Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 9 TA' AWWISSU 2020 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum aħbarijiet 'Qed jiżbalja min lill-Papa għajru Ġuda u min qal li poġġa l-liġi tal-Unjoni Ċivili l-istess bħaż-Żwieġ' YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa qamet diskussjoni sħiħa dwar dak li l-Papa Franġisku qal dwar il-liġi tal-unjoni ċivili. Fi kliem sempliċi, il-Papa Franġisku, fid-dokumentarju 'Francesco,' fost diversi suġġetti oħra, jitkellem dwar il-persuni LGBTIQ u jisħaq li dawn ukoll huma "ulied Alla" u għalhekk "għandhom dritt ikunu parti minn familja." Fil-fatt, diversi rapporti qed jikkwotaw lill-Papa jappella biex jiddaħħlu liġijiet tal-unjoni ċivili biex anke dawn il-koppji jkunu protetti bil-liġi. Ta' min ifakkar li l-Papa Franġisku mhux l-ewwel darba li ħeġġeġ lill-ġenituri ta' persuni LGBTIQ biex jaċċettaw lill-uliedhom kif inhuma u mhux jemarġinawhom. Iżda dak li qal il-Papa Franġisku ibiddel b'xi mod it-tagħlim tal-knisja dwar iż- Żwieġ bejn koppji tal-istess sess? Il-Papa qal ereżija? U l-Papiet ta' qablu x'kienu qalu? Dwar dan il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Karmelitan Patri Charlò Camilleri li huwa lettur fid-Dipartiment tal-Morali fi ħdan il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta' Malta u sa mill-2008 koordinatur tal- istudju fl-Ispiritwalitajiet tal-Ġeneru. Parti kbira mill-ministeru ta' Patri Charlò huwa l-akkumpanjament spiritwali. Kont sorpriż b'dak li qal il-Papa? Jew inkella qal xi ħaġa li l-Knisja dejjem emmnet fiha? Dak li qal il-Papa ma ħadtux b'sorpriża. Irridu nimu, l-ewwel u qabel kollox, li dak li qal il-Papa huwa sinonimu għall-istil tiegħu. Il-Papa Franġisku jitkellem bi stil li jinihem minn kulħadd. Franġisku qed jagħtina Pontifikat ta' ġesti u ta' taħdit li jinihem minn kulħadd. Dak li jidher li jingħad bla ħsieb minn Papa Franġisku fil-fatt taħtu hemm il-piż u d-dixxerniment tal-ħsieb tal-Knisja, li fid- dokumenti uffiċjali, naturalment jingħata b'lingwaġġ iktar tekniku. Ta' min ngħidu li l-Papa qal dan il-kliem f 'okkażjonijiet oħra. Fil-fatt, dan spjegah ukoll il-Ġiżwita Antonio Spadaro, editur tar-Rivista Civiltà Cattolika. Spadaro huwa qrib ħafna ta' Papa u naħseb huwa awtorità fl-interpretazzjoni tal-ħsieb tal-Papa preżenti bħala konsultur tal-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura u s-Segretarjat tal- Komunikazzjoni. Naturalment din l-istqarrija tal-Papa donnha faqqgħet bħal sajjetta għax issa nduna biha x-Xandir minħabba dan id- dokumentarju ta' Evgeny Afineevsky li jiġbor xi it jew wisq il-ħsieb u l-viżjoni tal-Papa. Tajjeb ngħidu li dan il-kliem fid- dokumentarju huwa akkumpanjat mill- ġest ta' telefonata tal-Papa lil koppja gay bi tlett itfal li kitbulu ittra biex jesprimu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom sabiex jipprattikaw il-fidi tagħhom. F'kelma waħda għandha ġest u kliem flimkien. Huma l-elementi li jsawwru l-ħajja tal-fidi u tas-sagramenti li huma mibnija fuq ġesti u kliem . Meta l-ġest u l-kelma jiżżewġu flimkien, ikollna l-effett insejjaħlu jiena 'sagramentali' fis-sens wiesgħa tal-kelma. Dwar jekk qattx ingħata każ jew importanza qabel għal din il-pożizzjoni li diġà nsibuha fil-Knisja qabel il-Papa Franġisku, intenni li għalija, u hawn wieħed jista' ma jaqbilx miegħi, hija kwistjoni ta' lingwaġġ. Imma dak li qal il-Papa, b'xi mod, ibiddel it-tagħlim tal-Knisja dwar ir-relazzjonijiet LGBTIQ? Assolutament le. Tant hu hekk li fi Buenos Aires bħala Isqof hu kien favur li l-liġi tirregolarizza u tipproteġi il- persuni LGBTIQ. Ma ninsewx li