Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 analiżi tagħti ħarsa lejn l-iżvilupp tal-vaċċin Uniti li se ssir fl-ewwel ġimgħa ta' Novembru. X'nafu dwar il-vaċċin ta' Pfizer? Pfizer qed taħdem id f 'id mal- kumpanija Ġermaniża BioNTech u anke mal-kumpanija Ċiniża Fosum Pharma. F'Mejju, dawn bdew l-ewwel testijiet fuq żewġ verżjonijiet tal- vaċċin. Fiż-żewġ każi, il-voluntiera li ħadu sehem żviluppaw Ċelloli T, li huma importanti biex jiġġieldu l-virus. Wieħed minn dawn il- verżjonijiet ipproduċa ħafna inqas effetti sekondarji, inqas deni u inqas għejja fost il-pazjenti u għalhekk għadda għall-aktar fażi kruċjali ta' testijiet. Anke f 'dan il-każ, it-tielet fażi tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 voluntier mill-Istati Uniti u pajjiżi oħra, fosthom l-Arġentina, il-Brażil u l-Ġermanja. Fit-12 ta' Settembru, Pfizer u BioNTech ħabbru li se jkunu qed jespandu t-testijiet tagħhom fl-Istati Uniti għal 43,000 parteċipant, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat ingħataw ukoll il-permess biex jibdew jittestjaw il-vaċċin fuq it-tfal. Għal dan il-vaċċin, l-Istati Uniti ffirmat kuntratt ta' $1.9 biljun jekk din tipprovdi 100 miljun doża sa Diċembru u 500 miljun doża oħra wara. Anke l-Ġappun daħal f 'kuntratt ma' din il-kumpanija. Jekk ir-riżultati jkunu pożittivi, il-kumpanija qalet li kapaċi tipproduċi 1.3 biljun doża madwar id-dinja sal-aħħar tal-2021. Bħal ħafna mill-vaċċini oħra li jinsabu fl-istadju tal-ittestjar, dan il-vaċċin jirrikjedi li jittieħdu żewġ dożi differenti. Jidher ukoll li jista' jkun hemm diversi sfidi għal dan il-vaċċin sakemm jasal mill-fabbriki għal għand in-nies. Bħall-vaċċini oħra, fosthom ta' Moderna, dan il-vaċċin jeħtieġ jinżamm f 'temperaturi baxxi ħafna, jiġifieri mhux aktar minn 80 grad taħt iż- żero sakemm ikun injettat. X'ġara eżatt dwar il-vaċċin ta' Oxford? Forsi l-aktar vaċċin li jinteressa lilna huwa dak li qed ikun żviluppat minn AstraZeneca bi sħab mal-Università ta' Oxford, anke għax Malta ħallset il-kappara għalih. Fil-fatt, l-Unjoni Ewropea laħqet ehim ma' AstraZeneca biex tipprovdi 400 miljun doża jekk it-testijiet jagħtu riżultati pożittivi. Skont il-kumpanija, kapaċi tipprovdi sa żewġ biljun doża. Dan il-vaċċin huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar li qed jipprometti u li x'aktarx ikun minn tal-ewwel fis-suq. Kien ukoll l-istess vaċċin li l-gazzetta ILLUM kitbet dwaru għax it-testijiet kellhom jieqfu temporanjament wara li wieħed mill-parteċipanti fit-testijiet kien żviluppa xi sintomi u kellu jiddaħħal l-isptar. Madanakollu, dan ma kien xejn gravi u t-testijiet setgħu ikomplu. Iżda din il-ġimgħa dan il-vaċċin reġa' spiċċa fuq l-aħbarijiet hekk kif miet wieħed mill-parteċipanti fil-Brażil, li kien qed jieħu sehem fit-testijiet. Il-parteċipant kellu 29 sena. Madanakollu jirriżulta li dan ma kienx fost dawk il-parteċipanti li rċevew il-vaċċin, hekk kif il-parteċipanti f 'dan l-istudju jkunu mqassma fi gruppi biex ir- riċerkaturi jkunu jistgħu jqabblu bejn dawk li jkunu rċevew il- vaċċin u oħrajn li ma jkunux irċevewh. Fil-fatt, it-testijiet fuq dan il- vaċċin komplew. L-ewwel testijiet li saru fl-ewwel u fit-tieni fażi wrew li dan il-vaċċin jista' joħloq rispons immunitarju b'saħħtu biex jiġġieled il-virus. Fil-fatt, f 'Ġunju, l-Università ppubblikat ir-riżultati tat-testijiet tal-ewwel u t-tieni