Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622
24 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Ix-xogħlijiet ta' restawr fuq il- pitturi uniċi, li juru fid-dettall il-battalja tal-Assedju l-Kbir tal-1565, ingħataw spinta ta' finanzjament mill-Awtorità tal-Ippjanar, fejn kkommettiet €75,000 biex jitlesta l-proġett. Il-proġett, li jiswa total ta' €300,000 qed jitwettaq fid- Dipartiment tal-Konservazzjoni u l-Patrimonju Mibni fi ħdan l-Università ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-President ta' Malta u Heritage Malta. Il-pitturi maestużi, li jżejnu l-parti ta' fuq tal-ħajt fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta, ġew impittra bejn l-1575 u l-1581 minn Matteo Perez d'Aleccio. D'Aleccio kien artist li studja taħt Michelangelo u pparteċipa fil-pittura tal-Kappella Sistina fil-Vatikan. Maħluq fil-kommemorazzjoni tal-Assedju l-Kbir tal-1565, iċ-ċiklu kien l-ewwel skema ta' pitturi monumentali kkummissjonata mill-Ordni ta' San Ġwann, fis-sala prinċipali tal-Palazz tal-Gran Mastru, li kien għadu kif inbena fil-Belt Valletta. Huwa l-iktar dokument viżiv dettaljat u storikament preċiż tal-Assedju nnifsu, maħluq bejn 10 u 15-il sena wara l-avveniment, u li hu bbażat fuq bosta rakkonti ta' xhieda li kienu preżenti. Il-pitturi, għalhekk, jikkostitwixxu dokument storiku t' importanza straordinarja li jiddefinixxi l-istorja tal-arti f 'Malta, u li jkomplu jservu bħala simboli dejjiema għall- identità ta' pajjiżna. Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Ippjanar, Perit Vincent Cassar, qal "L-Awtorità tal- Ippjanar għażlet li tappoġġja dan il-proġett għaliex, mhux biss il-proġett se jiżgura li dawn il-pitturi prestiġjużi jerġgħu jiġu restawrati, iżda ser jservi biex jipprovdi lill- ġenerazzjoni futura ta' xjentisti tal-konservazzjoni bit-taħriġ u l-esperjenza prattika li jeħtieġu. Huwa biss billi nesponu lill- istudenti tagħna għal proġetti professjonali ta' livell għoli bħal dawn, f 'ambjent sorveljat mill- qrib, li jistgħu jeċċellaw f 'din id- dixxiplina u jiksbu esperjenza diretta fil-konservazzjoni ta' wirt arkitettoniku u artistiku. " Perit Cassar kompla, "Ftit snin ilu l-Awtorità ffinanzjat ukoll parti mir-restawr li saru fi ħdan il-Knisja tal-Madonna tal-Vitorja fil-Belt Valletta. Din mhix xi knisja bħal l-oħrajn, iżda hija l-ewwel knisja li nbniet fil-belt kapitali tagħna mill- Gran Mastru Jean Parisot de Valette, wara l-Assedju l-Kbir." Huwa temm billi rrimarka li, "Minbarra li nkomplu bir- responsabbiltà tagħna li nagħtu status ta' protezzjoni lill-wirt kulturali u arkitettoniku tagħna, aħna nkomplu nappoġġjaw proġetti bħall-proġett D'Aleccio biex nuru l-impenn tagħna lejn il-preservazzjoni u l-konservazzjoni tat-teżori nazzjonali tagħna." Ix-xogħlijiet fuq il- konservazzjoni ta' din il-pittura saru bejn l-2001 u l-2005 mill- Università ta' Dresden, iżda l-proġett ma kienx tlesta. Bl-użu ta' metodi ta' konservazzjoni aġġornati, dan il-proġett se jiżgura li l-aħħar terz tal-pitturi jkunu stabbilizzati, billi jitineħħa is- surface soiling li bħalissa jiskura l-istampi, u ttejjeb il-leġġibilità tagħha. Il-proġett ser jitlesta s-sena d-dieħla. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.pa.org.mt. L-Awtorità tal-Ippjanar tiffinanzja parti mir-restawr tal-pitturi li jirrappreżentaw l-Assedju l-Kbir L-Awtorità tal-Ippjanar tagħti €75,000 għar-restawr ta' dawn il-pitturi storiċi fil-Palazz tal-Gran Mastru