Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 Carmel Bonnici Il-Kompożitur prolifiku Miklos Rozsa (2) ... Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda Il-kbir għalih (għal Miklos Rozsa) u għal kull min iħobb jisma' mużika sabiħa u opulenti, mimlija battuti, kien għadu ġej. Hu kien rinomat li jħobb jagħmel riċerka ddettaljata qabel jikkomponi għall-films, li fosthom jinkludu wkoll, il-klassiku e Four Feathers (1939), e ief Of Baghdad (1940), e Jungle Book (1942), Ivanhoe (1952), Julius Caesar (1953), El Cid (1963) u oħrajn. Fl-1950 daħal għall-aktar biċċa xogħol iebsa tiegħu u l-aktar sfida diffiċli sa dak iż-żmien. L-M.G.M. qabbduh jikteb il-mużika tal- film kolossali Quo Vadis (1951). Hu kellu biss ideat vagi u frak ta' proposti x'kienu jisimgħu l-antiki ta' Ruma. Għalhekk, għal dan il- film epiku kellu kopji li ma setgħax jorbot fuqhom ta' strumenti li r-Rumani kienu jħaddmu u hu beda jimmaġina kif il-ħoss kien jinstema'. Tmien snin wara, bis-suċċess ta' dan il-film maħdum f 'Cinecitta', l-Italja, l-istess kumpanija M.G.M. riditu jikkomponi l-mużika għall- film ieħor kolossali tagħhom, Ben- Hur. B'dedikazzjoni, Rozsa mar Ruma u waqaf fuq l-għolja Palatina jipprova jimmaġina x'ġara ġo Via Sacra elfejn sena qabel. Wara, hu sostna dan: "Jien bdejt insaffar biċċiet ta' ideat u nimmarċja kolli eċitat u bir-ritmu. Żewġ tfajliet li għaddew qrib sewwa lejja kollha mbeżżgħin, ħarbu u bdew inisslu 'pazzo' (li tfisser miġnun), imma minn dan il-ġenn nibet il-marċ trionfali ta' Ben-Hur – Parade Of e Charioteers, meta jimmarċjaw dawk li jieħdu sehem fit-tiġrija". Dan il-marċ sikwit jindaqq qabel logħbiet tal-futboll Amerikan fl- istadiums il-kbar u ġo attivitajiet sportivi madwar l-Amerika kollha. Kif tafu, Ben-Hur (1959) kaxkar kważi l-Academy Awards kollha (rebaħ 11) u Miklos Rosza ħa it- tielet Oscar tiegħu. Għalkemm magħruf l-aktar għall-mużika tal-films, Rozsa kkompona mużika għal ħafna xogħlijiet li jindaqqu fis-swali tal-kunċerti, nkluż żewġ poeżiji bit-ton, rapsodiji, varjazzjonijiet u concertos, diversi minnhom li jirriflettu l-interess tiegħu fil- mużika folk ta' pajjiżu, l-Ungerija. Il-kompożizzjoni tiegħu, Concerto għall-Vjolini ngħatat il-premiere fl-1956 minn Jaseka Herfetz. Is-Sinfonija Concertante għall- vjolin, ċello u orkestra tiegħu ġiet miktuba fl-1966 għaċ-ċellist Gregor Piatigorsky. Films spettakulari oħrajn li hu kkompona l-mużika għalihom, kienu: Song Of Scheherazade (1948, adazzjoni), Madame Bovery (1949), Plymouth Adventure (1952), Young Bess (1953), Knights Of e Round Table (1954), King Of Kings (1961), Sodom And Gomorrah (1961), e Private Life Of Sherlock Holmes (1970) u e Golden Voyage Of Sinbad (1973). L-aħħar film bil- mużika tiegħu kien Dead Men Don't Wear Plaid (1982). Miklos