Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum 'It-traffiku fil-Belt mhuwiex sostenibbli mudelli fi bliet Ewropej fejn karozzi YENDRICK CIOFFI Kull min fl-aħħar snin u xhur daħal il- Belt Valletta, il-Kottonera u l-lokalitajiet ta' madwar il-Port il-Kbir, żgur li seta' jinnota x-xogħlijiet u l-proġetti kbar li saru u li qed isiru biex jagħtu d-dinjità lil dawn il-lokalitajiet li kitbu l-istorja tal-pajjiż. Matul din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM ltaqgħet ma' Gino Cauchi, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) u tat ħarsa lejn ix-xogħlijiet li saru u l-proġetti li hemm ippjanati għax-xhur u s-snin li ġejjin. Il-Korporazzjoni twaqqfet fis-sena 2009 bil- għan li tieħu ħsieb proġetti ta' riġenerazzjoni fil-lokalitajiet li jmissu mal-Port il-Kbir, jiġifieri ż-żona tal-Belt, il-Kottonera, il-Marsa, il-Pietà, l-Imsida u anke Tas-Sliema. Cauchi insista kif anke jekk il-GHRC ma tantx kienet tissemma', kienet hi responsabbli minn proġetti kbar fil-Belt Valletta bħal dawk ta' Pjazza Kastilja, il-Li tal-Barrakka, ir- riġenerazzjoni tal-Forti Sant'Iermu u anke t-tlestija tal-proġett tal-Parlament. Aktar riċenti, kienet l-istess Korporazzjoni li ħadmet fuq il-proġett ta' Pjazza Tritoni, taż- żona magħrufa bħala l-Biskuttin (quddiem il- Phoenicia) u l-ġnien ta' taħt id-daħla tal-Belt, fost proġetti oħra. Iżda x-xogħol ma waqafx mal-Belt. Anke jekk qabel l-2018, il-Belt Valletta kienet qed tingħata l-prijorità, minħabba li kellha ġġorr it-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il- GHRC bdiet titfa' wkoll ħarsitha fuq bliet u lokalitajiet oħra importanti madwar il-Port il-Kbir. Dan ma jfissirx li qabel ma sarx xogħol barra l-Belt. Fil-fatt ta' min isemmi li mill- 2013 il-GHRC kienet ukoll involuta fil- proġett tal-Baċir Numru 1 f 'Bormla, bil-għan li l-proġett jitlesta mill-aktar fis. Bħalissa l-GHRC qed taħdem fuq il-proġett tad-daħla tal-Isla, fejn apparti r-restawr tas- swar se tkun jkun qed isir riġenerazzjoni fuq il-pjazza fid-daħla tal-Belt Senglea. Riġenerazzjoni kbira tax-xatt tal-Kalkara Fi żmien li ġej ukoll se jkunu qed joħorġu s-sejħat biex il-GHRC tibda taħdem fuq proġett kbir għall-Kalkara. "Se nirriġeneraw iż-żona kollha li tibda minn taħt l-Esplora u tibqa' sejra mad-dawra kollha tax-xatt tal-Kalkara," saħaq Cauchi. "Qed inħarsu lejn toroq ġodda, immaniġjar differenti tat-traffiku, promenandes ġodda, għamara ġdida u faċilitajiet ġodda. Il-pjazza se ssir ukoll pedonali. Se jkun hemm triq max-xatt iżda l-pjazza se tkun pedonali." Iżda l-GHRC, fil-proġetti tagħha ma tiqafx biss mal-wiċċ. Fil-fatt il-GHRC, fi proġetti bħal dak tal-Kalkara tinstalla sistemi ġodda ta' drenaġġ, pompi, ilma, dwal u sistemi ta' kommunikazzjoni, fejn il-wajers jitniżżlu minn mal-faċċati u jgħaddu minn taħt l-art. "Qed nikkalkulaw li