Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
20 opinjoni Opportunitajiet fl-edukazzjoni u x-xogħol IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol D il-ġimgħa flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, żort iċ-Ċentru tax-Xjenza f 'Pembroke li huwa wieħed mill-bini fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi tat-Tagħlim u l-Evalwazzjoni. Dan iċ-Ċentru jospita numru ta' Uffiċjali tal-Edukazzjoni STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika) li huma responsab- bli b'mod kollettiv għall-provvista ta' Edukazzjoni STEM ta' kwalità għall-istudenti kollha minn snin bikrin sa' edukazzjoni Primarja u Sekondarja. Ċentru li huwa impenjat biex isaħħaħ l-Edukazzjoni STEM fuq livell nazzjonali. Permezz ta' tliet pilastri ewlenin, aħna kommessi li nkomplu nsaħħu s-settur edukattiv relatata ma' STEM. Dawn it-tliet pilastri huma; Riforma tal-Kurrikula tal-Edukazzjoni STEM, Appoġġ għall-Edukaturi tal-Edukazzjoni STEM u Żvilupp Professjonali, kif ukoll Popolarizzazzjoni tal-Edukazzjoni STEM. L-Edukazzjoni STEM f 'Malta qed tevolvi fid-direzzjoni t-tajba. Iċ-Ċentru tax-Xjenza jappoġġja l-bidla pedagoġika kurrikulari ibbażata billi tippromwovi l-impenn, it-tagħlim u l-kisba tal-istudenti. F'dan il-kuntest, ir-rwol ta' għalliema professjonali mħarrġa huwa ta' importanza għall-mentor u jrawwem il- ġenerazzjoni li jmiss ta' innovaturi, intraprendituri u mexxejja STEM. Il-prijorità u l-investiment nazzjonali fl-Edukazzjoni STEM eventwalment tkun riflessa fil-grad ta' innovazzjoni fis-soċjetà u fil- prosperità ekonomika pubblika. Dan iċ-Ċentru jikkollabora ma' firxa ta' stakeholders li jvarjaw minn skejjel, Kunsilli Lokali, imsieħba tal-industrija u NGOs biex irawmu l-litteriżmu xjentifiku filwaqt li jkabbru l-ħiliet u l-kompetenzi tal-istudenti. +++ Flimkien mall-kollegi tiegħi Clion Grima u Stefan Zrinzo Azzopardi dil-ġimgħa wkoll żort il-Melita Training and Resource Management u hemmhekk rajna il- ġid tal-iskema NEET Activation II - skema li tipprovdi l-opportunità liż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena li mhumiex f 'xi istituzzjoni edukattiva, impjieg jew taħriġ biex jibbenefikaw minn taħriġ imfassal apposta u appoġġ psikosoċjali, kif ukoll esperjenza ta' xogħol li tippreparahom għad-dinja tax- xogħol. L-iskema NEET Activation hija miżura korrettiva li tipprovdi appoġġ, taħriġ, u edukazzjoni jew opportunità ta' esperjenza ta' xogħol lil żgħażagħ li huma diġà parti mill-kategorija NEETs. Sa mill-bidu ta' din l-iskema li ġiet introdotta f 'Malta fl- 2014, aħna konna kommessi li ngħinu lil żgħażagħ li mhumiex f 'istituzzjoni edukattiva, mhumix impjegati u lanqas ma qed jitħarrġu. Dan għamilnieh billi qed nipprovdulhom opportunitajiet sabiex ngħinuhom jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u jtejbu l-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom ħalli finalment ikabbru l-prospetti tal-karriera tagħhom. Nieħu gost nisma' li kien hemm total ta' 869 żgħażagħ li mill- 2014 sal-lum ibbenifikaw mill- opportunità mgħotija permezz tal-iskema NEET Activation. Dan il-pajjiż jemmen fl-iżvilupp sħiħ tal-persuna u allura dawn it-tip ta' programmi jħarsu lejn dawk li huma vokazzjonijiet u anke l-inklinazzjonijiet tal-istudenti u b'hekk jiksbu riżultati li se jgħinhom fl-iżvilupp tagħhom. Din l-iskema, NEET Activation Scheme hija ffinanzjata mill-Fondi Soċjali Ewropew. +++ L-Erbgħa filgħodu ssiġillajna Memorandum