Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 il-passaporti? Għerf jekk toħloq tajba' jagħmel surplus. Fakkar f 'dak li qal qabel, jiġifieri li s-surplus kien ġej mill-bejgħ tal- passaporti u anke żieda mit-taxxa tad-dħul għax kellek ħafna barranin li qed jiġu Malta. Dawn kienu qed iżidu il-konsum li jiġġenera aktar VAT. Meta wieħed iħares lejn l-estimi, kompla Grech, sa Awwissu l-pajjiż ġa kellu €1.1 biljun u għalhekk saħaq li ma jistax jiem kif sa Diċembru dan se jiżdied biss għal €1.2 biljun. "Waqt programm jiena staqsejt lill- Ministru għall-Ekonomija dwar dan u baqa ma rrisponda xejn," kompla Grech. 'Għadni rrid nifhem kif se jżid id-dħul mit-taxxi' Fi kliemu, ma jistax jiem lanqas kif il- Gvern qed ibassar li s-sena d-dieħla se jdaħħal aktar mill-VAT u mit-taxxa tad-dħul milli daħħal fis-sena 2019, li kienet sena rekord. "Din għadni rrid nifimha. Kellek sena li kienet tajba ħafna u sena oħra li fiha l-qagħad irdoppja, in-numru ta' ħaddiema barranin naqas drastikament, il-konsum instabat u t-turiżmu se jkun naqas bi 80% jew 90%. Mill- banda l-oħra, il-Gvern qed jgħid li se jdaħħal aktar," spjega l-Kelliem tal-Oppożizzjoni. Hawnhekk insista li l-Gvern irid iżomm ukoll għajnejh fuq in-nefqa tiegħu għax tiġi sitwazzjoni, bħal dik ta' din is-sena, fejn ikollu joħroġ aktar milli jkun bassar. 'Se nibqgħu ninsistu biex il-Gvern jirrikonoxxi l-ħidma tal-frontliners' Kien hawn li semma l-frontliners li huma fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija u tenna dak li ilha tisħaq l-Oppożizzjoni, jiġifieri li l-Gvern, lil dawn nesiehom. "F'April u f 'Mejju li dawn in-nies konnha noħorġu nċapċpulhom. F'diskors sħiħ il- Gvern lanqas biss isemmihom. Mhux ngħidu li bil-flus se nixtru l-impenn tagħhom imma kellna nirrikonoxxu l-impenn u s-sagrifiċċji li għamlu," insista s-Shadow Minister. "Jekk hux bonus, titjieb fil-kundizzjonijiet, jekk hux numru ta' leave żejjed, b'xi mod ridna nirrikonoxxuhom. Aħna se nibqgħu ninsistu. Fis-servizz pubbliku dawn il-frontliners jagħmlu differenza u mhux il-persons-of- trusts. Il-Gvern mhux talli ma għenhomx, talli bid-deċiżjonijiet li ħa aktar għamlilhom xogħolhom diffiċli." 'Ir-rapport tal-Moneyval huwa inkwetanti aktar mill-pandemija' Aktar qabel, Grech qal li dan il-Baġit ħares biss sa Marzu. L-ILLUM tistaqsi lil Grech x'qed ibassar il-PN, anke għax ħadd ma jaf b'ċertezza x'se jiġri. Beda jisħaq li jekk ikun hemm indikazzjoni ta' vaċċin kmieni s-sena d-dieħla, l-impatt ekonomiku se jibqa' minn tal-inqas sa Ġunju. Fi kliemu, ix-xhur ta' wara mhux se jkunu ward u żahar imma n-negozju it it jibda jirkupra. Fejn jidħol it-turiżmu, l-affarijiet jieħdu aktar fit-tul biex jibdew ġejjin għan- normal. Iżda Grech semma wkoll ir-rapport tal- Moneyval li fi kliemu huwa inkwetanti aktar mill-kriżi tal-pandemija. Fi kliemu, l-eżitu tar-rapport tal-Moneyval għandu impatti ekonomiċi li mhumiex marbuta mal-perjodu tal-pandemija imma jafu jkunu ħafna aktar fit-tul. "It-taxxi jiġu mill-attività ekonomika. L-attività ekonomika ġejja mis-setturi