stadji. Il- vaċċin, imlaqqam ChAdOx1 nCoV-19 huwa magħmul minn virus immodifikat ġenetikament u li jikkawża l-irjiħat komuni fix- xadini. Fi kliem sempliċi, dan il-virus kien immodifikat (jiġifieri kellu l-istruttura ġenetika tiegħu mibdula) biex ma jkunx ta' ħsara għall-umani u biex dan "jidher" aktar bħall-Coronavirus. Il-vaċċin pprovoka dik li tissejjaħ Ċellola T f '14-il jum minn meta ttieħed u ħoloq rispons ta' antibody fi 28 jum. Din hija tip ta' ċellola bajda (White Blood Cell) li hija parti mis-sistema ta' immunità f 'ġisimna. Din tattakka ċ-ċelloli infettati bil-Coronavirus. U Moderna? Anke l-vaċċin tal- kumpanija Moderna jidher li qed jikkomprometti. Din il- kumpanija daħlet fi sħab mal- Istitut Nazzjonali għas-Saħħa tar- Renju Unit. Fi kliem sempliċi, fl-ewwel testijiet irriżulta li l-vaċċin li qed jiżviluppaw jipproteġi x-xadini mill-coronavirus. F'Marzu, il- kumpanija bdiet it-testijiet fuq l-umani u dawn ukoll ħallew riżultati pożittivi hekk kif anke hawn il-parteċipanti żviluppaw antibodies li nstabu f 'ħafna mill- pazjenti li kellhom il-Covid-19 u fiequ. Fl-aħħar ta' Lulju, Moderna għaddiet għat-tielet u l-aħħar fażi li tinkludi l-parteċipazzjoni ta' 30,000 persuna. Fil-11 ta' Awwissu, il-Gvern Amerikan wiegħed lil din il-kumpanija biljuni ta' dollari jekk tipprovdi 100 miljun doża tal-vaċċin li jkun sigur u effettiv. Anke l-Kanada laħqet ehim mal-kumpanija f 'Settembru biex tipprovdilha 20 miljun doża. Ta' min isemmi li fis-17 ta' Settembru, Moderna qasmet ukoll il-protokoll tagħha biex tiddetermina jekk dan il-vaċċin huwiex sigur u effettiv. Fil-fatt, il-kumpanija qed tistenna li ammont sinifikanti ta' voluntiera tagħha jimirdu bil-Covid-19 biex imbagħad tkun tista' tistabbilixxi kemm minnhom irċevew il- vaċċin tagħha. Biex jilħqu l-kwota li għandhom f 'moħħhom, ir-riżultati ta' Moderna jistgħu jieħdu sal-aħħar tas-sena jew saħanistra l-ewwel ġimgħat tal-2021. Johnson & Johnson iwaqqfu temporanjament it-testijiet Johnson & Johnson, madwar għaxar snin ilu, kienet żviluppat vaċċin kontra l-Ebola u mard ieħor bl-użu ta' virus ieħor li jismu Adenovirus 26 (AD26). Issa, l-istess kumpanija qed tiżviluppa vaċċin għall-Covid-19. F'Marzu, Johnson & Johnson irċeviet $456 miljun mill-Gvern tal-Istati Uniti. Il-vaċċin kellu effetti pożittivi fuq ix-xadini. F'Lulju, it-testijiet għaddew għat-tielet fażi u qed jieħdu sehem fihom xejn inqas minn 60,000 parteċipant. Għall-kuntrarju ta' ħafna mill-vaċċini oħra, dak ta' Johnson & Johnson jirrikjedi biss doża waħda. L-Unjoni Ewropea laħqet ukoll ehim ma' Johnson & Johnson għal provediment ta' 200 miljun doża. It-tir tal-kumpanija huwa li tipprovdi minn tal-inqas biljun doża fl-2021. Madanakollu, fit-12 ta' Ottubru, Johnson & Johnson ħabbret li se tkun qed twaqqaf it-testijiet tagħha temporanjament hekk kif wieħed mill-parteċipanti żviluppa xi effetti sekondarji u kellu jiddaħħal l-isptar. Murdoch Children's Research Institute Il-vaċċin ta' dan l-Istitut kien żviluppat snin ilu, madwar l-1900 bħala protezzjoni kontra t-tuberkolosi. Dan l-Istitut Awstraljan qed iwettaq testijiet fuq dan il-vaċċin, magħrufa bħala BRACE, biex ikun determinat jekk dan jistax ukoll jipproteġi parzjalment kontra l-coronavirus. Vaccine Pfizer: Mijiet ta' dożi tal-vaċċin li qed twettaq it- testijiet fuqu Pfizer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020