Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1285847
17 letteratura illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2020 test: "Sabiex l-etnografija tkun tista' tgħix, jenħtieġ illi l-oġġett tagħha jmut; billi jmut l-oġġett iwettaq vendetta fuq l-'iskoperta' tiegħu u b'mewtu jirreżisti lix- xjenza li trid timu. Ma taħsbux illi kull xjenza tgħix fuq dina n-niżla paradossali li għaliha hija kkundannata permezz tal- għajbien tal-oġġett li tittanta tiem u tat-taqliba bla ħniena li l-oġġett mejjet jinfliġġi fuqha?" L-argument ewlieni li jressaq Baudrillard hawnhekk - speċifikament b'referenza għall- etnografija li tistħarreġ il-kulturi primittivi – huwa li mhemm ebda mod kif nistgħu nistudjaw u nagħrfu oġġett mingħajr ma neqirduh. Fi kliem ieħor ix- xjenza għandha t-tendenza xxejjen dak kollu li tittanta tiem. Għaldaqstant, dejjem skont l-interpretazzjoni tiegħi tiegħi ta' Baudrillard, l-istudjużi etnografiċi fl-aħħar mill- aħħar dejjem ser jisfgħu nieqsa mill-oġġett li jistħarrġu għax ġaladarba s-suġġett tagħhom jiġi mimsus mill-barranin ma jibqax iżjed fenomenu primittiv. Primavista dan l-argument minn dejjem sibtu interessanti ħafna, l-iżjed għax jidhirli li jista' jkun utli ħafna fil-kritika ta' ċerti filosoi tal-etnografika, b'mod partikulari dawk tal-filosofu Franċiż Georges Bataille. Iżda mill-banda l-oħra nidentifika fih għadd ta' difetti. Ibda biex diffiċli immens targumenta li din "il-mewt paradossali" li tisfa' fiha l-etnografija bilfors tgħodd daqsinsew għall-bqija tax-xjenzi l-oħrajn kollha. Nistgħu naqtgħu din il-ħaqq ukoll fuq xjenzi it li xejn invażivi bħall-astronomija jew i l - p s i kon e w roi m mu n o l o ġ ij a ? Aktarx le. Mhix ċara lanqas jekk dak illi jgħodd għall-istudji tal-kulturi primittivi jgħoddx ukoll għal kulturi li għad illi ormaj ħarġu mill-moda xorta waħda qajla jistgħu jingħaddu bi primittivi. Jista' jingħad ukoll illi x-xogħol partikulari tal-koppja Chircop huwa ħieles min-nases qarrieqa tas-simulazzjonijiet u tas-simularki. Nistgħu naqtgħu ż-żarda mill-ewwel billi ngħidu illi jekk ser noqogħdu sejrin hekk nispiċċaw ma nistudjaw kważi xejn. Id-diskussjoni mal-ħassieba Franċiża dakinhar waqfet hemm, forsi għax ma kellhiex tweġibiet għal dawn l-oġġezzjonijiet, forsi għax deherilha li jien ma imtx biżżejjed. Iddejjaqt, qomt u tlaqt. Hu x'inhu xorta waħda kien għad baqa' – jew aħjar reġgħet ġiet lura f 'moħħi – dika l-mistoqsija: jista' jkun li dik iċ-ċerta xi ħaġa li kien qalli biha l-istudjuż ta' de Soldanis snin ilu hija, filfatt, "il- mewt paradossali" li jargumenta dwarha Baudrillard f 'Simulacres et simulation? Lura għall- akkademiċi etnografiċi tagħna: kif ser nevalwaw l-istudji tal- koppja Mifsud Chricop – jekk niġu f 'dan tal-kontributri kollha fil-proġett tat-Tradizzjoni Orali – kemm-il darba minkejja kull oġġezzjoni xorta jibqa' mqar farka relevanza, jekk mhux ukoll verità, f 'dik l-istqarrija ta' Baudrillard? Minkejja kollox jibqa' l-fatt illi l-istudji ta' Marlene Mifsud Chircop jistħarrġu wkoll persuni, fosthom pirkażu qattiela, li għexu ferm u ferm qabel dan l-istudjuż ta' de Soldanis u sħabu l-għannejja. Minn banda żgur ta' min nesprimu ħajr lil Mifsud Chircop – issa iktar minn qatt qabel – talli bis-saħħa tagħha ċerti fatti ma baqgħux iżjed mistura. Nimmaġina madankollu li abbli ssib xi wħud – ma tridx wisq biex ikunu skulari ta' Baudrillard bħal dik il-ħassieba Franċiża – illi jgħidulek illi l-iħirsa tal-imgħoddi mbiegħed tassew jieħdu l-ħajja biss dment illi jibqgħu mkeffna fil-misteru, dment li ma tintilifx dika ċ-ċerta xi ħaġa. Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jfakkar il-ħidma etnografika tar-riċerkatriċi mibkija Marlene Mifsud Chircop. Qabelxejn imur lura fiż-żmien billi jiftakar fil-ħbiberiji li kellu snin ilu ma' bosta għannejja tal-fatt u riċerkaturi tal-folklor Malti, b'mod partikulari f'ċerta xi ħaġa li kien kellmu dwarha ċertu studjuż tal-lessikografu de Soldanis. Mill-imgħoddi mbagħad jgħaddi għal diskussjoni li kellu ftit jiem ilu ma' ħassieba Franċiża rigward l-etnografija u l-filosofu Franċiż Jean Baudrillard. Mix-xejn u minn imkien dlonk terġa' tfeġġ dik iċ-ċerta xi ħaġa...