ekonomiċi, dawk is-setturi li ħoloq il-PN, jiġifieri dak tas-servizzi finanzjarji, tal- gaming, tal-farmaċewtika, tal-avjazzjoni u l-manifattura avvanzata. Dawn qed isostnu lilhom infushom u numru ta' attivitajiet madwarhom, avukati, accountants, min jikri l-proprjetà, ristoranti etċ. Meta niżlilna t-turiżmu, stajna nikkompensaw b'dawn. Il- mument li niġu gray-listed, l-investiment ġdid ninsewh u l-investiment li għandna llum jibda jaħseb li se jiċċaqlaq." spjega Grech. "Il-fatt li pajjiżna diġà jissemma' f 'dawn il- kwistjonijiet mhux qed jgħin. Aħna mhux ċentru ta' poter u dak li bnejna, bnejnih fuq ir-reputazzjoni." Trid toħloq setturi li jrendu ħlas tajjeb għal kulħadd Fl-aħħarnett erġajna tkellimna dwar il- viżjoni soċjo-ekonomika li Bernard Grech ippreżenta fid-diskors tiegħu. Kif spjegat, l-ambjent issemma' bħala wieħed mill-pilastri ewlenin ta' din il-viżjoni. Iżda l-ILLUM tistaqsih: Mela bl-ambjent se nieklu? Claudio Grech insista li għall-ewwel darba, il-PN ma ppreżentax viżjoni ekonomika imma viżjoni soċjo-ekonomika. Fi kliemu, il-PN jemmen li ma jistax ikollok ekonomija li taħdem fuq binarju differenti mill-bqija tas- soċjetà. "Jekk irridu niġbdu l-potenzjal, jekk irridu ninfetħu għal talent li jkun ikkwalifikat biex joħloq attività ekonomika ta' valur ma tistax tiġbidhom lejn pajjiż li l-aktar ħaġa komuni fih huwa l-konkos. Mhux ngħidlek li l-kostruzzjoni hija ħażina. Jekk il-kostruzzjoni ssir bi pjan għandha valur," saħaq Grech. Insista li jeħtieġ titrawwem kultura fejn l-ambjent u l-ekonomija jistgħu jimxu id f 'id. Kien hawn li rabat dan mal-kwalità tal- ħajja. "It-trasport, il-mod kif nirreaġixxu ma' xulxin, l-ispazji ħodor fiċ-ċentri urbani huma kollha kunċetti li jorbtu magħha. Sabiħ li f 'villaġġ ikollok it spazju aħdar, fejn tista' tagħmel bandli u tista' tmur toqgħod bilqiegħda," insista Grech. Minn hemm imbagħad il-PN iħares lejn is-setturi ekonomiċi li jixtieq joħloq waqt li fakkar li l-Gvern ried jagħmel lil Malta ċentru tal-blockchain iżda, fi kliemu, minflok għamel "vroma." "Iffoka fuq is-settur tal-cryptocurrency, settur mifni bi problemi ta' ħasil ta' flus. Ma hemm l-ebda operatur liċenzjat. Baħħ. Il- Gvern għalaq għajnejh biex dawn joperaw qabel iġibu l-liċenzja, ġew u Alla biss jaf x'għadda u meta waslu għal-liċenzja telqu 'l hemm," insista Grech. "X'differenza s-setturi li ħoloq il-PN. Is-settur finanzjarju biss jiġġenera 19% tal-ekonomija!" Dan kollu, qal Grech, jintrabat mal-Patt Soċjali li semmejna aktar qabel. "Trid toħloq setturi li jrendu ħlas tajjeb kemm għax-xogħol dirett u anke xogħlijiet oħra marbuta magħhom. Fil-gaming mhux is-soware developer biss ikollu paga tajba, imma anke l-iskrivan, ir-receptionist, il- messaġġier u l-fattiga," temm jgħid Grech. "Hemm baħar jaqsam bejn dak li qed nippreżentaw aħna u dak li għamel il-Gvern. Il-Gvern għażel it-triq il-qasira. X'għerf għax tbigħ il-passaporti? Għerf jekk toħloq settur ġdid, joffri pagi tajba u pajjiżi oħra jgħiru għalik."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020