Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 Ivan Bartolo Ivan Bartolo huwa Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni Kaos fis-saħħa mentali M a jistax ikollok saħħa tajba, mingħajr ma jkollok saħħa mentali tajba. Nistgħu inħar- su lejn is-saħħa mentali tajba meta l-bniedem fil-kwadru sħiħ, il-pro- tagonista li dwaru miktub dan l-artiklu, jirrealizza x'inhuma l-abbiltajiet tiegħu, u kif wieħed ikun kapaċi jlaħħaq mal-istress li toffri l-ħajja ta' kuljum. Ma jistax ikollok saħħa tajba, jekk ma niddeskrivux is-saħħa mentali bħala l-abbiltà li wieħed ikun kapaċi jikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħu u li kapaċi jgħix fis-soċjetà bħal bqija tas-soċjetà u jkollu relazzjonijiet pożittivi ma' ta' madwaru. Is-saħħa t-tajba tkun irnexxiet ukoll meta s-soċjetà tagħraf lil ħutna li għaddejjin minn din l-isfida ta' saħħa mentali u tikkopera magħhom. Imma donnu jispikkaw dawk il-it li biex idaħku jew biex jidhru aħjar huma; jispiċċaw jirredikolaw (anki fuq media soċjali) flok isiru ħbieb magħhom u jamalgamawhom u jgħinuhom bl-aħjar mod possibbli biex jiffunzjonaw sew f 'aspetti differenti tal-ħajja, fosthom fuq il-post tax-xogħol, b'mod speċjali fil-familja u f 'relazzjonijiet soċjali oħrajn. Tidher ċara fejn hi l-prijorità tal-Gvern fejn tidħol is-Saħħa Mentali. Jekk wieħed isegwi il-manifest elettorali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ta' l-2017, liema manifest ġie msejjaħ bħala "l-Aqwa Żmien" isib biss tlett punti qosra f 'paġna 105, liema punti, mhux talli ma ħadmux fuqhom talli ntremew fil-baħar. Fl-aqwa żmien is-saħħa mentali spiċċat fil-ġenb. Għax meta kollox idur mal-istess persuna dak li jiġri. Meta jkun hemm nuqqas ta' pjan dak li jiġri. Meta l-għan aħħari tiegħek ikun il-kilba għal poter dak li jiġri. Il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jingħataw dan il-programm (insomma dawn il-it punti mżejna bi kliem fieragħ) minn persuna li kienet ferm influwenti u importanti f 'Kastilja, u dir- ras kbira tgħidlek:"Imxi fuq dawn u mur implimenthom." Għidli int mingħajr studju u pjan, kif wieħed jista jimplimenta dawk il-prinċipji u punti li tal-Labour bellawlna qabel l-2017, basta jieħdu l-poter f 'idejhom. Qed nislet hawn taħt dawn it-tliet punti marbuta mas-saħħa mentali u nħalli l-ġudizzju tiegħek biex tagħmel il- konklużżjonijiet waħdek. • Nagħtu prijorità ġdida u kontinwità lis-saħħa mentali. Irridu li ma nħallux din il-problema terfa' rasha u tkompli tikber, għalhekk inkomplu bil-ħidma fit-twettiq ta' Pjan u Strateġija Nazzjonali għal dan is- settur sensittiv. • Bħala parti mill-investiment fil- faċilitajiet mediċi nibnu sptar ġdid tal-kura psikjatrika qrib Mater Dei. F'Monte Karmeli nagħmlu l-investiment meħtieġ f 'ambjent modern u li jixraq lil pazjenti li għandhom bżonn kura fit-tul. • Nagħtu spinta wkoll lil kura fil- komunitajiet kemm permezz ta' żieda fis-servizz mogħtija kif ukoll f 'investiment f 'aktar Sheltered Hostels. Tajjeb li tkun taf li it tal-ġranet ilu għalqu is-Psychiatric Out Patients ta' Mater Dei u l-pazjenti li kienu jattendu hemm se jispiċċaw jattendu fil-ħames Community Mental Health Clinics. Tajjeb li tkun taf li is-Psychiatric Out Patients għalaq minħabba li d-Dermatology Clinic kellhom bżonn post minn fejn ikunu jistgħu jaħdmu. Dik serjetà! Tas-Psychiatric Unit qalulna li din għalquha biex tkun tista tinfetaħ sala għal Covid-19. Qalulhom wkoll li se tkun on loan. Sfortunatament pjan konkret ma sarx qabel naqsu dawn is-servizzi. Biex tpoġġi ċ-ċirasa fuq il-kejk il- front liners li jaħdmu fil-Community Mental Health Services mhux qegħdin jiġu infurmati mill-ewwel b' dan kollu u jsir minn kollox biex jekk jista' jkun ma nagħtux fil-għajn. Barra minn hekk sar dak li jgħidulu Mental Health Strategy Plan 2020-2030 li sfortunatament minn dan kollhu mhu qed isir xejn. Is-soluzzjoni hija li l-Gvern jiaħ tlett Mental Health Clinics oħra biex ilaħqu mad-domanda kbira hekk kif sfortunatament din l-isfida qegħda dejjem tgħolli rasha. Barra minn hekk tajjeb li l-Gvern idur dawra sew mal-ħames Mental Health Clinics li kien fetaħ Gvern Nazzjonalista fejn hemm nuqqas kbir ta' spazju, kemm għal min jaħdem, kif wkoll għall-pazjenti fir-rigward ta' miżuri marbuta mal- Covid-19, l-aktar minħabba s-social distancing. Aktar minn qatt qabel jeħtiġilna nħarsu s-saħħa mentali tas-soċjetà tagħna. Saħħa mentali tajba tagħtina l-abilità li niffaċjaw id-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom kif ukoll dawk il-kriżijiet u sfidi li l-ħajja taf tagħti. Li nistennew li ngħixu l-ħajja bla diffikultajiet mhix realtà, għalhekk ikun ferm aħjar jekk il-Gvern bil-fatti juri li l-Aqwa Żmien għas-Saħħa Mentali isseħħ meta pajjiżna jkun preparat għal kull eventwalità li tista' tinqala, kif filfatt ġara.