Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283582

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 illum • IIL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 għall-ambjent urban roofs f 'żoni urbani, dawn ser jingħataw sa 100% tal-valur tal- proġett. Dan jinkludi mhux biss l-investiment kapitali iżda kull studju li huwa meħtieġ u pjan ta' manutenzjoni għal ħames snin." Barra minn hekk, il-Fond mhux limitat għal 100% tal- valur tal-proġett biss. Proġetti li jinkorporaw ħitan b'veġetazzjoni fi spazji pubbliċi, bħal ġnien pubbliku b'ħitan fuq kull naħa, jirċievu bonus ta' 5% u jekk ikun hemm bżonn ta' applikazzjoni għall-iżvilupp, il- ħlasijiet tal-applikazzjoni jiġu eżentati wkoll. L-intenzjoni hija li l-komunità tesperjenza estetika aktar pjaċevoli billi tinkorpora ħitan ta' pjanti ħajjin, minflok ġonna b'ħitan vojta. Minħabba nuqqas ta' spazju, dan l-inċentiv jinkoraġġixxi metodi ġodda għall-introduzzjoni ta' veġetazzjoni fl-ambjent urban ta' Malta għal arja aktar nadifa, tnaqqis fit-temperatura ambjentali u titjib tal-ħajja fil- komunità. "Aħna ħerqana biex nirċievu applikazzjonijiet għal proġetti innovattivi urbani," kompla jgħid il-Perit Cassar. "Aħna rridu naraw proġetti b'ekoloġija sostenibbli, li jsaħħu l-komunità u b'viżjoni soda għal suċċess fit-tul. Għalhekk żidna l-ispejjeż tal-manutenzjoni bħala parti mill-proġett, għax nafu li l-manutenzjoni tas-sit tiskoraġġixxi lill-iżviluppaturi minħabba l-element finanzjarju. Għaldaqstant, għal proġetti ta' dan it-tip, l-applikazzjoni ta' finanzjament teħtieġ pjan ta' manutenzjoni fuq medda ta' ħames snin." "Jekk il-proġett jiġi aċċettat, l-applikant jirċievi l-finanzi għal perjodu inizjali ta' ħames snin. L-ispazji ħodor se jidhru skarsi fil-bidu u jeħtieġu ħafna manutenzjoni sakemm il- veġetazzjoni tikber. Wara ħames snin, għandhom ikunu kibru sal-punt li jistgħu jibqgħu ħajjin b'inqas manutenzjoni. Permezz ta' konsultazzjonijiet mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ġew determinati ukoll it-tipi ta' pjanti li l-applikazzjonijiet jistgħu jinkludu għall-benefiċċju tal- bijodiversità Maltija." L-għan huwa li l-Awtorità tirċievi aktar applikazzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti li ġenwinament itejbu l-komunità. Dan x'aktarx ser iseħħ peress li l-lokalitajiet bi żviluppi urbani kbar qed jaraw ukoll il-fondi massimi tagħhom jiżdiedu minn €5 miljun għal €7 miljun. Barra minn hekk, l-inizjattiva "Sebbaħ il-Lokal", li allokkat €50,000 iżjed lil-lokalitajiet partikolari, ġiet estiża wkoll sa Diċembru 2022. "Irridu nħeġġu lill- organizzazzjonijiet biex jikkollaboraw ma' esperti sabiex ikunu kapaċi jtejbu l-ekoloġija urbana f 'Malta," ikkonkluda l-Perit Cassar. "Qed nittamaw li nbiddlu l-mentalità. Dawn il-proġetti jeħtieġu l-paċenzja. Is-siġar u l-pjanti jdumu biex jikbru, iżda meta jikbru, il- kwalità tal-ħajja tagħna ser tieħu spinta 'l quddiem, li l-ebda soluzzjoni ta' malajr ma tista' tipprovdi. Bil-finanzjamenti li huma disponibbli permezz tal- Fond għall-Iżvilupp u l-Ippjanar, aħna nemmnu li issa wasal iż- żmien għal proġetti avvanzati u sostenibbli li jtejbu l-ambjent f 'Malta." Għal aktar informazzjoni dwar l-Awtorità tal-Ippjanar żur is-sit www.pa.org.mt aħbarijiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020