hemm soċjetajiet fejn dawn il-liġijiet ma jeżistux, jew inkella hemm liġijiet omofobiċi li jagħmlu ħafna ħsara u jferu d-dinjità tal- bniedem. Naturalment dan għall-Knisja huwa ħażin għax id-dinjità tal-bniedem hija fundamentali għall-bini ta' soċjetà ġusta u ekwa. Aħna nitkellmu ħafna mill-ugwaljanza, imma l-Knisja iktar titkellem fuq l-ekwità li hija l-għajn vera ta' ugwaljanza b'saħħitha. Il-Knisja wkoll fit-tagħlim soċjali tagħha tagħraf li l-Istat għandu d-dmir u d-dritt li jirregola l-ħajja taċ-ċittadini dejjem skont prinċipji etiċi u morali li jżewġu flimkien il- ġid tal-persuni u l-ġid komuni. Il-Knisja temmen fid-dinjità tal-bniedem mit-tnissil sat-tmiem naturali tal-ħajja. Naturalment il-kwistjoni tal-persuni LGBTIQ tidħol f 'dan il-qasam. Għal min qed jakkuża lill-Papa li qed imur kontra t-tagħlim tal-Knisja u saħansitra hemm min sejjaħlu pubblikament Ġuda u Antikrist, qiegħed jiżbalja. Min qed jara xi pass kbir ġdid u innovattiv li jqiegħed liġijiet tal- Unjoni Ċivili l-istess bħar-rabta taż-Żwieġ ma jafx x'qed jgħid ukoll. Il-Papa mkien ma semma Żwieġ bejn koppji tal-istess sess f 'dak li qal. Iż-Żwieġ huwa ħaġa, Unjoni Ċivili hija oħra. Dak li qal il-Papa Franġisku, ibiddel il- pożizzjonijiet li ħadu l-preduċessuri tiegħu? Le u din hija l-fehma wkoll tal-komunikat mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tas-Santa Sede ta' nhar it-Tlieta li għaddew. Naturalment il-Papa Ġwanni Pawlu II jibqa' jissemma għall-129 taħdita famuża u kontroversjali tiegħu bejn l-1979 u l-1984 li ġew mitbugħin fi ktieb bit-titlu It-Teoloġija tal-Ġisem, test li jagħmel kompendju tar- riflessjoni teoloġika kif żviluppat matul iż-żminijiet fil-Knisja dwar il-bniedem u s-sesswalità. Papa Beneditu XVI mbagħad baqa' iktar magħruf għall-espressjoni "l-ekoloġija tal- bniedem" li qalgħet ukoll kontroversja u oppożizzjoni. Bħala Kardinal Prefett tal- Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi baqa' jiġi kkritikat għad-dokumenti tal-1986 u l-1992. Kważi ħadd ma jikkwota l-paragrafu 12 tad-dokument fuq il-Kura Pastorali tal- Persuni Omosesswali, li Franġisku jirrepetih: "Il-persuni omosesswali, bħala bnedmin, għandhom l-istess drittijiet bħal kull bniedem ieħor, inkluż id-dritt li ma jkunux trattati b'mod li jferi d-dinjità tagħhom. Fost id-drittijiet , kull bniedem għandu dritt għax-xogħol, għad-dar, u l-bqija..." Il-kliem ta' Papa Franġisku, narah f 'dan id-dawl, jespliċita prinċipji li diġà jeżistu. Huwa veru li l-Knisja tidher timxi bil-mod u kawta, imma dan sforz il-prudenza. Il-Knisja tieħu ż-żmien tagħha mgħejjuna wkoll mix-xjenzi. Inżommu f 'moħħna li l-Knisja Kattolika tiġbor 1.2 billjun ruħ madwar id- dinja. Ara kemm kulturi, sensibilitajiet u mentalitajiet. Fl-aħħarnett ta' min insemmu wkoll li l-Knisja mhux biss tikteb dokumenti u tirrifletti, imma wkoll permezz tal-operaturi pastorali tagħha timxi flimkien mal- persuni, anke ma' persuni LGBTIQ. Hija responsabbilità ta' kulħadd, speċjalment tal- operaturi pastorali li jkunu aġġornati sabiex jimxu flimkien mal-persuni LGBTIQ fil- mixja tal-maturità umana u tal-fidi bla ma ssir ħsara bla bżonn. L-intervista sħiħa ma' Patri Charlò Camilleri se tkun ippubblikata fuq is-sit illum.com.mt Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Patri Charlò Camilerri, koordinatur tal-istudju fl- Ispiritwalitajiett tal-Ġeneru dwar id- dikjrazzjonijiet tal- Papa Franġisku dwar l-unjoni ċivili. Il-Papa biddel it-Tagħlim tal-Knisja? Qed jgħid ereżija? U x'qalu l-Papiet ta' qablu? Patri Charlò Camilleri O.Carm

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020