Rozsa żżewweġ lil Margaret Finlason fl- 1943 u ddedika l-Concerto For Strings tiegħu lilha. Huma baqgħu flimkien sal-mewt tiegħu u kellhom tliet itfal. Tliet ġimgħat qabel miet sofra minn puplesija u kompla jgħix permezz tal-magni. Hu miet fl-eta' ta' 88 sena fl-isptar Good Samaritan ta' Los Angeles nhar is-27 ta' Lulju 1995. Din li ġejja hi l-istorja fil-qosor tal-film Ben-Hur, li l-mużika tieghu rebħitu t-tielet Oscar. Ben-Hur hu l-film favorit ta' kull żmien tal-Maltin. Fis-seba' sena tar-renju ta' Ċesare Augustus, il- Prinċep Judah Ben-Hur (Charlton Heston) twieled ġo familja sinjura Lhudija kważi fl-istess żmien bħal Ġesu' Kristu. Snin wara hu jerġa' jingħaqad mal-ħabib tiegħu tat- tfulija, Messala (Stephen Boyd) li ħa l-kmand ta' stakkament ta' suldati Rumani f 'Ġerusalem. Meta Ben- Hur jirrua jispija fuq xi patrijotti Lhudin, wara nċident sfortunat u ta' bla ħsieb, Messala jikkundannah għall-mewt ċerta jaqdef, bil-ktajjen ma' saqajh, fuq vapur tal-ilsiera u jitfa' fil-ħabs lil ommu Miriam (Martha Scott) u lil oħtu Tirzah (Cathy O'Donnell). Għal tliet snin sħaħ, Ben-Hur ibati u jsofri mill-brutalitajiet tal-qdif fil-gwerer fuq il-baħar, sakemm jinħeles, ikun addottat u jittieħed Ruma minn Quintus Arius (Jack Hawkins), l-Ammirall Ruman li salvalu ħajtu mill-għarqa wara battalja navali. Għalkemm imfaħħar bħala atleta u maħbub minn Flavia (Marina Berti), Ben- Hur jinsisti li jmur lura Ġerusalem ifittex lil familtu. Fi triqtu lura jiltaqa' max-xik Ilderim (Hugh Griffith), Gharbi ta' stoffa li qed jippjana itellaq iż-żwiemel tiegħu kontra r-Rumani fil-korsa tat- tlielaq (hippodrome) ta' Ġerusalem. Meta x-Xik jinduna li Ben-Hur jaf u kapaċi jmur sewwa maż- żwiemel tiegħu, hu jmur fid-dar abbandunata u nofsha mġarrfa tal- familja waqt li Messala jgħidlu li ommu u oħtu huma mejtin. Hawn, irrabjat jiddeċiedi li jtellaq kontra Messala biż-żwiemel tax-Xik. Fit- tellieqa ħarxa, twila u verament diffiċli, Messala jixkana mal-art ferut gravi u Ben-Hur, ir-rebbieħ jilqa' l-unur mingħand il-gvernatur Ponzju Pilatu (Frank ring). Mal-aħħar nifsijiet tieghu, Messala jgħidlu li ommu u oħtu qegħdin fil-ħabs. Huma nfatti jkunu mġiddmin jgħixu fil-wied ta' dawn il-morda. Ben-Hur jeħodhom waqt il-pruċissjoni ta' Kristu lejn il-Kalvarju. B'miraklu jfiqu u wara l-mewt ta' Kristu, Ben-Hur jibda ħajja ġdida u feliċi ma' Esther (Haya Harareet), it-tfajla lsiera u seura fidila ta' qabel tal-familja tiegħu. Ben-Hur tal-1959, xogħol fittizju miktub mill-Ġeneral Lew Wallace, avukat prim, meta kien xhud ta' ħafna brutalitajiet fil-Gwerra Ċivili Amerikana u li nħadem bosta drabi, jibqa' l-film kolossali u spettakulari ta' kull żmien mgħejjun sewwa mill- mużika evokattiva ta' Miklos Rozsa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020