Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Floriana Dispensary, Floriana The Cross Pharmacy, Ħamrun Brown's Pharmacy, Qormi St. Anne Pharmacy, Birkirkara D'Argens Pharmacy, Gżira Pembroke Pharmacy, Pembroke Remedies Pharmacy, Sliema St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Qawra Pharmacy, Qawra St. Monica Pharmacy, Paola Milia's Pharmacy, Birgu Medicor Pharmacy, Xgħajra Gerada's Pharmacy, Żejtun Kristianne Pharmacy, Mqabba De Rohan Pharmacy, Żebbuġ Ideal Pharmacy, Rabat Palm Pharmacy, Victoria, Gozo Gozo Chemists, Xewkija, Gozo MIA Airport Pharmacy Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 23˚Ċ L-INQAS: 17˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 3 lokalment forza 3 għal 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 23˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 'Art għall-bażużli ... xejn għat- tfal Maltin'; Jipprotestaw kontra l-ftehim sigriet tal-Miżieb u l-Aħrax YENDRICK CIOFFI Grupp ta' NGOs u anke attivisti nġabbru quddiem Kastilja biex jipprotestaw kontra l-ehim li ffirma l-Gvern mal-FKNK, il-grupp li jirrappreżenta lill- kaċċaturi Maltin u li permezz tiegħu tagħhom il- Miżieb u l-Aħrax. Il-protesta saret l-għada li grupp ta' għaqdiet ambjentali bdew proċeduri legali kontra dan l-istess ehim, liema proċeduri nfetħu quddiem it-Tribunal għar-Reviżjoni Amministrattiva. Lebsin flokkijiet bil-logo ta' Spazji Miuħa u bilqiegħda bid-distanza soċjali madwar il-pjazza kollha, l-attivisti semgħu leħinhom kontra dan il-ehim anke b'tabelli u kartelluni li kienu jaqraw: "Il-kampanja tagħna lkoll," "art għall-bażużli u għal barranin. Xejn għat-tfal Maltin," u oħrajn. L-Avukat Claire Bonello qed tirrappreżenta lil Birdlife Malta, Moviment Graffitti, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth (Malta) Flimkien Għal Ambjent Ahjar u lill-Professur Edward Mallia. L-Avukati Joe Ellis u Martin Farrugia qed jirrappżentaw lill-e Ramblers' Association. L-għaqdiet, flimkien, se jkunu qed jisfidaw lill- Awtorità tal-Artijiet fuq diveri livelli. Fost oħrajn, qed jakkużaw lill-Awtorità li aġixxiet b'mod arbitrarju, xejn trasparenti, diskriminatorju u nieqes mir-raġonevolezza, kif ukoll li wettqet ħafna żbalji proċedurali u li aġixxiet lil'hinn mill-poter li tagħtiha l-liġi. Qed jinsistu li għamlet konsiderazzjonijiet mhux xierqa u rrelevanti biex toħloq dan il-ehim u tagħti din il-konċessjoni, u li dan se jfisser ostaklu għat-tgawdija tal-kampanja mill-pubbliku għal biċċa l-kbira tas-sena biex jiġi akkomodat passatemp. Qegħdin isostnu wkoll li l-liġi tal-Unjoni Ewropea ġiet miksura meta l-Gvern naqas milli jagħmel studju biex jiġi meqjus l-impatt ambjentali ta' din il-konċessjoni, kif ukoll meta l-ehim ġie nnegozjat b'mod sigriet, b'mod li ċaħħad lill-pubbliku milli jipparteċipa fit-tfassil tal- pjanijiet tal-immaniġġjar ta' dawn iż-żewġ siti. Żiedu li l-konċessjoni mogħtija għas-somma "ridikola" ta' €400 sabiex it kaċċaturi jgawdu se tfisser kontribuzzjonijiet kbar mitlufa għall-Fond tal-Ambjent. Apparti minn hekk, l-għaqdiet qed jisfidaw il-ehim għax jorbot lill-Ministru responsabbli mill-kaċċa li jimpjega conservation officers li se jkunu taħt il-kmand tal-FKNK, anke jekk ministru – li ma jitqisx bħala uffiċjal pubbliku – ma jista' jħaddem lil ħadd b'mod dirett. Fl-aħħar, qed isostnu li l-ehim inaqqar mill- protezzjonijiet li jeżistu għaż-żoni ta' demanju pubbliku, u li b'hekk jikser kemm il-Liġi tad-Demanju Pubbliku u kemm il-Protokoll għall-Immaniġġjar taż-Żoni Kostali. Wieħed mill-kartelluni li tpoġġew quddiem Kastilja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020