Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

YENDRICK CIOFFI Id-Dipartiment għar- Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi għad għandu 200 permess attiv għal dawk in-negozji u l-kumpaniji li applikaw biex f 'dawn iż-żminijiet tal-pandemija jnaqqsu xi kundizzjonijiet tal-ħaddiema, bħalma hija l-paga. Ikkonferma dan, mal-gazzetta ILLUM, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela li fakkar kif id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi jagħti permessi għal tnaqqis ta' kundizzjonijiet f 'mumenti diffiċli bħala miżura temporanja biex il-ħaddiem ikun jista' jinżamm u mhux jispiċċa bla xogħol. Dawn il-permessi jkunu ngħataw wara li jkun hemm qbil mal-impjegati infushom. F'April li għadda, il-gazzetta ILLUM kienet għamlet l-istess mistoqsija lid-Dipartiment għar- Relazzjonijiet Industrijali u tal- Impjiegi u sa dak iż-żmien kien hemm 400 permess ta' din ix-xorta. 'Għandha nagħmlu l-aħjar użu mir-remote working' Sa it tax-xhur ilu kienu diversi dawk il-ħaddiema li, fejn possibbli, kienu qed jaħdmu mid-dar tant li meta mistoqsija mill-gazzetta ILLUM, iż-żewġ unjins ewlenin, jiġifieri l-General Workers Union u l-UĦM Voice of the Workers kienu talbu biex ikun hemm qafas leġislattiv bil-għan li jkunu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema li jaħdmu mid-dar. Il-Ministru Abela kien ikkonferma li għaddejin id- diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali. Mistoqsi fiex waslu dawn id- diskussjonijiet, il-Ministru Abela kkonferma li d-diskussjonijiet għadhom għaddejja, kemm fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilipp Soċjali u Ekonomiku (MCESD) iżda anke lilhinn minnu. "Issa l-pass li jmiss huwa li d-diskussjoni tkompli u li 'l quddiem ikun hemm kumitati li jiddiskutu kull kwistjoni separatament," insista Abela. L-ILLUM tkellmet ukoll mal- Ministru dwar il-fatt li diversi ħaddiema issa rritornaw fl-uffiċini u minkejja l-aħħar żieda fil-każi tal-COVID-19, li hija agħar minn dik fl-ewwel xhur tas-sena, bħal donnu hemm reżistenza minn min iħaddem dwar it-teleworking, anke jekk f 'ħafna każi, fl-aħħar xhur, dan ħadem. Sa it xhur ilu konnha qed ngħidu li din hija opportunità ġdida li ġiet forsi qabel iż-żmien u li ma għandhiex tintrema meta jgħaddi kollox. L-ILLUM staqsiet il-Ministru, responsabbli mir- relazzjonijiet industrijali, jekk Malta hux qed titlef opportunità li toħloq bilanċ bejn il-kompetittività tal-pajjiż u d-drittijiet u flessibilità ġdida għall-ħaddiema? Aktar milli teleworking, il- Ministru Abela tkellem dwar ir- remote working u insista li hu jibqa' tal-fehma li Malta għandha tagħmel l-aħjar użu minnu, speċjalment f 'dawk il-każi fejn ikun jaqbel għaż-żewġ partijiet, jiġifieri kemm għal min iħaddem iżda anke għall-ħaddiema. "Qed jintuża l-kliem remote working u mhux tele working għall-fatt li għall-kuntrarju tat- tele working, ir-remote working jista' jsir minn kullimkien u mhux mid-dar biss," insista l-Ministru. Saħaq li f 'dan ir-rigward, kemm il-Gvern u anke l-privat għandhom jesploraw din il- possibbilità u ma jħalluhiex taħrab minn taħt idejhom. Insista li fis-settur pubbliku x-xogħol dwar dan beda minn qabel feġġet il-pandemija. "Il-Gvern dejjem emmen u se jibqa' jemmen fir-remote- working," saħaq Abela. 05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 Għad fadal 200 permess għal tnaqqis fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema minħabba l-pandemija Diversi ħaddiema għadhom bil-kundizzjonijiet tagħhom mnaqqsa, inkluż fil-paga, minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19. L-ILLUM tistaqsi lill-Ministru Carmelo Abela inkluż dwar il-futur tar- remote working Il-Ministru Carmelo Abela Mitlub mill-illum.com.mt jagħti r-reazzjoni tiegħu għall-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li juru illi fl-ewwel seba' xhur tas-sena pajjiżna kellu aktar minn biljun ewro f 'defiċit, il-Ministru tal-Finanzi qal li m'hemmx għaliex isir paniku. "Mhux stat ta' paniku għax din il-kriżi sabet lil Malta b'saħħitha. Nifilħu għaliha u għandna biżżejjed arja fiċ-ċilindru għal sena oħra, mingħajr ma nitkissru u mingħajr ma ngħollu d-djun u d-defiċit b'mod eseġerat bħal ma qed jiġri f 'pajjiżi bħal Franza" qal Scicluna lil dan is-sit. Scicluna fakkar illi ċ-ċifri li ġew ippubblikati llum jinkludu l-aktar xhur kiefra, kemm f 'termini ta' tkabbir ekonomiku u f 'termini tad-dħul tal-Gvern li waqa'. "Il-VAT tinġabar għax ikun hemm il-bejgħ. It- taxxa tad-dħul tidħol għax ikun hemm il-profitti u jsir il-qligħ," qal il-Ministru tal-Finanzi dwar il-fatt li dawn iż-żewġ mezzi ta' dħul l-aktar li raw tnaqqis fl-ewwel seba' xhur tas-sena. Huwa jispjega illi filwaqt li Malta rreġistrat riżultati tajbin ħafna fl-ewwel kwart tas-sena (Jannar - Marzu), fit-tieni kwart (April - Ġunju) Malta, bħad- dinja kollha, kienet qed tara lockdown parzjali jew totali. "Il-lockdowns huma koroh għax mhux tonqos l-attività ekonomika imma tieqaf kompletament." Huwa qal illi hemm limitu ta' kemm wieħed jista' jagħmel, fis-sens illi dan mhux riżultat ta' nuqqas ta' investiment imma primarjament d-daqqiet li qed jaqla' t-turiżmu. "It-turiżmu għandu effett kbir - minn produtturi tal-ħalib, tal-ħaxix ... ta' dak l-ikel li huwa magħmul Malta sa dawk li jikru l-karozzi. Id-daqqa hija kbira għax it-turiżmu joħloq domanda kbira." Mistoqsi jekk nistennewx awsterità fix-xhur u sena li ġejja Scicluna wieġeb fin-negattiv, anzi qal li "l-Gvern għen u se jkompli jgħin" f 'din il- fażi differenti tal-pandemija biex tkun iffurmata ekonomija ġdida b'attivitajiet, realtajiet u prattiċi ġodda. Scicluna dwar iż-żieda fid-defiċit: 'Mhux stat ta' paniku, il-kriżi sabet lil Malta b'saħħitha'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020