Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 L-aktar raġuni li tidher illi hija popolari fost dawk li jridu lil Bernard Grech hija maqsuma fi tlieta f 'ordni ta' importanza: Nadif. Grech, sa issa, huwa meqjus bħala politiku 'nadif ' fis- sens illi l-kuntatti tiegħu minn dawk li huma pubbliċi sa issa, it iqajmu dubji, speċjalment meta kkumparati mal- allegazzjonijiet ta' flus ġejjin mill-prostituzzjoni f 'Soho u allegazzjonijiet ta' flus minn Yorgen Fenech biex David Casa ma jkunx elett u whatssapp chats mal-istess Fenech, li hemm fil-konfront ta' Delia. Jidher, dejjem sa issa, li Grech għandu stil ta' ħajja xi it aktar konvenzjonali u fil- fatt l-ewwel battuti minn naħa tal-Partit Laburista jidher li ma tantx hemm wisq munizzjon kontrih (kant f 'ajruplan u l-pożizzjoni tiegħu fuq id-divorzju it jistgħu jitqiesu bħala ħmieġ u dellijiet politiċi serji). Grech, speċjalment wara l-prestazzjoni tiegħu fuq X Tra, jidher li huwa politiku moderat, li fil-fatt isemmi l-moderazzjoni u l-bżonn li ninfatmu mill-politika tat- tribù ħafna drabi. Ikkumparat ma' Delia li issa għandu l-qrusa ta' tliet snin jitqabad, jiġġieled u jaqla' l-istalletti internament, Bernard Grech jidher ħafna iktar kalm u ħafna inqas mtaqqal mis-sens ta' tradiment u tpattija. Grech jidher li qed juża n-narrativa li permezz tagħha qed jipprova jattira lejn il-PN persuni li mhux neċessarjament huma vortanti Nazzjonalisti. Naturalment dawn it-tesserat jsemmu l-fatt li huwa ġdid (li tista' titqies ukoll bħala negattiva) bħala aspett pożittiv. Il-ġdid, speċjalment bil-PN fl-istat li hu, naturalment se jidher aktar attraenti. Minkejja dan, dan kollu huwa bbażat fuq il-it li għadna nafu dwar Bernard Grech u fuq id-drabi li deher jitkellem fuq il-midja Nazzjonalista kif ukoll fuq programmi bħal Xarabank. Din hija problema li Grech jeħtieġ jegħleb - il- familjarità tiegħu mal-elettorat Nazzjonalista u jekk jiġi elett mal-elettorat in ġenerali hija importanti jekk irid jipproġetta lilu nnifsu bħala politiku sigur. Bħalissa l-prospett ta' Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista jew oltrè, jista' jkun li huwa aktar eċitanti - imma mhux neċessarjament sigur. Isir żball - li fil-fatt jirrifletti narrattiva partikolari - meta wieħed jaqsam lill- votanti Nazzjonalisti esklussivament bejn dawk li huma 'Kontra Delia' u dawk li huma 'Favur Delia'. Narrattiva li l-kandidati stess qed jirrepetuha. Jeżisti settur ta' Nazzjonalisti - kemm hu kbir ma nafux - li mhumiex kontra Delia imma li fil-fatt ivvutawlu jew li saħanistra appoġġjawh jew inkella li kienu simpatizzanti lejh, iżda li llum iħossu li xorta hemm bżonn bidla. Hemm realizzazzjoni illi minkejja l-intenzjonijiet ġenwini u tajbin kollha ta' Delia, bis-sitwazzjoni kif inhi l-Kap preżenti ma jistax iwassal il-vapur sal- port. Minkejja dan, ma jfissirx li dawn jaqblu mal-mod kif ċerti Deputati kienu kważi kontinwament fuq l-attakk u pruvaw - mhux darba - ineħħu lil Adrian Delia minn postu. Għalhekk dawn iħossu illi filwaqt li Grech huwa l-kandidat