Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 tagħna, il-Gvern biddel għadhom mhux biżżejjed' open for business." "L-ebda pajjiż fid-dinja ma għamilha din. Aħna għidnilu qabel fetaħ l-ajruport. Tajnih il-pariri tagħna. Ridna nippromwovu l-kunċett ta' 'Safe Island," insista Balzan. Għalhekk fakkar kif l-appell tal-MAM dejjem kien biex kull min jiġi Malta, ikollu f 'idu test negattiv. "Fis-suq turistiku bħalissa hemm aktar nies kawti milli cowboys. Jekk inti turi li inti pajjiż kawt u attent, se jiġu aktar turisti. Mhux talli aħtna talli kien hemm erba' festivals li ħadd ma riedhom u morna niġru aħna warajhom. Ftaħna beraħ u lin-nies għidnilhom li għadda kollox," insista. 'Din id-darba ma konnix ippreparati...' Kien hawn li Balzan insista li din l-attitudni waslet biex in-numri splodew f 'ġimgħatejn u Malta sabet ruħha dahra mal-ħajt għax ma kinitx ipprepata biżżejjed. "Ma kienx hawn biżżejjed swabbing. Il- contact tracing ma laħħaqx. Ma kienx hemm nies biżżejjed għalihom ... Daqskemm konnha ppreparati l-ewwel darba, din id-darba sibna ruħna darna mal-ħajt. Il-bilanċ importanti bejn is-saħħa u l-ekonomija ntilef," insista. Allura ma stajtux ipprotestajtu qabel mhux wara li feġġew il-każi? Iżda l-ILLUM staqsietu għaliex ipprotestaw wara li splodew il-każi. Jekk ma ridux l-attivitajiet tal-massa, ma setgħux għamlu dan qabel? Martin Balzan saħaq li l-MAM u anke diversi assoċjazzjonijiet mediċi, affiljati magħha, kienu ilhom mill-bidu ta' Lulju jwissu lill-Gvern fil-privat kontra l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-massa, fost oħrajn. "Għamilniha ċara li konnha qed nilagħbu man-nar. Meta feġġew l-ewwel każi, ħriġna fil-pubbliku. Kien hawn biss xi ħames każi kuljum, iżda kont tisma' l-ħin kollu dwar parties li qed isiru. Kien hawn il- kundizzjonijiet ideali biex il-virus jisplodi," insista Balzan. Meta l-Gvern baqa' ma semax, Balzan saħaq li l-MAM ma kellha l-ebda triq oħra ħlief li tieħu azzjonijiet. "Mhux se ninħeba wara subgħajja. L-ewwel għan tagħna huwa li nipproteġu lill-membri tagħna u lill-familji tagħhom. Din tista' ssir biss jekk inti tipproteġi l-poplu kollu," kompla Balzan waqt li saħaq li ħasra li l-Gvern beda jisma' biss meta l-każi splodew. Imma jekk qed isiru ħafna swabs, mhux bilfors se nsibu aktar? L-ILLUM insistiet ma' Balzan li n-numri żdiedu iżda żdiedu wkoll l-għadd ta' swabs li qed isiru. Mhux bilfors se nsibu aktar? Balzan saħaq li dan l-argument, li qed isir minn bosta, huwa "fażżul," għax fi kliemu, tagħmel ħafna testijiet mhux biex issib aktar każi iżda biex tnaqqashom. "Mhijiex xi ħaġa proporzjonali. Ħafna testijiet isiru minħabba dak li jissejjaħ contact tracing. Jekk ħaddiem ħareġ pożittiv, isiru testijiet lil dawk li jaħdmu miegħu. Aktar ma tagħmel testijiet, aktar se tnaqqas it-tixrid. L-iswabbing iżomm il-marda milli tinfirex," kompla Balzan. Fil-fatt, il-President tal-MAM saħaq li bil- kunsens tal-Assoċjazzjoni nqalgħu 30 tabib minn Mater Dei biex jgħinu fil-contact tracing għax ma kienx hemm biżżejjed riżorsa. "Jekk f 'party kellek 700 ruħ u jekk kulħadd kellu 10 kuntatti, trid tikkuntatja 7,000 persuna," spjega Balzan. Imma dan il-virus qed inkabbruh wisq? Mhux aktar qed ifiequ milli jmutu? Huwa fatt li f 'Malta, ir-rata tal-imwiet mill- COVID-19 hija waħda baxxa. Fiequ mijiet u anke jekk splodew il-każi, fl-aħħar ġimgħat Malta kellha biss mewta waħda u dan minkejja t-twissija tal-MAM li l-isplużjoni fil-każi se żżid ir-rata ta' mortalità mill-virus. Dan il-virus qed inkabbruh iżżejjed? Balzan beda jisħaq li għall-attivitajiet tal-massa li saru fl-aħħar xhur, attendew l-aktar iż-żgħażagħ u dawn ikollhom l-akbar reżistenza għall-marda. "Fost dawn iż-żgħażagħ hemm Maltin. Ħafna żgħażagħ Maltin jgħixu ma' ommhom u missierhom. L-omm tmur tara lin-nanna. Aħna l-Maltin ngħożżu ħafna l-familja. Niltaqgħu ħafna ma' xulxin. Qabel ma jaqbad lill-aktar vulnerabbli u lill-anzjani, jiġifieri sakemm ir-rata titla' fil-ġenerazzjonijiet, jgħaddu sitt ġimgħat," insista Balzan. Madanakollu rrikonoxxa wkoll li kollox jindika li fin-naħa ta' isfel tal-Mediterran, inkluż fin-naħa ta' isfel tal-Italja, dak li jissejjaħ il-case-fatality-rate, huwa baxx. Balzan spjega kif f 'Malta, ir-rata ta' dawk li jmutu bil-virus, meta mqabbel mal-għadd tal-każi, hija ta' mewta minn kull 70 każ. Fit- tramuntana tal-Italja, ir-rata kienet ta' mewta minn fost kull għaxar każi. "Dan ma jfissirx li għandna nserħu rasna. Kull mewta tibqa' mewta. Ma tistax tispekola fuq l-imwiet. Bħalissa hemm tliet pazjenti fl- ITU," kompla Balzan. Pazjent minn kull għaxra qed jibqa' jtabbab... Mill-banda l-oħra, Balzan spjega wkoll li pazjent minn kull għaxra, speċjalment dawk li bil-COVID-19 ikollhom jidħlu l-isptar, qed ikollhom riperkussjonijiet ta' saħħa wara. "Wieħed minn kull għaxra qed jibqa' jtabbab," saħaq Balzan. "Ma tistax tħares biss lejn ir-rata ta' mortalità iżda anke lejn il- keded li qed jieħu l-pazjent." Ħadd ma jista' jgħid 'we are open for business' Kien għalhekk li Martin Balzan insista li sakemm ikun hemm vaċċin, ħadd ma jista' jgħid li "we are open for business." Fi kliemu, minkejja l-kritika li rċeviet, bis-saħħa tal-azzjonijiet tal-MAM, il-Prim Ministru u l-membri tal-Kabinett issa biddlu d-diska. "Hawn kuxjenza kbira mill-Gvern biex nippromwovu n-normalità ġdida. L-azzjonijiet tagħna ħallew effett," temm jgħid Balzan.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020