ta' Ftehim bl- għan ewlieni tiegħu huwa li titfassal strateġija ta' screening tat-tfal biex sa' minn etajiet bikrija jiġu identifikati u jintgħarfu diffikultajiet, kemm fl-iżvilupp fiżiku kif ukoll dak intellettwali u b'hekk ikunu jistgħu jittieħdu l-passi preventivi kollha li jkun hemm bżonn għall-aħjar żvilupp tat-tfal. Din hija waħda mill-proposti tal-manifest elettorali tal-Gvern, u li permezz ta' ħidma inter- ministerjali bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Ministeru għas-Saħħa, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall- Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, tingħata għajnuna fl- immedjat lil tfal li jistgħu jesebixxu diffikultajiet personali. Dan il-ehim se jwassal biex tinħoloq strateġija nazzjonali, biex tgħin ħalli jiġu identifikati servizzi ta' screening għal tfal tat-twelid sas-sittax-il sena. L-għan huwa li jintgħarfu sfidi fiżiċi, intellettwali, psikosoċjali, u edukattivi, fost oħrajn. Wara li jkunu identifikati dawn l-isfidi, ikunu implimentati interventi skont l-esiġenzi tat-tfal fil-bżonn tal-għajnuna. Is-settur edukattiv f 'Malta dejjem kien minn ta' quddiem biex jara li kull tifel u tifla tingħatalhom l-istess opportunità biex ikunu jistgħu jgawdu mill-iktar tagħlim xieraq. Bis-saħħa ta' dan l-MOU se naraw li t-tfal intuhom servizz ħolistiku kif ukoll ikun hemm aktar sinerġija bejn l-oqsma tal- edukazzjoni, tas-saħħa u servizzi soċjali. Dan l-MOU se jservi biex it-tfal jibbenefikaw minn servizzi ta' assessjar u riferti lejn is-servizzi mhux biss mediċi, iżda wkoll fil-qasam edukattiv kif ukoll dak soċjali. Dan huwa pass importanti ħafna li fl-aħħar mill-aħħar, permezz tiegħu, se nkomplu nsaħħu u ntejbu s-servizz edukattiv f 'pajjiżna. +++ Kemm nieħu gost nara l-kapaċitajiet u l-ħiliet diversi tal- istudenti tagħna! Bħalissa qed isir xogħol ta' restawr fuq il-Kappella Santa Katerina fil-Gudja - xogħol li qed isir minn studenti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, li jattendu għall-korsijiet fit-tiswija tal-bini storiku. Dawn l-istudenti qed jaħdmu fuq ir-restawr ta' diversi siti madwar Malta, u propju waħda minnhom hija dil-Kappella ta' Santa Katerina fil-Gudja. Jekk irridu nkomplu nippreservaw il-wirt kulturali tagħna permezz tar-restawr ta' siti storiċi, jeħtieġ ukoll li niżguraw li għandna persuni tas-sengħa biex jagħmlu dan ix-xogħol tant importanti. Biex nipproteġu l-wirt kulturali rridu nissalvagwardjaw ukoll is-snajja u naraw li ż-żgħażagħ ngħinuhom jiżviluppaw dawn il-ħiliet. Huwa għalhekk li se nkomplu ninvestu f 'edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' kwalità. L-edukazzjoni għandha rwol importanti biex inwasslu informazzjoni dwar l-importanza tal-preservazzjoni tas-siti kulturali, biex ikunu jistgħu jgawduhom filwaqt li jitgħallmu dwarhom uliedna u ulied uliedna. Filfatt l-MCAST joffri korsijiet fil-ħiliet tal-kostruzzjoni u r-restawr f 'livelli differenti biex iż-żgħażagħ jitħarrġu fil- manutenzjoni, il-protezzjoni u l-preservazzjoni ta' siti kulturali. L-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport tal-MCAST joffri aktar minn ħamsin kors u l-korsijiet fit- tiswija ta' bini storiku fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni jwasslu għad-Diploma ta' Kapumastru fil-ħames livell. Ninkoraġġixxi lil kull persuna li hija interessata f 'dan l-istudju, għaliex hija linja ta' sodisfazzjon kbir li twasslek għal karriera sodisfaċenti immens.