Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297546

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D an l-aħħar smajna ħafna l-espress- joni 'Malta full up'. Ma tridx ħin u lanqas xi għerf politiku kbir biex tgħidha. Hija stqarrija li ħafna jħossu - f 'pajjiż fejn normalment jekk tmur il-baħar kulħadd ma' xulxin, jekk titla' fuq tal-linja l-passiġġiera ppakkjati, fit-toroq normalment ħafna traffiku, tmur fejn tmur rases u nies - li hija vera. Il-popolazzjoni Maltija tinsab viċin in-nofs miljun u fl-2019 ġew Malta 2.8 miljun turist, li jfisser illi b'kol- lox kien hawn f 'sena, f 'din il-gżira ċkejkna mat-3.3 miljun persuna. X'ma nħossuniex full up! Hija xi ħaġa naturali u ovvja li nħossu li hawn wisq nies, wisq karozzi u wisq ġenn. Fil-fatt jekk il-pandemija kellha effett pożittiv wieħed biss, dan żgur illi kien l-ispazju fuq il-bajjiet, fuq tal-linja, inqas traffiku. Naturalment l-effetti negattivi huma bil-wisq akbar u fihom konsegwenzi ħafna aktar tqal. Imma naturalment dan mhuwiex il-'full up' li kellu f 'moħħu l-Prim Ministru. U nimu. Wara kollox kienet il-politika espressa bl-aktar mod pubbliku u ċar taċ- Chief of Staff tiegħu stess Clyde Caruana, meta kien imexxi l-Jobs Plus, li Malta jeħtiġilha ġġib aktar barranin lejn il-pajjiż, għax l-ekonomija kienet qed tikber b'rata mgħaġġla u kien hemm bżonn li jiġu l-eluf biex jimlew impjiegi li kienu qed jinħolqu. Naturalment lanqas kien qed jirreferi għat-turisti jew inkella għall-barranin li xtraw iċ-ċittadinanza - dawk humiex suwed, bojod, Ċiniżi, Mit-Togo jew mis-Sawdi Għarabja - merħba bihom, għax tal-flus! Għal dawk Malta żgur qatt mhi full up! Le, il-full up li kien qed jirreferi għalihom kienu l-immigranti li jiġu bid-dgħajsa, għax wara kollox il-poplu lilhom qed jara deħlin u l-aħbarijiet lilhom iġibu - mhux lil dawk l-eluf kuljum li jidħlu bl-ajruplan jew bil-baħar! Allura naturalment jekk irridu niksbu punt irħis, ta' malajr - magħħhom irridu naqbdu mhux mal-eluf ta' Filippini, Serbi, Maċedonjani u aktar li Alla jaf kif qed jitħallsu u jitħaddmu! Mela nibdew billi niċċaraw din. Il- messaġġ sottili - skont il-mod kif ingħata u skont kif inhiem minn ħafna - kien li Malta full up għax qed jidħlu nies b'karnaġġjon iswed bid-dgħajjes. Fil-fatt il-Prim Ministru qalilna li tant qed jaħdem biex Malta ma tkunx full up, li mhux qed iħalli dgħajjes b'nies ta' karnaġġjon iswed jidħlu! Mela r-referenza hija ċara u l-argument qed isir fuq dawn l-immigranti partikolari, għax fuq l-eluf kbar li qegħdin hawn minn pajjiżi terzi u fuq dawk li ġew hawn għax xtraw il-passaport, ħadd ma qal xejn! It-tieni punt. Robert Abela għandu raġun u sewwa jagħmel li jieħu pożizzjoni iebsa ma' pajjiżi oħrajn fuq din il-kwistjoni. U m'hemmx dubju li jekk jagħmel dan se jsib lill-poplu kollu warajh. Anke din il-gazzetta taqbel li Abela jkun sod fuq din il-kwistjoni hekk kif huwa ċar li l-Unjoni Ewropea mhix tkun solidali biżżejjed, anke jekk issa hemm il-Patt tal-Immigrazzjoni li għad irridu naraw kif se jaħdem (ara paġni 10 u 11). Imma tajjeb ukoll nikkumentaw illi l-paroli għall-gallarija sabiħ biex tiġbor vot, imma ma jagħmel ebda ġieħ fit-tul. Li ngħidu lin-nies ta' San Pawl il-Baħar - per eżempju - illi qed jgħixu fil-biża' jew lil dawk tal-Marsa u tal-Ħamrun ukoll, jista' jkun li vera. Għalkemm niħu parentesi importanti u kruċjali u nisħqu li tajjeb illi naraw eżatt minn fejn ġejja u għaliex hija din il-biża': Jekk hux ibbażata fuq kulur tal-ġilda jew inkella hix frott in-nuqqas ta' infurzar f 'ċerti żoni f 'dan il-pajjiż. Però skużi - Robert Abela mhuwiex il-Kap tal-Oppożizzjoni jew xi kummentatur fuq il- gazzetti, huwa l-Prim Ministru. Allura tiġi naturali l-mistoqsija: Jekk stess huwa vera, skont hu, li hawn xi erba' lokalitajiet fejn in- nies qed jgħixu fil-biża' hu x'se jagħmel biex ma jibqgħux? X'se jbiddel u kif se jġiegħel lin-nies ta' dawn il-lokalitajiet iħossuhom aktar siguri? Mhux biżżejjed li nonfħu fuq in-nar biex nidhru popolari. Dak kulħadd jaf jagħmilha. Kulħadd jaf iħares lejn problema jew sfida u jgħid x'inhi. Min hu fil-poter għandu joffri s-soluzzjonijiet effiċjenti u li jagħtu r-riżultati! Imbagħad nhar il-Ġimgħa bħal kien hemm tbenġila tan-narrattiva meta s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar qalet illi l-PM għandu raġun għaliex huma ċ-ċentri tal-immigranti li jinsabu mimlijin - li hija xi ħaġa kompletament differenti minn dak li fehem kulħadd. Meta l-PM qal li 'Malta full up' ħadd ma fehem li qed jirreferi għaċ-ċentri ta' detenzjoni, għalkemm tajjeb naraw jekk fil-fatt dawn humiex 'full up' u jekk huma, nagħmlu xi ħaġa biex ma jibqgħux! Huwa importanti li fuq dan is-suġġett tiġi pprattikata l-kawtela u Prim Ministru li jikkmanda l-fiduċja ta' tant nies bħal Robert Abela jkun aktar għaqli fuq liema kliem juża u ma jużax speċjalment biex qatt ma jagħti lok illi kliemu jkun interpretat bħala messaġġ li qed jagħti soljev lil min huwa razzist u xenofobu. Huwa importanti li jidher li qed jaħdem kemm jiflaħ biex il-lokalitajiet li semma' hu stess ikunu siguri u biex kulħadd fihom iħoss li għandu l-protezzjoni. Fin-nuqqas ta' dan, kliem bħal 'full up' fl- arja jkun biss tattika populista biex jinġabru voti ta' nies li - ejja ma noqgħodux induru magħha - jobgħodu lil ħaddieħor minħabba l-kulur tal-ġilda, nazzjonalità u reliġjon. Mhux eżattament it-tip ta' votanti li partit soċjalista għandu jaspira li jattira lejh! Full up!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020