- ebda kwistjoni - la dwar il-miżuri ta' għeluq ta' stabbilimenti u lanqas dwar il-uħ mill- ġdid tal-iskejjel. Huwa qal biss li l-Gvern mhux qed jagħti biżżejjed informazjoni u allura ma jistax jiddeċiedi x'għandu jsir. Filwaqt li din tista' tkun raġuni valida, minn naħa l-oħra turi nuqqas ta' ħiliet fit- tmexxija u nuqqas ta' ideat. Jinħass li l-PN se jkompli fejn ħalla f 'Mejju, jiġifieri ma jiħux pożizzjonijiet ċari fil-kwistjoni biex donnu la jfuħ u lanqas jinten. Forsi strateġija li tittama illi r-rabja tkun diretta biss lejn il-Gvern u mhux lejha u allura tirbaħ is-simpatija, by default. Għaliex irrabjati għall-Gvern. Il-probabbilità hija li din l-istrateġija ma taħdimx jew taħdem il-kontra hekk kif Delia ikun qed isaħħaħ perċezzjoni diġa' eżistenti li mhuwiex ta' ħafna sustanza. Naturalment la l-Covid-19 jaf ikun determinanti għad-data ta' elezzjoni li trid issir bilfors sal-2022, dan se jaffetwa wkoll lill-Oppożizzjoni li fl-istat kurrenti politiku (u anke finanzjarju) ma tantx tinsab f 'pożizzjoni tmur għal elezzjoni ġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 August 2020