Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 li kellu bżonn. Bin-numri neżlin fis- sondaġġi - għat-tieni darba skont is-sondaġġi xjentifiċi tal- Mediatoday u kritika ma taqta' xejn fuq il-midja soċjali, kif ukoll b'dikjarazzjonijiet li għamel Abela u ċerta attitudnijiet li ħa fuq il-Covid-19, dan il-Baġit kien pawża tajba u impetu tajjeb għalih u għall-Partit Laburista. Kienet bdiet dieħla sew il- perċezzjoni u sentiment li Abela huwa politiku ħafna inqas kunfidenti mill-predeċessur tiegħu, li jieħu ċerti żbalji strateġiċi li l-PL ma kienx jieħu, li ma għandux lit-tim kollu warajh u li qed jiżloq 'l bogħod mill-ideali soċjalisti u eqreb lejn il-populiżmu f 'dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħall- immigrazzjoni. Naturalment tajjeb kemm kien tajjeb dan id-diskors, mhux se jagħmel mirakli u l-isfidi għadhom hemm u l-PM xorta jibqa' fir-riskju li jkun ikkritikat u jirrabja firxa ta' votanti jekk ma jkunx iktar kawt dwar dak li jgħid, jekk jerġa (per eżempju) jaħfer - jew jagħti l-impressjoni li qed jaħfer - il-multi u jekk is-sitwazzjoni tal-Covid-19 ma tinġiebx taħt kontroll, speċjalment jekk il-pjani fuq il- vaċċin ma jmorrux kif ippjanat. Hemm ħafna fatturi li huma lilhinn mill-kontroll ta' Abela li jistgħu jilagħbu serjament mal- fortuni politiċi tiegħu fix-xhur li ġejjin. Il-Prim Ministru deher ukoll preparat u ħa ftit li xejn żbalji waqt id-diskors tiegħu, filwaqt li fl-ebda ħin ma deher konfuż jew li qed jiddependi wisq minn noti quddiemu u allura - kuntrarjament għal Grech - id-diskors kellu element ta' spontanjetà. L-ispontanjetà, anke fil-mod kif politiku jirreaġixxi għall- botti jew kummenti minn naħa l-oħra, hija importanti sabiex diskors ikun animat u jattira interess. Irid joqgħod attent li ... Abela kien b'saħħtu meta għadda botti lejn Bernard Grech, botti politiċi inċiżivi u ħafna drabi mingħajr tidwir. Il- problema hija li xi kultant inħass li kien hemm wisq minn dawn il-botti u li f 'punt minnhom beda jinħass li kien qed isir wisq emfasi fuqhom. Kien hemm ċerta botti imbagħad li ma kinux jirriflettu maturità - per eżempju li l-VAT is-sena d-dieħla se titħallas kollha minn Bernard Grech, jew inkella "l-irresponsabilità tal-PN li għamel elezzjoni f 'nofs pandemija"- meta kien hemm mekkaniżmu demokartiku li skatta u li kellu jiġi rispettat u wara li minkejja aktar minn 18,000 tesserat li marru jivvutaw ma rriżultawx każi minn din l-elezzjoni. Jekk xejn l-elezzjoni interna fi ħdan il-PN kienet organizzata tajjeb biżżejjed biex kemm jista' jkun ġew evitati s-sitwazzjonijiet kollha li jistgħu jwasslu għal xi forma ta' imxija ta' Covid-19 fost it-tesserati. Abela jrid joqgħod attent illi meta jipprova jċekken lill- avversarju tiegħu jagħmel dan b'intelliġenza u b'dinjità - kif fil-fatt għamel meta beda jwissi lil Adrian Delia biex joqgħod attent u ma tantx jaqbeż għall- kollegi tiegħu - u mhux b'mod li jidher illi jibni immaġini ta' politiku immatur. Xi kultant, jekk mhux attent, Abela jista' jitrażmetti sens ta' arroganza iktar milli ċertezza u kunfidenza u din naturalment hija xi ħaġa li Abela jeħtieġ jaħdem fuqha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020