jkun proġett li jieħu madwar 18-il xahar biex ikun lest," spjega Cauchi biex it-tieni parti ta' dan il-proġett se jkun fuq iż-żona magħrufa bħala Tax- Xewkija (taħt is-swar fejn jinżammu dgħajjes u jottijiet). It-tielet fażi se tkun qed issir b'kollaborazzjoni ma' Infrastructure Malta fejn se jkunu qed isiru xogħlijiet taħt is-swar tal-Birgu. Se jitkabbar il-moll u tinbena mill- ġdid it-triq li kienet sfrundat bil-grigalata ta' sentejn ilu. Il-GHRC se tidħol biex tlesti dan il-proġett permezz tal-bankina, is-servizzi, id-dawl u l-għamara etċ. 'Fil-Kottonera hemm potenzjal kbir turistiku u ekonomiku' "L-idea hija li meta l-proġett kollu jkun lest, inkunu ħloqna promenade li jibda minn taħt l-Esplora, tul ix-xatt tal-Kalkara, għal taħt il- Birgu, idur għall-waterfront tal-Birgu, għall- Bormla fejn jaqsam għall-Isla u jibqa' sejjer sal-gardjola tal-Isla." spjega Cauchi. Fil-fatt, max-xatt tal-Isla se jkun qed jiġi installat dawl ġdid. Kien hawn li Gino Cauchi insista li anke jekk fadal ħafna xogħol xi jsir, meta wieħed jara l-proġett ħdejn l-ieħor, isir aktar konxju tal-potenzjal kbir ekonomiku u turistiku li għandha l-Kottonera, iżda anke tal- importanza storika u l-ġmiel tagħha. Iżda l-GHRC lanqas ma tieqaf ma' dawn l-inħawi. Ix-xogħol tagħha tant kemm ħalla frott li ġiet fdata bil-proġett tant bżonjuż li se jibda fil-jiem li ġejjin, fil-parti magħrufa bħala il-Magħluq ta' Marsaxlokk. Anke hawn, apparti x-xogħol ta' tisbiħ, tħawwil ta' siġar, parkeġġ aħjar, għamara u dwal ġodda, se jsiru s-servizzi kollha meħtieġa ġodda taħt l-art. "Hija żona turistika ħafna imma għandna bżonn intervent massiv," insista Cauchi. Mid-Daħla tal-Belt sal-Mall tal-Furjana... Ersaqna mill-ġdid lejn il-Belt Valletta, bl- ILLUM tistaqsih fuq ix-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fil-Kapitali, mhux biss fiż-żoni li minnhom jgħaddi kull minn jidħol il-Belt, bħal Triq ir-Repubblika imma anke fiż-żoni residenzjali li huma tant mimlija potenzjal u importanza storika li ħafna drabi jintesew. Qabel ma dħalna l-Belt, Cauchi jfakkarna li bħalissa l-GHRC qed twettaq ukoll proġett fuq il-Mall tal-Furjana, ġnien uniku, ippakkjat b'monumenti importanti. "Hekk il-GHRC tkun ħadet ħsieb mid- Daħla tal-Belt, għall-Pjazza Tritoni, il- Biskuttin u l-Mall mill-Monument tal- Indipendena sa Sarria," spjega Cauci. Anke hawn, apparti li se jinbidel il-wiċċ kollu tal-ġnien, se ssir sistema ġdida ta' dawl u minn taħt l-art se jgħaddu s-servizzi tal- irrigazzjoni, tal-kommunikazzjoni u oħrajn. Fil-mall se jinbidel il-pavimentar kollu, se jiżdiedu s-siġar, se tinbidel l-għamara u se jsir ir-restawr tal-monumenti kollha. Bħalissa beda x-xogħol fuq il-bankini madwar il- ġnien. Riġenerazzjoni assoluta taż-żona ta' Marsamxett Dħalna l-Belt u bdejna nitkellmu fuq il- proġetti li għaddejin fiż-żona