li jixtiequ ladarba issa ġie dan iċ-ċans, xorta se jivvutaw lil kandidati ġodda meta tasal elezzjoni ġenerali. Dan fil-fatt huwa l-awto-kompromess li qed isibu dawn il-votanti biex jirrikonoxxu l-għadab tagħhom stess għal dak li ġara fil- partit, imma fl-istess ħin jaħtfu l-opportunità ta' tiġdid fit-tmexxija. Huwa kompromess psikoloġiku li jagħmlu ħafna votanti, tant li l-eks PM Lawrence Gonzi - fl-2008 - għax kien jaf li kien hemm eluf mhumiex sodisfatti bil- Gvern u l-membri tiegħu ħeġġeġ lill-votanti biex jivvutaw lill-kandidati differenti u ġodda. Naturalment wieħed ma jistax jissottovaluta s-saħħa ta' wħud minn dawn id-Deputati u s-saħħa li għandhom fil-livell tal-għeruq. Raġuni li tissemma' minn uħud hija li bi Grech fi tmun il-Partit Nazzjonalista jista' realment jibda jattira voti lejn il-partit, xi ħaġa li fil-fatt li ilha ma' sseħħ hekk kif il-PN sofra mewġa kbira kontrih bejn l-2008 u l-2013 li baqgħet tkun sostnuta matul is-snin u ggravat mill-2017. Hemm min jirraġuna illi Bernard Grech jista' jkun dak il-fattur fil-partit li jiġbed ukoll ammont ta' voti Laburisti, xi ħaġa li terġa u tgħid il-PN ilu ma jagħmel f 'numri konsiderevoli mill-2003 meta huwa magħruf li sezzjoni ta' votanti tradizzjonalment Laburisti vvutat mal-viżjoni nazzjonalista ta' sħubija fl-UE. Il-problema b'din ir-raġuni hija li bbażata wisq fuq is-suppożizzjoni u wisq fuq il-konklużjoni li malli jitla' - jekk jitla' - Grech, il-partit se jingħaqad warajh. Dawn sa issa huma suppożizzjonijiet fl-arja bbażati fuq dak il-it li nafu dwar Grech u fuq l-assunzjoni li jekk dan jitla' se jingħaqad il-PN meta din il-ġimgħa stess kien hemm battibekk li juri kemm l-affrarijiet bejn iż-żewġ fazzjonijiet mhumiex ward u żgħar. Grech implika li Delia, meta "stieden" lill- Kummissjoni Elettorali tal-PN biex tagħtih spazju, fil- fatt ma kien qed jistieden xejn għax kienet il-ħidma tal-Kummissjoni li kkonvinċiet lil Delia biex jingħata dan l-ispazju. Wieħed jista' jaħseb kemm tista' tkun aktar dannuża u taħraq il-kampanja fuq affarijiet ħafna iktar serji u f 'mumenti aktar kruċjali (eqreb lejn id-data). ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Issa qed ikompli riesaq il-mument tal-prova fil-Partit Nazzjonalista bit-tesserati - madwar 20,000 - jiddeċiedu dwar id-destin tal-PN. Kif għamlet fl-aħħar ġimagħtejn il-gazzetta ILLUM se tkompli tanalizza is-sitwazzjoni tal-partit u l-għażla li għandhom quddiemhom dawn il-membri. F'din il-ħarġa se nkunu qed nanalizzaw - minn kuntatti diversi u sorsi wkoll li għandha din il-gazzetta fil-PN - x'inhuma r-raġunijiet ewlenin li għalihom tesserat se jivvota lil Adrian Delia jew inkella lil Bernard Grech. Ma' kull raġuni l-gazzetta tanalizza fil-qosor kull waħda. għax ... 'Jiena se nivvota lil Bernard Grech għax nadif, moderat u ġdid' 'Se nivvota lil Bernard għax jista' jikseb voti mitlufa u jnaqqas id-distakk' 'Se nivvota lil Bernard la ġie ċ-ċans. Imma lir- ribelli xorta mhux se nivvutalhom fl-elezzjoni'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020