ta' Marsamxett. "Qabel l-2017, il-Gvern ġab €24 miljun biex tkun irriġenerata din iż-żona," fakkar il- Kap Eżekuttiv tal-GHRC waqt li spjega kif fl- 2018 twaqqaf kumitat li kien magħmul minn diversi ministeri u entitajiet li identifikaw il- proġetti li l-GHRC kellha taħdem fuqhom biex din iż-żona terġa' tingħata d-dinjità. Gauci spjega kif dan il-proġett taż-żona ta' Marsamxett kien ibbażat fuq tliet prinċipji, jiġifieri dak Kulturali, Soċjali u Ekonomiku. Bdejna bl-element kulturali, b'Cauchi ifakkar fir-restawr li sar fuq is-swar tal-fossa tal-Belt (minn Sant'Iermu sal-pitch tal- waterpolo), is-Sally Port, il-Berġa tal-Baviera, ta' Arogona, dik magħrufa bħala l-House of Catalunya, il-Knisja tal-Pilar, il-koppla tas- Santwarju Bażilika tal-Karmnu u madwar 16- il niċċa li jinsabu f 'din in-naħa tal-Belt. Apparti dawn, sar xogħol ta' tisbiħ fuq iż- żona tal-Blata (taħt il-kampnar tal-Anglikani) u anke l-bankina li hemm fuq is-sur, minn Pjazza Mattia Preti sa Sant'Iermu. Anke hawn hemm is-servizzi kollha għaddejin minn taħt il-bankina. Żvilupp ta' akkomodazzjoni soċjali fil- Belt Valletta... Anke jekk kollox huwa importanti, żgur li l-parti soċjali ta' dan il-proġett kienet l-aktar mistennija, anke għax minnha se jgawdu direttament ir-residenti. L-ILLUM staqsiet lil Cauchi x'kienu dawn il-proġetti li saru u li se jkunu qed isiru fix-xhur li ġejjin. Cauchi fakkar fi tliet binjiet li kienu proprjetà tal-Awtorità tad-Djar fi Triq il- Karmnu, liema binjiet kienu nieżla biċċiet u nbiddlu fi ħdax-il appartament għall- akkomodazzjoni soċjali. Simili għal dan il-proġett, saru xogħlijiet oħra fuq binjiet antiki fi Triq il-Punent, kantuniera ma' Triq San Kristofru, liema binjiet ingħaqdu biex fihom se jilqgħu anzjani li huma indipendenti u allura kapaċi jgħixu waħedhom. "Mhijiex dar tal-anzjani. Se tkun bħal kumpless għall-anzjani," spjega Cauchi. Dan il-proġett mistenni li jkun lest sal-aħħar tas- sena u se joffri madwar 22 appartament. Binja oħra li kienet fi stat delapitat u ġiet irrestawrata tinsab viċin il-Valletta Design Cluster, liema blokka wkoll se tkun qed tfisser tliet units oħra għall-Aworità tad-Djar. "Din il-binja, minn ġewwa, kienet iġġarfet bil-maltempata u l-Grigalata ta' sentejn ilu. Il-faċċata bilkemm kienet qed iżżomm. Illum hija rrestawrata, bil-faċilità ta' li u dalwaqt se tilqa' fiha lir-residenti," insista Cauchi. Ġiet irrestawrata binja oħra fi Triq Zekka, magħrufa bħala tal-Ispiżjar, li kienet abbandunata u bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) se jkunu qed jinħolqu tmien Minn Marsamxett sal-Mall tal-Furjana. Mill-isla sal-Kalkara. Mill-Imsida sal-Pietà. L-ILLUM tiltaqa' mal-Kap Eżekuttiv tal-GHRC u miegħu tiddiskuti l-proġetti li se jirriġeneraw iż-żona importanti ta' madwar il-Port il-Kbir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020